Sliem u Ħajja - April 2019

Page 1

»

Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi April 2019

“Ra u emmen” F’dawn il-ġranet tar-Randan, aħna u nħejju ruħna biex niċċellebraw il-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien tal-Mulej, tispikka aktar fina x-xewqa u l-impenn, biex bħala nsara ngħixu xi ftit aħjar mis-soltu. Huma diversi, dawk li f’ dawn il-jiem, jitfgħu l-ħarsa tagħhom fuq Kristu Msallab u jiftakru x’ kien lest li jagħmel għalina, biex jurina sa fejn twassal l-imħabba tiegħu lejna. Tajjeb imma nagħrfu, li l-bażi tal-fidi tagħna ma tieqafx biss mas-salib fuq il-kalvarju, imma tifforma ruħha u tissaħħaħ, filQawmien ta’ Ġesu’ mill-mewt. Għalhekk, dawn huma jiem għeżież, fejn ifakkruna, fir-rebħa li għamel Ġesu’ permezz tas-salib, biex b’hekk id-dnub ma jkunx l-aħħar kelma għallbniedem, imma li jgħix, ħajja ġdida bħala iben/ bint ta’ Alla. Din hija t-tama u l-bażi ta’ dak li ser niċċellebraw. Dan huwa l-qofol tal-fidi tagħna. Għax Alla quddiem id-dnub tal-bniedem, għamel għażla, mhux li jwarrbu jew jabbandunah, imma jifdih u jagħtih ħajja ġdida. F’ dawn il-jiem, aħna mistiedna nsaħħu din l-fidi f’ dan Ġesu` li miet u qam, billi nidħlu aktar fil-fond fil-ħbieberija tagħna ma’ Alla, l-aktar billi nieħdu sehem fl-Ewkaristija u nersqu wkoll għas-Sagrament tal-Qrar, li huwa s-Sagrament tal-

ħniena, għax ninħellsu mid-dnub tagħna u nimtlew bil-grazzja ta’ Alla, li timla lil qalbna bil-paċi u l-ferħ. Quddiem, il-qabar vojt, nhar Ħadd il-Għid, in-nisrani jrid jagħmel l-istess bħad-dixxiplu l-maħbub li “ra u emmen” (Ġw 20, 8), biex b’hekk huwa wkoll jagħraf tassew wara min hu miexi u jsaħħaħ lil oħrajn, f’ din il-mixja. Għalhekk nittama, li f’ dawn il-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa, narakom lkoll miġbura bħala familja, għaċ-ċelebrazzjoniet kollha li ser ikollna fil-Knisja. Biex hekk flimkien niċċellebraw din il-fidi u dan il-mod uniku, kif Alla wera mħabbtu lejna midinbin. Sabiħ li mmorru naraw u nieħdu sehem fil-purċissjoniet u l-wirijiet, imma ejjew ma nieqfux hemm, imma ejjew nidħlu aktar fil-fond ta’ dak li nemmnu, billi ngħixu flimkien fil-Knisja dawn iljiem għeżież, fejn fihom hemm miġbura l-qofol ta’ dak li nemmnu fih. Inselli ħafna għalikom u nitlob biex il-Barka ta’ Alla tinżel fuqkom u fuq l-għeżież tagħkom. Nawgura lilkom u l-familji tagħkom, l-Għid itTajjeb!! Dun Ewkarist Zammit KAPPILLAN


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.