»
Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Frar 2020
Għaliex jiena nagħżel lil Kristu? Kristu għazel lill-bniedem meta kien mitluf u midneb. Ħabbna qabel ma ħabbejnieħ aħna, għax fuq kollox Hu kien li għażilna l-ewwel. Għalhekk, issa l-waqt li nagħmel l-għażla tiegħi li hi Fih - KRISTU. Fil-magħmudija ta’ Kristu fix-Xmara Gordan u fitTrasfigurazzjoni fuq il-Muntanja Tabor, fiż-żewġ okkażjonijiet separati, instema leħen mis-Sema jirreferi għal Kristu bħala “Ibni il-Maħbub”. Naħseb li m’hemmx prova akbar u aktar ċara minn din li Kristu huwa Bin Alla. Kristu huwa l-Messija u l-Feddej tagħna. Hu li offra lilu nnifsu li sir bniedem bħalna, filwaqt li tabba bilħazen u l-ħtijiet tad-dinja kollha, miet għalina lkoll fuq is-salib biex isalvana. Bla dubbju Gesu Kristu huwa s-Salvatur tal-bnedmin kollha, għax kieku ma kienx Hu, dnubietna qatt ma kienu jistghħu jiġu maħfura quddiem Alla l-Missier. Qatt ma jżomm f’qalbu meta nonqsuH. Għal kuntrarju, meta il-bniedem iwarrbu, Hu jfittxu sakemm isibu, iħaddnu Miegħu u skond kliemU fl-Evangelu, jagħmillu Festa fis-Sema. L-imhħabba ta’ Kristu għall-bniedem hija bla qies u jhobbna bla kundizzjoni. Kull meta nidinbu u nitobuħ maħfra, Huwa jaħfrilna u jerġa jgħannaqna Miegħu u jerfana bħal ma refa’ in-nagħġa l-mitlufa. Din il-kompassjoni u dawn il-kwalitajiet sbieħ ta’ Kristu, insibuhom u naqrawhom f’hħafna mill-qari ta’ l-Evangelu. Kristu, ta’ qalb ħelwa u umli – Dawn urihomna biċ-ċar bil-mirakli kollha li wettaq meta kien fostna. Kien
Eileen Darmanin
jifhem, jagħder u juri ħniena lill kull min jitolbu u juri li għandu l-fidi fiH. Il-Mulej huwa t-Triq, il-Verita u l-Ħajja – Huwa d-dawl li jurina l-vera u l-unika triq għas-salvazzjoni. Fih tirrifletti il-Verita, ghħax it-tagħlim Tiegħu huwa kollu tajjeb u veru u ġej minn Alla l-Missier. Huwa wkoll il-Ħajja li b’ġenerożita kbira lest li jagħtina skond il-wiegħda Tiegħu, meta qal li kull min jemmen Fih u jimxi warajH, ikollu l-Ħajja ta’ Dejjem. Ġesu’ joffri wkoll il-Kenn Tiegħu lil kull min jitolbu, speċjalment lil min hu mġarrab u għaddej minn xi forma ta’ tbatija, anzi jżid jgħid li kull min jistkenn fiH ma jkollux xi jpatti. Huwa jserraħ lil min hu fil-hemm, ifarraġ lil imdejjaq u jisma’ lil kull min isejjahlU. Ġesu Kristu jwiegħed il-Ġenna lil kull min jemmen fiH u jgħarfu li hu l-Iben t’Alla. Min jista’ joffrilna rigal isbaħ u akbar minn dan! Ġesu ħallilna l-isbaħ rigal fl-Ewkaristija għax l-Imħabba Tiegħu hija nfinita. Tagħna Lilu nnifsu għax rid li jibqa’ magħna tul ħajjitna kollha u ta’ dan nirringrazzjawH b’qalbna kollha. Fuq dawn il-ħsibijiet u r-riflessjonijiet qosra tiegħi, jiena nagħzel lil-KRISTU bħala l-EROJ tiegħi, u ngħamlu iċ-Ċentru ta’ Ħajti, filwaqt li nittama fiH, nitolbu li fil-Ġustizzja, fit-Tjieba u fil-Ħniena Infinita Tiegħu, isalvana, biex inkunu nistaw immorru ngawduh għal dejjem fis-Sema; il-Ġenna li Hu ħalaq u hejja għalina lkoll.