»
Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Ottubru 2019
Esperjenza ta’ Ħajja Reliġjuża Jiena Sister Grace Mercieca minn ĦalQormi u nagħmel parti mill-Parroċċatà San Sebastjan. Qabel ma dħalt il-kunvent, għall-ħajja reliġjuża, kont membru attivfisSoċjeta tad-Duttrina Nisranija, il-MUSEUM, fejn ħadt l-ewwel formazzjoni tiegħi, sakemm il-Mulej sejjaħħli biex ngħix aktar viċin tiegħu mall-Kongregazzjoni tasSorijiet Franġiskani Missjunarji tal-Qalb Bla Tebgħa tà Marija, imsejjħin anke tal-Eġittu. Li tagħraf u twieġebgħas-sejħa t’Alla mhix ħaġa faċli. HuwaAlla li jsejjaħ, aħna minn naħa tagħna rridu nwieġbu għal din is-sejħa ta’ mħabba li hu jagħmlilna. Jiena bil-għajnuna t’Alla, permezz tat-talb u d-direzzjoni spiritwali weġibt għal din is-sejħa. Wara mixja daqsxejn twila, kien t-22 tàSettembru 1991 meta ħallejt kollox warajja u għedt iva għas-sejħa li l-Mulej għamilli. Bdejt il-formazzjoni tiegħi ġewwa Ruma, għamilt sena postulandat u sentejn novizzjat. Kienu tlett snin fejn ħallejt lil Alla jgħaġinni u jiffurmani. Wara dawn is-snin, kien l-14 ta’ Settembru 1994 fejn erġajt għedt iva billi għamilt il-professjoni fejn permezz tal-voti tal-ubbidjenza, faqar u safa wegħed lil Alla li se nimxi warajh aktar mill-viċin. Kienet ġurnata indimentikabbli li ma titfissirx bil-kliem, ħassejt l-imħabba t’Alla timlili ‘l ħajti u kont ċerta li mhux se jħallini waħdi.
Il-ħajja kkonsagrata hija don li jagħti Alla, lili tani din il-grazzja,mhux għax kien jistħoqqli imma għax ħares lejn il-miżerja tiegħi u fil-miżerja tiegħi tani imħabbtu. Din is-sena qed nagħlaq 25 sena mill-ewwel professjoni tiegħi,minn dik l-iva li kont tajtu. Kienu 25 sena tlugħ u inżul, imma l-imħabba u l-preżenza t’Alla kienu dejjem miegħi. Qatt ma’ ħallieni waħdi, anke meta forsi ħassejtni waħdi Hu dejjem kien hemm qabli. Jiena nawgura u nitlob għal dawk li qed iħossu s-sejħa t’Alla biex ma’ jibżgħux jwieġbu għal din l-imħabba, għax Alla jħobbhom u jibqa jħobbhom. Sr. Grace Mercieca