Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
13 ĦADD C
26 ta’ Ġunju 2016
____________________________________________________________________________________
Illejla u għada / Illum nifirħu lil ħutna Qriema tal-parroċċa ġirien tagħna li qegħdin jiċċelebraw ilFesta Titulari ta’ San Ġorġ Martri. Nawgurawlhom il-festa t-tajba, u nifirħu magħhom fi spirtu ta’ fraternità u ta’ mħabba. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju niċċelebraw il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl, il-festa ta’ l-Imnarja. Għalkemm mhix festa kmandata, tajjeb li nqaddsu din il-ġurnata bis-sehem tagħna fil-quddiesa. Ilquddies ikun bħal nhar ta’ xogħol. Nhar l-Erbgħa wkoll issir l-Ordinazzjoni Saċerdotali ta’ 8 saċerdoti ġodda, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6.00pm, fosthom Fr Sergio Fenech u Fr Mark Mallia Pawley millParroċċa tagħna. Huwa mument ta’ ferħ kbir għalina, kif ukoll ta’ gratitudni lejn il-Mulej. F’dawn ilġranet għandna nitolbu ħafna għalihom, u nitolbu wkoll biex il-Mulej isejjaħ aktar ħaddiema filgħalqa tal-ħsad tiegħu. It-Tlieta ser issir velja ta’ talb is-Seminarju, ir-Rabat, mit-8.00- 9.00pm għas-saċerdoti l-ġodda. Aħna lkoll mistiedna nattendu għaliha. Trasport għal din il-velja ta’ talb jitlaq minn quddiem ilKnisja fis-7.15pm. Nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju fit-8.00pm quddiesa għaż-żgħażagħ tal-Parroċċa fil-Kripta tal-Knisja. Din hija quddiesa bi tħejjija għall-Festa Parrokkjali tagħna. Nistiednu liż-żagħżagħ kollha talParroċċa biex jieħdu sehem fiha. Il-Ħadd li ġej fis-6.00pm issir il-quddiesa ta’ Radd-il Ħajr tas-saċerdot novell Fr Sergio Fenech. Sabiħ li bħala Parroċċa ningħaqdu miegħu fir-ringrazzjament lill-Mulej għad-don tas-saċerdozju. Għada / Illum il-Ħadd il-Knisja ż-Żgħira ser tkun magħluqa biex isir xogħol ta’ tindif fiha.
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 21 4 8 6 35 0
•
E-M AI L: q or m is b ma l t a@g m ai l . c o m
Il-Ħamis filgħodu fiċ-Ċentru ser isir coffee morning b’risq il-missjoni. Il-Ħamis filgħaxija fil5.30pm ser issir laqgħa għal min ser jgħin fil-Lejla Maltija li ssir ġimgħa qabel il-Festa. Importanti li min ser jgħin jattendi għal din il-laqgħa fil-Kripta tal-Knisja. Matul ix-xhur tas-sajf, issir it-Tombla fiċ-Ċentru kull nhar ta’ Sibt filgħaxija.
Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan