Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
21 ĦADD C
21 ta’ Awwissu 2016
____________________________________________________________________________________
Għada l-Ħadd / Illejla fil-5.00pm issir l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-Knisja Parrokkjali. Nhar il-Ħadd li ġej, 28 ta’ Awwissu, il-Parroċċa kollha mistiedna tingħaqad fil-ferħ ma’ Fr Mark Mallia Pawley fil-quddiesa ta’ Radd-il Ħajr lil Alla għall-Ordinazzjoni Saċerdotali li rċieva. Ilquddiesa tkun fis-6.00pm. Is-Sibt 3 ta’ Settembru issir il-quddiesa ta’ Radd-il Ħajr ta’ Fr James Saydon, li għamel l-esperjenza tad-Djakonat fil-Parroċċa tagħna. Din ser issir fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar, fis-6.30pm. Ser jiġi organizzat trasport li jitlaq minn quddiem il-Knisja fil-5.15pm. Nixtieq inħeġġeġ li fiż-żmien tal-vaganzi insibu l-ħin għall-quddiesa u nġibu wkoll it-tfal għallquddiesa ta’ kuljum. Il-kuntatt tagħna mall-Mulej jagħmel ħafna ġid fina. Id-distributuri tal-Kliem il-Ħajja jistgħu jiġbru l-fuljetti tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali. Sabiħ li permezz ta’ dan il-ktejjeb inżommu kuntatt mall-Kelma ta’ Alla u ta’ kuljum naqraw silta minnha. Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Settembru, fiċ-Ċentru Leap ta’ Ħal Qormi ser ikun hemm uffiċċjal tal-Awtorità tad-Djar għal min jixtieq jitkellem miegħu. Dan ser ikun hemm mit-8.30-11.30am.
Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 21 4 8 6 35 0
•
E-M AI L: q or m is b ma l t a@g m ai l . c o m