Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
Għid il-Ħamsin
20 ta’ Mejju 2018
____________________________________________________________________________________
Għada/llum il-Quddiesa tad-9.30am ser tkun bis-sehem tal-adoloxxenti li ser jirċievu sSagrament tal-Griżma tal-Isqof f’Novembru li ġej. Mistiedna magħhom il-ġenituri u lparrini.
Għada/ilejla fil-5.00pm, ikollna fil-Knisja Parrokkjali, l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina.
Nhar it-Tnejn/għada bejn l-10.00am u l-11.00am fil-Kripta jkollna l-adorazzjoni, misSuperjur Joe Fenech.
Nhar il-Ħamis, fl-10.00am, fil-Knisja Parrokkjali, il-Kunsill Lokali ser jorganizza Quddiesa għal anzjani fl-okkażjoni ta’ Jum Ħal Qormi, li ser jkun iċċellebrat nhar il-Ġimgħa.
Nhar il-Ġimgħa, fil-Quddiesa tas-6.30pm ser nitolbu għall-ħutna li mietu fil-Parroċċa tagħna bejn Jannar u April ta’ din is-sena. Il-familjari huma mħeġġa biex jattednu.
Nhar il-Ħadd li ġej, 72 tifel u tifla mill-Parroċċa tagħna, ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina, filQuddiesa fl-10.30am. Tajjeb li matul din il-ġimgħa nżommuhom fit-talb tagħna, ħalli dan ilmument sabiħ, ikun ta’ grazzja għat-tfal u l-familji tagħhom. Minħabba l-Ewwel Tqarbina, nhar il-Ħadd li ġej, il-Quddiesa tad-9.30am u l-11.00am, ssir fil-Kripta.
Dawk l-għarajjes li jixtiequ jagħmlu l-kors ta’ Kana fil-Parroċċa tagħna, huma mitluba sabiex jiġbru applikazzjoni mill-Uffiċċju Parrokkjali. Dan il-kors jikkonsisti f’għaxar laqgħat li jsiru lĦadd filgħodu bejn l-10.00am u 12.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali. Il-Kors jibda il-Ħadd 23 ta’ Settembru.
Għada/ilejla fl-4.30pm, ssir il-Quddiesa fil-Kappella tal-Ħlas, li tkun bil-preżentazzjoni tattrabi lill-Madonna.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org
Dawk li jixtiequ jirreklamaw fil-Ktieb tal-festa ta’ San Sebastjan, maħruġ mill-Parroċċa, jistgħu jagħmlu kuntatt mal-Kappillan jew ma’ Vince Peresso.
Il-Ħamis 31 ta’ Mejju, fil-Parroċċa tagħna niċċellebraw il-festa ta’ Corpus Domini. Fis6.30pm ikollna l-Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u wara purċissjoni b’Ġesù Ewkaristija.
Fit-talb tagħna nitolbu għal ħuna Ġużeppi Cardona li miet mill-parroċċa tagħna matul din ilġimgħa. Agħtih Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem...
Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Kappillan