Avviżi 21 ta' Marzu 2021

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità 21 ta' Marzu 2021

Il-Ħames Ħadd tar-Randan.

____________________________________________________________________________________  Navżaw li f’dawn iċ-ċirkostanzi, l-Knisja Arċipretali qed tkun miftuħa kuljum f’dawn il-ħinijiet għal talb fil-privat:  Mit-Tnejn sas-Sibt: mis-6.30am sat-8.30am u mill-5.00pm sas-6.00pm.  Nhar ta’ Ħadd tkun miftuħa mis-6.30am sal-10.00am u mill-4.15pm sal-5.15pm.  Infakkru lill-ġenituri, li darba fil-ġimgħa, fil-jum indikat, it-tfal kollha huma mistiedna biex jipparteċipaw għall-katekiżmu onlajn. Minn ikollu xi diffikultà, wieħed jistà jistaqsi permezz tas-social media, peress li ċ-Ċentri kollha tad-Duttrina, għandhom il-paġna tagħhom fuq facebook.  Infakkru li bħal issa, l-Uffiċċju Parrokkjali, qed ikun miftuħ nhar ta’ Tnejn u l-Ġimgħa, bejn il-5.00pm u 6.30pm.  Matul il-ġimgħa li ġejja, mit-Tnejn sal-Ħamis, il-Parroċċa ser toffri kors ta’ Eżerċizzi għal kulħadd onlajn, bil-Quddies. Dawn ikunu fis-6.30pm u wieħed jistà jsegwi, permezz tal-paġna tal-facebook tal-Parroċċa. Dawn qed isiru mill-Parroċċa b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan. Imexxi: Fr Mark Ellul.  Nhar il-Ġimgħa, niċċellebraw il-festa tad-Duluri. Fis-6.15pm, inxandru l-Quddiesa minn fuq il-paġna tal-facebook tal-Parroċċa u wara jkollna Via Matris, meditazzjoni fuq is-Sebà Duluri ta’ Marija.  Il-Ħadd li ġej, niċċelebraw Ħadd il-Palm u nagħtu bidu għall-Ġimgħa Mqaddsa, għalhekk nhar is-Sibt fis-6.30pm u nhar il-Ħadd fil-5.30pm inxandru l-Quddiesa tal-Ħadd minn fuq il-paġna tal-facebook tal-parroċċa u tkun mxandra wkoll fuq l-istazzjon televiżiv Xejk.

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 1 4 8 6 3 5 0

E-M A IL: i n fo @ q o rm i sb p a ri sh . o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.