Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
TRINITÀ QADDISA C
22 ta’ Mejju 2016
____________________________________________________________________________________
Għada / Dal-għodu ser issir l-Ewwel Tqarbina lil 90 tifel u tifla mill-Parroċċa tagħna. Il-quddiesa ta’ l-Ewwel Tqarbina tibda fl-10.00am. Il-quddies tad-9.30am u 11.00am ser isiru fil-Knisja ż-Żgħira peress li l-Kripta qegħda tiġi rranġata. Xieraq li nkomplu nitolbu biex dawn it-tfal u l-familji tagħhom jgħarfu s-sabiħ u l-importanza tas-sagrament ta’ l-Ewkaristija. It-Tnejn issir il-Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.15 fiċ-Ċentru. Il-Ħamis 26 ta’ Mejju filgħaxija issir il-purċissjoni ta’ Corpus Christi, bis-sehem tat-tfal li għamlu lEwwel Tqarbina. Fis-6.30pm ser issir il-quddiesa li għaliha jattendu t-tfal ta’ l-Ewwel Tqarbina. Wara toħroġ il-purċissjoni li tgħaddi minn Triq il-Vitorja, Triq iż-Żinżell, Triq San Dwardu, Triq ilĠdida, Triq San Bastjan u Triq San Bartilmew. Hija okkażżjoni fejn il-Parroċċa kollha mistiedna tieħu sehem, biex nuru l-fidi tagħna li twassalna biex nagħtu qima xierqa lill-Ewkaristija. Il-Ġimgħa fis-7.30pm Adorazzjoni għall-Katekisti kollha, fil-Knisja ż-Żgħira. Il-Ħadd li ġej hija l-Festa ta’ Corpus Christi. Issir ġurnata sħiħa ta’ Adorazzjoni fil-Knisja ż-Żgħira, mis-7.00am – 7.00pm. Fis-7.00pm tingħad it-talba ta’ l-Għasar u tingħata l-Barka Sagramentali. In-Nisa ta’ l-Azzjoni Kattolika tal-Parroċċa ser jorganizzaw ħarġa għal Għawdex nhar it-Tlieta 31 ta’ Mejju, biex jinġabru fondi għall-missjoni fil-Gwatemala. Aktar tagħrif mill-Uffiċċju Parrokkjali.
Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg