Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
1 AVVENT A
27 ta’ Novembru 2016
____________________________________________________________________________________ •
Illejla fis-6.30pm ser jintwera l-film ‘The Song of Bernardette’, fiċ-Ċentru.
•
Nhar it-Tnejn fis-7.15pm issir il-laqgħa tal-Kunsill Parrokkjali fiċ-Ċentru.
•
Nhar il-Ġimgħa issir it-tieni laqgħa ta’ Lectio Divina, fil-Knisja Parrokkjali, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija. Permezz ta’ dawn il-laqgħat nifhmu aħjar il-qari tal-quddiesa tal-Ħadd u jkollna għajnuna biex ngħixu aħjar iż-żmien tal-Avvent.
•
Nhar il-Ħamis 1 ta’ Diċembru ser isir breakfast ġewwa San Ġiljan. Biljetti mingħand Consiglia Abela.
•
Nhar il-Ħamis fis-7.30pm fil-Katidral tal-Imdina se jittella’ kunċert b’risq id-Dar tal-Providenza mill-Banda tal-Forzi Armati taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, is-Sinjura Marie-Louise Coleiro Preca u l-Arċisqof ta’ Malta, Mons Charles J. Scicluna. Jitħabbar ukoll ir-rebbieħ tal-Premju Dun Mikiel Azzopardi 2016. Min jixtieq jattendi għall-kunċert li d-dħul tiegħu huwa b’xejn, jista’ jċempel lil Radju RTK fuq 7949 3923 jew lid-Dar tal-Providenza fuq 2146 2844.
•
Nhar is-Sibt li ġej filgħodu ser isir bazaar fuq iz-zuntier tal-Knisja.
•
Is-Sibt li ġej wara nofs in-nhar imħeġġin biex nieħdu sehem f’manifestazzjoni favur il-ħajja umana li ser issir il-Belt Valletta fil-5.30pm. F’din il-manifestazzjoni ser titkellem Rebecca Kiessling, persuna li tkellmet f’diversi pajjiżi favur il-ħajja umana.
•
Wasal il-fuljett Flimkien tax-xahar ta’ Diċembru. Parrokkjali.
Distributuri jistgħu jiġbruh mill-Uffiċċju
Paċi u barka
Fr Joseph Buhagiar Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org