Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
5 ĦADD GĦID C
24 ta’ April 2016
____________________________________________________________________________________
Dal-għodu ser issir il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ fl-okkażżjoni tal-275 sena minn meta saret. Ser toħroġ mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ fid-8.45am u ser tasal ħdejn il-Knisja tal-Vitorja fl10.00am. Il-purċissjoni tinżel minn Triq il-Vitorja u fl-10.30am tasal ħdejn il-Knisja ż-Żgħira fejn isir moment ta’ talb. Tgħaddi mbagħad minn quddiem il-Każin tal-Banda u tkompli minn Triq San Bartilomew. Għandna nħarsu lejn din l-okkażżjoni bl-attitudni li aħna lkoll aħwa li nirrispettaw u nħobbu lil xulxin għaliex aħna membri ta’ Knisja waħda u noqogħdu fl-istess belt. Matul din il-ġimgħa ser ikompli t-tberik f’dawn it-toroq: It-Tnejn 25 ta' April
pm Triq il-Belt Valletta
It-Tlieta 26 ta' April
pm Triq il-Poezija, Triq il-Għana, Triq Lydda
L-Erbgħa 27 ta' April
pm Triq Spiteri Fremond, Armier, Stabal, Gnien
Il-Ħamis 28 ta' April
pm Triq Nikol Montebello, Marcel Attard Vagnolo, Triq Dun Ġorġ Fenech
Il-Ġimgħa 29 ta' April
pm Triq Mario Pace, Karmelo Camilleri, Triq Nikol Baldacchino
Nhar it-Tnejn issir laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fis-7.15pm fiċ-Ċentru. Nhar it-Tlieta ser issir it-tielet laqgħa tal-kors dwar il-ħniena ta’ Alla, fis-7.15pm, fil-Kripta tal-Knisja. Din ser titmexxa minn Fr Raymond Gatt OP bis-suġġett: Il-Parabboli tal-Ħniena.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL: 2 14 8 63 5 0
•
E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg
Irċevejna applikazzjonijiet għall-morda li jixtiequ jagħmlu l-pellegrinaġġ għal Lourdes bejn l-20 u s-26 ta’ Lulju 2016. Min hu nteressat jikkuntatja l-Uffiċċju Parrokkjali. Nhar il-Ħamis 5 ta’ Mejju issir l-ikla ta’ Jum l-Omm, waqt li fit-8 ta’ Mejju isir il-Pellegrinaġġ talMadonna ta’ Pompei, Marsaxlokk. Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan