Avviżi 25 ta' Settembru 2016

Page 1

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

26 Hadd C

25 ta’ Settembru 2016

____________________________________________________________________________________ •

Min nhar it-Tnejn li ġej jibdew il-lezzjonijiet tal-katekiżmu fil-Mużew tal-Bniet u l-Mużew tasSubien. Il-Katekiżmu fiċ-Ċentru jibda fit-3 ta’ Ottubru.

Min jitħajjar fix-xogħol tal-ganċ jew tal-labar, bizzilla taċ-ċombini, ganutell, rakkmu, xogħol tallewlu u ħansa jmur jinkiteb fiċ-Ċentru Parrokkjali, nhar it-Tnejn 26 ta’ Settembru, bejn is-6 u s-7pm.

It-Tnejn fis-7.15pm issir il-laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, fiċ-Ċentru.

Nhar l-Erbgħa 28 ta’ Settembru fid-9.30am jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-Ladies’ Circle fiċ-Ċentru, kif ukoll il-laqgħa tal-anzjani fid-9.30am fil-Kripta.

Nhar il-Ġimgħa issir il-quddiesa b’suffraġju għall-mejtin mill-parroċċa li mietu bejn April u Awwissu ta’ din is-sena. Il-quddiesa issir fil-Kripta tal-Knisja. Wara, fit-8.30pm, ser issir adorazzjoni animata mill-group Footprints. Kulħadd mistieden jattendi għaliha.

Qed nilqghu abbatini godda. Tfal subien interessati jistghu ikellmu lill-kappillan jew lill-vici. Minn nhar is-Sibt, 1 ta’ Ottubru 2016 il-laqgħa tal-abbatini ser tibda ssir fit-3:45pm fiċ-Ċentru Parrokkjali u wara jieħdu sehem fil-quddiesa tal-5:15pm.

Nhar il-Ħamis ser isir breakfast il-Qawra b’risq il-missjoni. Tluq minn quddiem il-Knisja fid9.30am.

Matul din is-Sena tal-Ħniena, il-parroċċa tagħna semgħet l-appell tal-Papa Franġisku biex kull parroċċa fl-Ewropa tagħti għajnuna lil familja ta’ refuġjati. Bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Emigranti, matul din is-sena qegħdin ngħinu żagħżugħ min-Niġerja, li għax sar nisrani kellu jaħrab mill-post fejn kien joqgħod u spiċċa fi gziritna. Permezz tal-għajnuna li qed jirċievi, jista’ jkompli listudji tiegħu fil-computers, b’mod li ‘l quddiem ikun ikun jista’ jaqla l-għixien tiegħu.

Paċi u barka

Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0

E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.