»
Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Settembru 2019
Il-Ferħ ta’ Ħajja Ġdida Il-figura ta’ Ġesu’ tal-Galilea ġġibna qrib tal-ministeru pastorali tas-saċerdot. Ġesu’ fil-qalba tar-raħal jew tal-belt. Ġesu’ mdawwar u f’kuntatt kontinwu mannies: it-triq, il-pjazza, il-ġnien, ħdejn il-baħar, fuq xi għolja, fid-djar. Drabi oħra fis-sinagoga jew fittempju. Ġesu’ tal-Galilea li “ra n-nies u tħassarhom għax kienu mdejqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj” (Mt 9, 36). Ġesu’ tal-Galilea li “l-qawwa talMulej kienet fih biex ifejjaq” (Lq 5, 17). Il-qawwa li jfejjaq, ifarraġ, jeħles, jaħfer u jqaddes.
Ġesu’ tal-Galilea għadu miexi fostna llum b’qalb ta’ ħniena u qawwa. Il-missjoni tal-Knisja hija li tqarreb lill-bniedem biex jiltaqa’ u jilqa’ lil Ġesu’ fil-ħajja tiegħu. Relazzjoni personali ma’ Ġesu’ tfejjaq u teħles lill-bniedem biex iġarrab il-ferħ, it-tama u l-kuraġġ. Relazzjoni li ġġib bidla fil-bniedem: kif jaħseb, jiddeċiedi u jagħżel; kif iħobb u jaħseb finnies ta’ madwaru; kif imieri lil qalbu biex isib lilu nnifsu u l-veru ġid għal ħajtu. Għalhekk, il-bniedem hu t-triq li l-Knisja trid timxi fiha. Għalhekk, il-Knisja trid tisma’, tilqa’, takkompanja u toħroġ tiltaqa’ malbniedem tal-lum. B’hekk, tkun Ġesu’ tal-Galilea miexi fostna llum. Il-kelma u l-qawwa ta’ Ġesu’ tal-Galilea jdawlu l-irkejjen mudlama tal-qalb; imissu rejaltajiet ta’ kull xorta ta’ mard; jeħilsu minn vizzji, dipendenzi, abbużi u jasar; itaffu s-swied ta’qalb mis-solitudni,
mill-uġiegħ ta’ mħabba miċħuda, feruta jew traduta; irattbu l-qlub fejn hemm ġlied, mibegħda u firda; igħallmu s-sewwa fejn hemm ingann, qerq, u ipokresija. Kull bniedem li jiltaqa’ ma’ Ġesu’ jsib ilferħ ta’ ħajja ġdida. Bħala saċerdot tolqotni din ix-xbieha ta’ Ġesu’ tal-Galilea. Dak li Ġesu’ jfisser għalija u għamel miegħi, naqsmu u nwasslu mal-oħrajn. Meta nikbru f’relazzjoni ma’ Ġesu’, tmissna l-qawwa tiegħu li tfejjaqna, teħlisna u tqaddisna.Ġesu’ tal-Galilea jibda jfisser ferħ f’ħajjitna. Dun Joe Mifsud
QUDDIESA
TA’ RADD IL-ĦAJR IL-PARROĊĊA TA’ SAN SEBASTJAN, ĦAL QORMI TIXTIEQ TIRRINGRAZZJA LIL DUN JOE MIFSUD FI TMIEM IS-SERVIZZ PASTORALI TIEGĦU, BĦALA SAĊERDOT FIL-PARROĊĊA TAGĦNA. HUWA SER IMEXXI QUDDIESA TA’ RADD IL-ĦAJR NHAR IL-ĦADD 29 TA’ SETTEMBRU, FILKNISJA ARĊIPRETALI FIS-6.00PM. KULĦADD MISTIEDEN