Avviżi 30 ta' Lulju 2017

Page 1

Avviżi Tal-Kommunità Parroċċa San Sebastjan

ĦAL QORMI - MALTA

17 Ħadd A

30 ta’ Lulju 2017

____________________________________________________________________________________

Qegħdin fiż-żmien tas-sajf. Tkun ħaġa ta’ ġid kbir għalina li nużaw il-ħin liberu tagħna biex nersqu aktar lejn il-Mulej. Inħeġġiġkom li tattendu għall-quddiesa tal-Ħadd, kif ukoll għallquddiesa ta’ matul il-ġimgħa. Inħeġġiġkom ukoll biex nenkoraġġixxu lit-tfal li jattendu għallquddiesa ta’ kuljum, għaliex il-kuntatt tagħna ma’ Ġesù jagħmel il-ġid.

Għandna nieħdu ħsieb li meta niġu il-Knisja inkunu liebsin kif jixraq lid-Dar ta’ Alla.

Nhar il-Ħamis issir ħarġa għall-baħar. Tluq fit-3.00pm minn quddiem iz-zuntier.

Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Awwissu fiċ-Ċentru Leap li jinsab fi Triq Dun Mario, Ħal Qormi, ser ikun hemm uffiċċjal tal-Awtorità tad-Djar bejn it-8.00 – 11.00am, biex ikun jista’ jagħti informazzjoni dwar skemi ta’ djar u servizzi oħra offruti mill-Awtorità tad-Djar.

Paċi u barka

Fr Joseph Buhagiar Kappillan

TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184 • TEL: 2148 6350 • E-MAIL: info@qormisbparish.org


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.