Avviżi 21 ta' Jannar 2018

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

3 Ħadd Sena B

21 ta’ Jannar 2018

____________________________________________________________________________________ 

Illejla fil-5.00pm ikollna l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina.

It-Tnejn 22 ta’ Jannar fl-10.00am ser issir siegħa adorazzjoni fil-kripta mmexxija mis-superjur Joe Fenech. Kulħadd huwa mistieden.

Il-ġranet tiegħi f’din il-parroċċa qegħdin joqorbu lejn it-tmiem tagħhom u nħejji ruħi għal avventura ġdida mall-Mulej. Nirringrazzja lil kull min ħadem miegħi u kkopera miegħi matul id-9 snin li qattajt hawnhekk u li nħares lejhom b’mod posittiv.

Nieħu gost li ser inħalli l-parroċċa f’idejn tajba. Fil-fatt, il-kappillan il-ġdid ser ikun Dun Ewkarist Zammit, mis-Siġġiewi, fil-preżent kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Marija, Ħad-Dingli. Inħeġġiġkom biex taħdmu id f’id miegħu u ma tagħmlu xejn minn wara dahru, għax meta wieħed jippretendi li jaħdem fl-affarijiet tal-Knisja minn wara dahar il-Kappillan ifisser li l-intenzjonijiet mhumiex tajbin.

Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.