Sliem u Ħajja -Mejju 2019

Page 1

»

Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Mejju 2019

“Agħmlu kull ma jgħidilkom hu” Ġw 2, 5 Bħala Knisja f’dawn il-jiem, qegħdin ngħixu l-ferħ tal-Għid il-Kbir. Iva, Kristu li miet u li fdiena b’demmu, qam għal dejjem rebbieħ irxuxtat. Dan ifisser li l-biżà, d-dnub u l-mewt mhumiex aktar l-aħħar kelma, għax Kristu bir-rebħa li huwa għamel issiġila darba għal dejjem it-tajjeb, bħala dak li huwa għal dejjem rebbieħ. Din hija l-Aħbar it-Tajba li tagħtina l-Knisja u li lilna timliena bil-ferħ u bil-kurraġġ. Propju għax il-Knisja għandha din il-Kelma sabiħa x’ tagħtina, nixtieq nistedinkom għall-Ġimgħa ta’ Tagħlim, miftuħa għal kulħadd, organizzata fil-Parroċċa tagħna mill-membri tal-Museum, mitTnejn 13 sal-Ħamis 16 ta’ Mejju, fil-Knisja ż-Żgħira. Tajjeb li ma nonqsux milli nattendu. Ma ninsewx x’ kien jgħid San Ġorġ Preca – “It-tagħlim huwa l-għajn ta’ kull ġid.” Aħna ma nistgħu qatt naslu biex nagħmlu it-tajjeb fil-ħajja tagħna u tal-oħrajn, jekk qabel ma ngħożżux u nħobbu t-tagħlim. Mingħajr ma nkunu neggativi, wieħed jistà jasal biex jikkonkludi li llum, nagħmlu ċertu għażliet żbaljati, propju għaliex neqsin mit-tagħlim. F’dan ix-xahar ta’ Mejju, xahar iddedikat lil Omm tagħna Marija, fil-Parroċċa tagħna, ser ikollna l-grazzja, li nilqgħu fostna il-kwadru devot talMadonna ta’ Pinu. Din għalina, hija grazzja kbira.

L-Omm, ser tiġi iżżur lilna, bħalha uliedha, sabiex hi tkompli tressaqna lejn Binha Ġesù. Hi ser tiġi żżurna biex permezz tagħha nkomplu nduqu t-tjubija ta’ Alla, għax Alla l-imbierek, f’ Marija mhux biss jrid jurina kemm jħobbna u jieħu ħsiebna, imma jixtieq jqarreb il-presenza tiegħu magħna. Għax Marija mhux biss tatna lil Ġesù meta twieled għalina fl-għar ta’ Betlehem, imma tixtieq tnisslu fil-qlub tagħna u bħalma qalet lid-dixxipli fit-tieġ ta’ Kana tgħid lilna llum: “Agħmlu kull ma jgħidilkom hu”. Inħeġġiġkom ħafna biex nitolbu ħalli lil Marija, nilqgħuha fil-Parroċċa tagħna b’ ferħ kbir. Nitolbu ħalli din iż-żjara tħalli l-frott mixtieq fi qlubna u fil-familji tagħna, billi nħalluha isaħħarna quddiem is-sbuħija tagħha, inħalluha tqawwilna qalbna, biex quddiem id-dnub, l-isfidi, t-tbatija u l-mard, ma naqtgħux qalbna imma nafdaw ruħna f’idejha biex bħalha avukata tagħna u omm l-midinibin tkun dejjem għalina gwida li takkumpanjana f’din il-ħajja u turina t-triq lejn id-dar tal-Missier, bħalha l-bieb tas-sema. Inselli ħafna għalikom u tkunu mberkin. Dun Ewkarist Zammit KAPPILLAN


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.