Parroċċa San Sebastjan
ĦAL QORMI - MALTA
31 Ħadd C
30 ta’ Ottubru 2016
____________________________________________________________________________________ •
Nhar it-Tlieta li ġej niċċelebraw il-Festa tal-Qaddisin Kollha, filwaqt li l-Erbgħa niċċelebraw itTifkira ta’ Ħutna l-Mejtin. Huma ċelebrazzjonijiet għeżież għalina. Imħeġġin li nieħdu sehem filquddies, b’mod speċjali il-quddiesa ta’ filgħaxija. Il-ħin tal-quddies f’dawn il-jumejn ikun bħallġranet ta’ matul il-ġimgħa.
•
Nhar il-Ħamis li ġej issir l-Assemblea tal-Parroċċa, fis-7.15pm fiċ-Ċentru Parrokkjali, dħul minn Triq San Bartilmew. Din is-sena l-Assemblea ser tkun indirizzata minn Dr Miriam Sciberras u ser niffukaw fuq il-valur tal-ħajja umana u kif nippromovu dan il-valur ċentrali fil-fidi tagħna. Kulħadd mistieden għaliha.
•
Il-Ġimgħa filgħaxija, il-quddiesa ssir b’sufraġju għall-membri tal-parroċċa tagħna li mietu matul laħħar 12-il xahar. Qraba u ħbieb mistiedna jattendu. Jistgħu ukoll iġibu s-santa tal-għeżież tagħhom ħalli titqiegħed fil-bord li nagħmlu f’dan ix-xahar.
•
Il-Kap tal-Iskola Primarja tavża lill-ġenituri li huma residenti fil-Parroċċa ta’ San Sebastjan u li għandhom tfal li twieldu fis-sena 2014 biex imorru l-iskola jiġbru l-formola biex jiktbu lil uliedhom l-iskola kemm jista’ jkun malajr.
•
Il-ġabra għall-missjoni li saret fil-parroċċa tagħna l-Ħadd li għadda laħqet is-somma ta’ €4100. Din is-somma ma tinkludix l-envelopes li nġabru. Min għad għandu l-envelope tal-missjoni d-dar jista’ jġibu hawn il-knisja. Grazzi ħafna lil min ikkontribwixxa.
•
Wasal il-Fuljett tax-xahar ta’ Novembru. Distributuri mitluba jiġbruh mill-Uffiċċju Parrokkjali.
•
Illejla inressqu l-arloġġi tagħna siegħu lura biex naqilbu għall-ħin tax-xitwa. Il-ħin tal-quddies jibqa’ l-istess.
Paċi u barka
Fr Joseph Buhagiar Kappillan
TRIQ SAN BARTILMEW, ĦAL QORMI QRM 2184
•
T EL : 2 1 4 8 6 3 5 0
•
E- M AI L: i nf o@q or mi sb par i s h. org