Avviżi 28 ta' Awwissu 2016

Page 1

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

22 ĦADD C

28 ta’ Awwissu 2016

____________________________________________________________________________________ Għada l-Ħadd / Illejla, il-Parroċċa kollha mistiedna tingħaqad fil-ferħ ma’ Fr Mark Mallia Pawley filquddiesa ta’ Radd-il Ħajr lil Alla għall-Ordinazzjoni Saċerdotali li rċieva. Il-quddiesa tkun fis-6.00pm. Is-Sibt 3 ta’ Settembru issir il-quddiesa ta’ Radd-il Ħajr ta’ Fr James Saydon, li għamel l-esperjenza tadDjakonat fil-Parroċċa tagħna. Din ser issir fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar, fis-6.30pm. Ser jiġi organizzat trasport li jitlaq minn quddiem il-Knisja fil-5.15pm. Min jixtieq juża t-trasport javża luffiċċju parrokkjali. Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Settembru, fiċ-Ċentru Leap ta’ Ħal Qormi ser ikun hemm uffiċċjal tal-Awtorità tadDjar għal min jixtieq jitkellem miegħu. Dan ser ikun hemm mit-8.30-11.30am. Nifirħu lil Dun Bastjan Caruana, mill-parroċċa ta’ San Sebastjan, li ġie maħtur Arċipriet tal-Mosta. Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL : 21 4 8 6 35 0

E-M AI L: q or m is b ma l t a@g m ai l . c o m


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.