Sliem u Ħajja ajja - Marzu 2019

Page 1

»

Sliem u ħajja Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi Marzu 2019

Wipers Ix-xita kienet nieżla sew waqt li omm kienet qeda issuq biex twassal it-tifla tagħha lejn l-iskola. Kif kienet qed isuq, l-omm nħasdet għal kliem ta bintha li qaltilha: ‘‘Ma, aqta’ x’qed naħseb?’’. L-omm fetħet widnjeha beraħ biex tisma’ l-għerf li bih kienet se toħroġ it-tifla ta’ seba’ snin. ‘‘X’qed taħseb binti?’’ saqsitha l-omm. ‘‘Ix-xita Ma! Il-Mużew qalulna biex meta tkun ix-xita u nkun fil-karozza niftakru fis-Sagrament tal-Qrar.’’ L-omm staqsitha b’kurżita’: ‘‘U x’qalulek li għandek tiftakar?’’ It-tifla weġbitha ‘‘Ix-xita hija bħad-dnub u l-wipers huma bħal idejn Alla li l-ħin kollu jnaddaf id-dnubiet tagħna quddiemu.’’ Minn dakinhar l-imberkin wipers tal-karozza bdew ifakkru lil dik l-omm li Alla dejjem lest li jaħfrilna id-dnubiet tagħna. Dan huwa messaġ sabiħ li inti u jiena mistiedna ngħixu f’dan ir-Randan. Ersaq lejn il-Qrar! Ersaq lejn dan Alla li ma jgħejja qatt jaħfrilek; ma jgħejja qatt jnaddaf id-dnubiet tiegħek! Ħafna drabi huwa aħna li ngħejjew nitolbu maħfra lil Alla; ngħejjew nersqu lejn il-Qrar. Il-Mulej Ġesu’ ma jridx il-mewt tal-midneb, ma jridx li l-midneb jispiċċa u jitkisser fi dnub tiegħu.

Ġesu’ jixtieq li jsalva lil midneb u jerfgħu mid-dnub tiegħu. Ftakar x’għamel ma’ Żakkew; Ġesu’ wera ħniena miegħu u Żakkew radd lura dak li seraq. Ftakar x’għamel ma’ San Pietru meta ċaħdu għal tlett darbiet; Ġesu’ wera ħniena miegħu u Pietru għal tlett darbiet qallu li jħobbu. Lili Ġesu’ jagħmili l-istess stedina fil-Qrar. J’Alla meta tuża l-wipers tal-karozza tara l-ħniena u l-maħfra ta’ Alla li jridu jnaddfu minn quddiemek id-dnub tiegħek. Użah dan ir-rigal ta’ maħfra ta’ Alla. Ma tħallasx għalih. Diġa ħallas kollox Ġesu’ għalih. Ersaq lejn il-Qrar u ikseb l-paċi vera ta’ qalbek. Dun Nicholas Dimech VIĊI KAPPILLAN


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.