Knisja Arċipretali San Sebastjan Ħal Qormi
Avviżi Tal-Kommunità
It-Tielet Ħadd tas-Sena
23 ta’ Jannar 2022
____________________________________________________________________________________
Għada/Illum kulħadd mistieden għall-Quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla fis-6.00pm, fi tmiem il-ħidma pastorali ta’ Dun Osmar Baldacchino fil-Parroċċa tagħna. Nieħdu l-okkażjoni biex nirringrazzjawh lil Dun Osmar għas-servizz tiegħu fil-Parroċċa tagħna u nawgurawlu fil-missjoni l-ġdida fil-Parroċċa tal-Ibraġġ.
Illum it-Tielet Ħadd ta’ Matul is-Sena, fuq xewqa tal-Papa Franġisku qed jiġi ċċelebrat Jum il-Kelma ta’ Alla. Aħna, bħala nsara u dixxipli ta’ Ġesù ma nistgħux ngħaddu mingħajr il-Kelma ta’ Alla. Għalhekk infakkru li bħala Parroċċa kull nhar ta’ Tnejn ikollna n-Nofs Siegħa mal-Kelma bejn is-6.30pm u s-7.00pm bi tħejjija għall-Evanġelju tal-Ħadd. Ilkoll mistiedna biex nieħdu sehem ħalli l-Kelma ta’ Alla tkun tassew dik li tmexxina fil-ħajja tagħna.
Nhar it-Tnejn/Għada mit-3.30PM ‘l quddiem ser jiftaħ il-booking tal-Quddies għax-xhur ta’ Lulju u Diċembru fl-Uffiċċju Parrokkjali. Il-booking jkun jista jsir dejjem fl-Uffiċċju Parrokkjali waqt il-ħinijiet tal-Uffiċċju.
It-Tnejn/Għada fl-4.00pm ssir il-laqgħa tat-Terzjarji Karmelitani, fil-Knisja ż-Żgħira. Din tibda bit-talba tar-Rużarju u wara tkompli b’laqgħa formattiva minn Patri Ivan Sciclina O.Carm
Nhar il-Ġimgħa mis-6.30pm sas-7.00pm lkoll mħeġġa biex nieħdu sehem flimkien fl-Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija li ser tkun immexxija mil-Kummissjoni Familja tal-Parroċċa.
Biex napprezzaw aħjar it-talba tagħna ta’ din is-sena li qed ngħidu bħala Parroċċa, nhar it-Tnejn 31 ta’ Jannar, n-Nofs Siegħa mal-Kelma ser titmexxa mill-Isqof Awżiljarju Mons Joe Galea Curmi. Din tkun bejn is-6.30pm u 7.00pm u għaliha kulħadd mistieden biex jattendi.
Dawk il-ġenituri li t-tfal tagħhom ser jagħmlu din is-sena l-Ewwel Tqarbina jew il-Griżma tal-Isqof u għadhom ma reġistrawx tfal tagħhom mal-Parroċċa, dawn huma mitluba biex jagħmlu dan matul din il-ġimgħa fl-Uffiċċju Parrokkjali waqt il-ħinijiet tal-Uffiċċju.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 21 48 6 35 0
•
E-M AI L: i nf o @q or m i sb p ari s h . org
Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Frar niċċelebraw il-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju, magħrufa fostna bħala l-Kandlora. Dakinhar għall-Quddiesa tas-6.00pm huma mistiedna jieħdu sehem t-tfal li ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina u l-ġenituri tagħhom, sabiex it-tfal jagħmlu t-talba tagħhom lil Ġesù biex jirċevuh fil-qalb tagħhom.
Il-ġabra li saret fil-festa ta’ San Bastjan b’risq il-proġett tal-koppla kienet ta’ €933. Nirringrazzjaw wkoll lil diversi benefatturi li matul din il-ġimgħa offrew €1,100 f’donazzjoniet b’risq il-proġett tal-Koppla tal-Knisja. Għalhekk sa issa l-ġbir tal-koppla laħaq is-somma sabiħa ta’ €99,855. Grazzi Ħafna lil kulħadd.
Fit-talb niftakru f’Modesta Mallia u Carmen Zammit li mietu fil-Parroċċa tagħna matul din il-ġimgħa. Nitolbu għalihom u għall-mejtin kollha. Agħtihom o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem …
Nitollbu flimkien it-talba, li bħala Parroċċa, għażilna biex nitolbu matul din is-sena: "Tkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’." 1 Samwel 3, 9
Paċi u barka Fr. Eucharist Zammit Arċipriet
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg