Avviżi 23 t'Ottubru 2016

Page 1

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

30 Ħadd C

23 ta’ Ottubru 2016

____________________________________________________________________________________ •

Nhar it-Tnejn li ġejjin issir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru fis-7.15pm.

Laqgħa tal-Grupp ta’ Padre Pio nhar l-Erbgħa 26 ta’ Ottubru fil-5.30pm fil-Kappella ta’ San Franġisk. Tibda bir-rużarju u mbagħad issir il-quddiesa.

Nhar l-Erbgħa fis-7.15pm issir il-laqgħa għall-parrini tal-Griżma, fil-Kripta.

Nhar l-Erbgħa fis-6.30pm issir ukoll fil-Kripta l-laqgħa tal-ommijiet li jrabbu weħidhom.

Nhar il-Ħamis ser issir adorazzjoni wara l-quddiesa ta’ filgħaxija minn grupp ta’ żgħażagħ immexxija minn Fr Sandro Camilleri SDB. Din iddum madwar siegħa.

Nhar il-Ġimgħa issir il-laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li sejrin jagħmlu l-Griżma tal-Isqof is-sena li ġejja (2017). Il-Laqgħa issir fis-7.15pm fil-Kripta tal-Knisja.

Nhar il-Ħadd li ġej ser jiġi ċċelebrat il-Ġublew tal-Familja bħala parti mill-attivitajiet tas-Sena talĦniena. Ser issir ġurnata ta’ attivitajiet diversi fis-Seminarju, ir-Rabat. Tibda fid-9.00am bilquddiesa minn Mons Arċisqof u wara tkompli b’tant attivitajiet edukattivi, sportivi u rikreattivi. Kulħadd mistieden jipparteċipa f’din il-ġurnata.

Qed joqrob ix-xahar ta’ Novembru. Nistiednu lil dawk li tilfu lill-għeżież tagħhom matul din is-sena biex iġibu s-santa ħalli titqiegħed fil-bord li nagħmlu f’dan ix-xahar.

Paċi u barka

Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0

E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.