Avviżi 24 ta' Diċembru 2017

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

4 Avvent B

24 ta’ Diċembru 2017

____________________________________________________________________________________ •

Ninsabu lejliet il-Milied, propju qrib tal-festa l-kbira tas-salvazzjoni tagħna.

Għada / Illejla fil-5.30pm toħroġ il-purċissjoni bil-Bambin minn ħdejn il-MUSEUM tas-Subien. Ittfal kollha tal-parroċċa mħeġġa jattendu għaliha, anke tfal li ma jattendux għall-katekiżmu lMUSEUM.

Fis-6.00pm issir il-quddiesa ta’ Lejliet il-Milied. Din tkun tgħodd għall-Milied jekk wieħed ikun sema’ is-Sibt filgħaxija jew il-Ħadd filgħodu. Wara l-quddiesa, il-purċissjoni tal-Bambin tasal ilKnisja fejn issir ċelebrazzjoni tal-Kelma ta’ Alla.

Il-Knisja tiftaħ mill-ġdid il-Ħadd filgħaxija fl-10.00pm. Fil-11.00pm tibda l-velja tal-Lejl Qaddis tal-Milied, bil-kant, bi preżentazzjoni mill-MUSEUM tas-subien u miż-żgħażagħ tal-parroċċa, ilpriedka tat-tifel, u l-quddiesa tal-Lejl tal-Milied. F’dan il-lejl, il-post tagħna huwa fil-Knisja, fidDar ta’ Alla.

It-Tnejn, 25 ta’ Diċembru: Jum il-Milied. Jekk ma ħadniex sehem fil-quddiesa ta’ lejliet jew ta’ billejl, huwa jum fejn nieħdu sehem fil-quddiesa.

Avviż mill-Kunsill Lokali: Għada l-Ħadd / Illum ser jingabar l-iskart minflok it-Tnejn – il-gurnata tal-Milied.

Il-Ħadd 31 ta’ Diċembru, għall-quddiesa tal-11.00am mistiedna b’mod speċjali familji li matul issena 2017 għammdu lit-tarbija tagħhom, kif ukoll dawk li għamlu l-Ewwel Tqarbina.

Il-Ħadd 31 ta’ Diċembru fis-6.00pm tiġi ċċelebrata l-quddiesa li fiha jitkanta t-Te Deum.

Dawk li jqassmu r-rivista Kliem il-Ħajja mitluba jiġbru l-kopji tagħhom mill-uffiċċju.

F’isem il-Kleru tal-Parroċċa, nawguralkom Milied Qaddis, mimli bil-Paċi tal-Mulej.

Paċi u barka

Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0

E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.