Avvizi 29 05 2016

Page 1

Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

CORPUS CHIRSTI C

29 ta’ Mejju 2016

____________________________________________________________________________________ 

  

Dawn il-ġranet bejn il-Festa tal-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù u dik tal-Qalb ta’ Ġesù li sejrin niċċelebraw nhar il-Ġimgħa li ġej huma iddedikati lill-Ewkaristija, fejn aħna mistiedna nersqu lejn Ġesù Ewkaristija, nadurawh u nqimuh. Hija ġimgħa li fiha l-Mulej jista’ jagħtina ħafna affarijiet sbieħ. Għada / Illum fil-Knisja ż-Żgħira ser issir ġurnata b’Ġesù Sagramentat espost. Inħeġġiġkom li aħna lkoll insibu ħin biex nagħmlu mumenti ta’ talb fis-skiet, biex nuru fidi, mħabba u gratitudni lejn ilMulej li għamel lilu nnifsu preżenti f’dan is-sagrament. Fis-7.00pm tingħad it-talba ta’ l-Għasar u tingħata l-Barka Sagramentali. Matul il-ġimgħa, kuljum fil-Knisja ż-Żgħira, jiġi espost Ġesù Sagramentat fl-4.00pm. Fis-7.15 issir adorazzjoni: It-Tnejn tkun immexxija mill-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali It-Tlieta mill-membri tal-Moviment Kariżmatiku L-Erbgħa mill-Gruppi Familji Nsara Il-Ħamis, fis-7.15pm mill-Ministri tat-Tqarbin u wara mill-Fratelli. Kif stajna ninnutaw din il-ġimgħa, tlestiet it-tiswija tal-bieb tal-ġenb tal-Knisja ż-Żgħira. Nirringrazzja bil-qalb lil kull min ħadem u kkontribwixxa għal dan il-proġett. Sabiħ li l-Knisja żŻgħira nżuruha regolari, nagħmlu fiha ħin ta’ talb u ringrazzjament li jiswa ta’ ġid spiritwali kbir. Nhar il-Ġimgħa issir il-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù. Ikollna l-quddiesa fis-6.30pm u wara l-purċissjoni b’Ġesù Sagramentat li tgħaddi minn: Triq San Bartilmew, Triq il-Kbira, Triq San Bastjan, u Triq San Bartilmew. Xieraq li nieħdu sehem fil-quddiesa u fil-purċissjoni. Qegħda toqrob il-ġurnata importanti ta’ l-Ordinazzjoni Saċerdotali ta’ żewġ membri tal-parroċċa tagħna: Sergio Fenech u Mark Mallia Pawley. Din ser issir nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju, fis-6.00pm, fil-Kon- Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Għandna nżommuhom fit-talb tagħna waqt li ma nieqfux nitolbu biex il-Mulej isejjaħ aktar żgħażagħ biex jaħdmu fil-għalqa tiegħu bħala saċerdoti u reliġjużi. Nhar il-Ħamis 9 ta’ Ġunju ser jiġi organizzat breakfast il-Qawra. Biljetti mingħand Consiglia Abela.

Paċi u barka Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184

T EL: 2 14 8 63 5 0

E -M AI L: i n f o @q o r mi sb par i s h. o rg


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.