Insert Flimkien - Marzu 2020

Page 1

»

Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Marzu 2020

Nisrani ta’ veru?

Ir-Randan, huwa żmien, fejn jiena niġi msejjaħ minn Ġesù, sabiex nirifletti fuq il-kwalità ta’ ħajja nisranija li jiena qed ngħix. Dak il-bniedem li ma jagħrafx l-bżonn li jieqaf biex jaħseb, ikun qed jirriskja, li jistà jgħix aħjar, imma ma jindunax b’ dan, minħabba li ma jkunx qiegħed ipoġġi, l-prijoritajiet tiegħu f’ posthom. Dan ifisser, li jkun qed jagħti importanza zejda affarijiet mhux daqshekk importanti, anki jekk jidhru tajbin u jħalli barra dak li huwa essenzjali, jiġifieri dak li huwa tassew għall-ġid tiegħu u li jagħti sens il-kwalita ta’ ħajja li suppost qed jgħix. X’jitlob Ġesù mid-dixxipli tiegħu? Fl-Evanġelju skont San Matthew Ġesù jqabbel liddixxipli tiegħu mal-melħ u dawl. Dawn huma żewġ elementi meħtieġa fil-ħajja tal-bniedem.

“Intom il-Melħ tal-art” Il-melħ huwa element prezzjuż. Huwa jservi biex jippreserva l-ikel mit-taħsir u jagħti togħma tajba lill-ikel. Wieħed ta’ minn jiftakar li fi żmien Kristu ma kienx hemm il-kumdità li għandna aħna llum, allura l-melħ kien jippreserva l-ħut u l-laħam mittaħsir. Hekk ukoll in-nisrani, huwa msejjaħ sabiex bi kliemu, b’għemilu u bil-ħidma li jwettaq jippreserva lis-soċjetà minn dak kollu li jistà jħassarha, biex b’ hekk tkun post tajjeb, fejn il-bniedem jkun jistà jgħix b’dinjità xierqa.

Għalhekk in-nisrani huwa msejjaħ, biex iħalli l-Vanġelu jkun l-uniku dawl tiegħu, għax inkella faċli ħafna li jinġarr mal-kurrent u minflok ma jbiddel lis-soċjetà, jispiċċa l-istil tad-dinja ibiddel lilu. Il-melħ ma jridx jitlef imluħitu, għax inkella ma jkun tajjeb għal xejn. L-istes jiġri lill-insara jekk ma jħallux l-Kelma ta’ Ġesù tmiss lill-qalb tagħhom. “Intom id-Dawl tad-Dinja” Fil-Vanġelu ta’ San Ġwann, Ġesù jsejjaħ lilu nniffsu: “Jien id-dawl tad-Dinja”. Imma issa, huwa jnissel din il-fiduċja fil-bniedem billi jnissel fih l-istess missjoni li kellu hu. Din turi wkoll ir-responsabiltà tan-nisrani. Biex jasal li jagħmel dan, huwa jrid jgħożż l-għaqda sħiħa tiegħu ma’ Ġesù fit-talb, għax bħalma d-dawl għandu bżonn l-kuntatt, għax inkella jinqata l-kurrent, hekk ukoll in-nisrani biex iwassal dan id-dawl bi kliemu u b’ għemilu lil oħrajn għandu bżonn ta’ Ġesù. Għalhekk mdawllin mill-Kelma ta’ Alla, li fir-Randan aħna mistiedna biex niriflettu, ejjew nitolbu kif ser nkunu aħjar il-melħ u dawl tad-dinja, biex b’hekk aħna nkunu tassew nsara ta’ veru. Inselli ħafna għalikom u nitlob fuqkom u fuq ilfamilji tagħkom l-Barka tal-Mulej. DUN EWKARIST ZAMMIT ARĊIPRIET


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.