»
Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Ġunju 2019
Ir-Rigal tal-Ewkaristija Matul dan ix-xahar, fil-Parroċċa tagħna, nifirħu mat-tfal tal-Ewwel Tqarbina, li ser jirċievu lil Ġesù Ewkaristija għallewwel darba. Imbagħad mistiedna biex flimkien malKnisja niċċellebraw l-festi Ewkaristċi ta’ Corpus Christi u tal-Qalb ta’ Ġesù. F’dawn il-mumenti, aħna lkoll msejħin biex bi ħġarna nersqu lejn l-Ewkaristija, li hija rigal għażiż li l-Knisja tgħożż b’ imħabba u b’qima kbira, mogħti lilna minn Ġesù nniffsu. Fl-Ewkaristija, aħna naduraw il-presenza reali ta’ Ġesù, li għażel li jibqà magħna, sabiex iqawwina filmixja tal-ħajja tagħna. Lill-Appostli, fil-lejl ta’ Ħamis ixXirka, meta waqqaf dan is-Sagrament Ġesù qallilhom: “Agħmlu dan b’tifkira tiegħi.” Għalhekk il-Knisja, sal-aħħar taż-żmien, permezz tas-saċerdoti tagħha, tibqà tagħtina dan l-ikel, biex mhux biss nirċevuh ġewwa qalbna, imma biex iħejjina u jqawwina filmixja tagħna lejn is-sema. Aħna u niċċellebraw dawn il-festi Ewkaristiċi, tajjeb li nitolbu biex ma nonqsux mill-apprezzament tagħna lejn dan ir-rigal għażiż, li Ġesù tagħna, frott l-imħabba tiegħu. Għax faċli jiġri, li peress li aħna nidraw nagħmlu ċerti affarijiet li nagħmluhom ta’ spiss, nibdew nonqsu min dik l-istima, rispett u mħabba lejhom u kollox jibda jsir mhux apprezzat. B’din il-mentalità, l-Quddiesa tal-Ħadd ma nibqgħux nagħtuha l-importanza tagħha, l-adorazzjoni tasSagrament fil-Knisja ż-Żgħira ma nibqgħux nagħrfuha bħala grazzja biex inkunu ftit ħin ma’ Ġesù u bil-mod
il-mod affarijiet oħra jibdew jieħdu l-post ta’ Alla filħajja tiegħi, b’riżultat li faċli ħafna iżjed li nitfixxkel. Għalhekk ejjew nagħrfu li l-Ewkaristija, ma nistgħux ngħaddu mingħajrha, xejn u ħadd ma jistà jieħu l-post tagħha. Fl-Ewkaristija li niċċellebraw, aħna : 1. Niftakru fl-għotja, fis-sagrifiċċju li Ġesù għamel għalina darba għal dejjem fuq is-salib, biex iħobbna u biex jeħlisna mid-dnub. 2. F’kull Quddiesa, Ġesù jsir preżenti għalina b’ mod ħaj, biex aħna jkollna l-grazzja li nilqgħuh fil-qalb tagħna. Xi grazzja kbira għandna li f’ kull Quddiesa li nieħdu sehem fiha, nistgħu nirċievu lil Ġesù! 3. F’dan is-Sagrament, msejħin biex nibqgħu miegħU filwaqt li nitolbu biex ma ninfirdu qatt minnhu. 4. Msejħin biex inħallu din il-presenza tibdilna, billi nwarrbu l-egoiżmu tagħna u nilbsu l-imħabba li trid twassalna biex insiru qaddejja ta’ xulxin. It-Talba tagħna, fid-dawl ta’ dawn il-festi għeżież li ser nagħmlu, ejjew inħalluha tkun din: O Ġesù Ewkaristija, kun int il-ferħ u l-hena ta’ ħajti kollha. Nselli ħafna għalikom u tkunu mberkin Dun Ewkarist Zammit ARĊIPRIET