Avviżi 19 ta' Novembru 2017

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

33 Ħadd A

19 ta’ Novembru 2017

____________________________________________________________________________________ •

Għada / illejla fil-5.00pm issir l-adorazzjoni tal-Ħniena Divina.

Nhar it-Tnejn ser issir adorazzjoni mmexxija mis-superjur Joe Fenech fil-Kripta tal-Knisja, fl10.00am.

It-Tnejn fis-7.15pm jiltaqa’ l-Kunsill Parrokkjali fiċ-Ċentru.

Il-Ħamis wara l-quddiesa ta’ filgħaxija issir adorazzjoni, fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Kristu Re.

Nhar il-Ħadd li ġej tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Kristu Re. Għal din l-okkażżjoni Mons. Arċisqof ser imexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-Għasar fil-Knisja ta’ Santa Venera fil-5.15pm u wara jkun hemm quddiesa. Kulħadd mistieden jattendi.

Il-Kap tal-Iskola, Kulleġġ San Injazju, Primarja Ħal Qormi San Sebastjan, tixtieq tavża lill-ġenituri li huma residenti fil-Parroċċa San Sebastjan u li għandhom tfal li twieldu minn Jannar sa April 2015, biex imorru l-iskola jiġbru l-formola biex jiktbu lil uliedhom l-iskola kemm jista’ jkun malajr.

Fil-ġranet li ġejjin aħna s-saċerdoti se nkunu qed inżur l-familji tat-tfal li sejrin jersqu għall-Griżma tal-Isqof s-sena li ġejja. Din iż-żjara issir biex nifhmu aħjar l-importanza ta’ dan is-sagrament u tattħejjija xierqa għalih.

Paċi u barka

Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0

E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.