Avvizi tal-Kommunita 25 ta' Diċembru 2016

Page 1

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI – MALTA www.qormisbparish.org

25 TA’ DIĊEMBRU 2015

MILIED SENA A

__________________________________________________________________________________

Niċċelebraw bil-ferħ il-Jum tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Inħeġġukom biex f’dawn il-ġranet nersqu lejn il-Mulej fit-talb, fir-ringrazjament personali u anke fis-sehem filquddiesa ta’ matul il-ġimgħa. Għal ħafna dawn huma ġranet ta’ vaganzi u għalhekk tajjeb li nsibu ħin għall-quddiesa. Nhar l-Erbgħa ser ikun hawn fuq iz-zuntier persuni biex jiġbru affarijiet tal-ikel biex jingħataw b’għajnuna lil familja fqar il-Gambia. Fuq in-notice board u fil-facebook talparroċċa issibu lista qasira ta’ affarijiet li wieħed jista’ jikkontribwixxi. Is-Sibt li ġej huwa l-aħħar jum tas-sena. Fil-quddiesa tas-6.30pm jitkanta l-innu ta’ raddil ħajr (Te Deum). Wara l-quddiesa tat-7.45pm issir l-adorazzjoni tal-aħħar tas-sena. Mhux ser tkun tard bil-lejl, bħas-snin l-oħra, imma wara l-quddiesa tat-7.45pm. Wara naqsmu xi ħaġa tajba flimkien. Il-Ħadd li ġej huwa l-ewwel jum tas-sena, Festa ta’ Ommna Marija. Il-quddies ikun bħall-Ħdud kollha. Matul din il-ġimgħa, l-Uffiċċju Parrokkjali ser jiftaħ biss il-ġurnata tat-Tlieta, fil-għodu u fil-għaxija. Wasal il-fuljett ta’ Jannar u d-distributuri jistgħu jiġbruh mill-Uffiċċju Parrokkjali. F’isem il-Kleru tal-Parroċċa nixtiqilkom Milied qaddis, mimli bil-grazzja u l-ferħ talMulej. Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

TE L : 21 48 6 35 0

E - M AI L : inf o @q or mi sb pari sh .or g


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.