Sliem u Ħajja - Festa 2018

Page 1

Sliem u Ħajja Festa 2018 - Għadd 220

PARROĊĊA SAN SEBASTJAN ĦAL QORMI


Sliem u Ħajja Festa 2018 - Għadd 220

Fuljett tal-Parroċċa San Sebastjan Martri, Ħal Qormi. Tel: 21486350 Email: parrocca.qormi.sb@maltadiocese.org Webiste: www.qormisbparish.org Facebook: St.Sebastian Parish Qormi – Parroċċa San Sebastjan Bord Editorjali: Dun Ewkarist Zammit – Kappillan Vince Peresso Maria Mifsud Etienne Agius Anthony Chetcuti (Proof reading) Ritratti: Errol C. Farrugia Disinn u Stampar: Stamperija tal-Gvern Kopertina: Il-faċċatta tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi. Ħajr: Uffiċċju tal-Kommunikazzjoni Arċidjoċesi ta’ Malta

PARROĊĊA SAN SEBASTJAN ĦAL QORMI


“Bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat” Mt 7,24 Dawn il-kelmiet ta’ Ġesù, kemm joqogħdu tant tajjeb għall-Patrun tagħna San Sebastjan. Bniedem, li għax xtaq verament ikun dixxiplu tal-Mulej, għaraf li s-sejħa tiegħu hi li jħalli l-Kelma ta’ Alla tmexxih fl-għażliet li jagħmel u flistil tal-ħajja li jgħix. Frott ta’ dan mhux biss gawda hu, imma llum il-Knisja tara fih mudell sabiħ ta’ qdusija, li kif jgħidilna l-Papa Franġisku fl-Eżortazzjoni Appostolika Gaudete Et Exultate, hija “l-isbaħ wiċċ tal-Knisja”. San Sebastjan huwa wieħed mill-qaddisin kbar tal-Knisja. Huwa ta xhieda għal Kristu mhux biss bil-ħajja tiegħu, iżda wkoll bil-mewt. Fil-fatt huwa wieħed mill-martri tal-ewwel żminijiet tal-Knisja. Huwa sar suldat u minħabba l-għaqal u l-qlubija tiegħu huwa mexa ’l quddiem u malajr laħaq gradi għoljin fl-armata Rumana. Daħal mal-gwardji pretorjani, li kienu magħmulin minn ċenturjuni li kienu jħarsu l-ħajja tal-Imperatur stess u tant wera ħila u kapaċità li saħansitra kiseb il-fiduċja tal-Imperaturi Djoklezjanu u Massiminu. Sebastjan, kien lajk eżemplari fil-qadi ta’ dmirijietu. Kien, raġel onest mimli għerf u għaqal u bniedem ta’ prinċipji sodi. Kien jgħożż il-valuri li jġibu ’l quddiem id-dinjità tal-bnedmin u xtaqilhom il-ġid. Ma fittixx li jaqbel lilu, il-kumdità personali tiegħu, fil-fatt insibu li kien ħabib u sostenn għall-priġunieri. Fuq kollox bħala nisrani, Sebastjan għażel lil Kristu u twaħħad miegħu f’ kollox, inkluż fil-mewt. Għal dan il-għan huwa wera kuraġġ u ma beżax ikun nisrani konvint, għax kien iħoss fuqu l-protezzjoni ta’ Alla. Naturalment dan swielu prezz ta’ umiljazzjoni, tbatija ħarxa u martirju. Imma lanqas dan ma fixklu, anki jekk deher iblah għad-dinja, l-importanti għalih kien li jkun għaqli fi Kristu. Fittex li jibni fuq il-blat u mhux fuq ir-ramel, biex b’hekk jibqa’ fidil sal-aħħar lejh. Iva, f’San Sebastjan l-imħabba ta’ Alla ħalliet ħafna frott. F’din il-festa li ser niċċelebraw flimkien, aħna msejħin biex nieqfu ftit mir-ritmu tal-ħajja u nħallu lill-Mulej ikellimna, permezz tax-xhieda sabiħa tal-Qaddis tagħna u bħalu nikbru fil-ħeġġa tagħna lejH. Dan nistgħu nagħmluh billi nħallu lil Ġesù jħobbna u jressaqna lejh u ma nħallu lil ħadd u xejn xi jtellifna milli nibqgħu magħqudin miegħu. Is-sigriet tal-qdusija fil-ħajja ta’ San Sebastjan kien dan: l-imħabba ta’ Ġesù. Dan kien il-ferħ ta’ qalbu, dan kien dak li mlieh bil-kuraġġ, biex ma jibżax ikun dixxiplu ta’ Ġesù. Ejjew aħna nagħmlu bħalu llum, għax aħna wkoll imsejħin għall-istess triq li kellu San Sebastjan: il-Qdusija. Mhux dejjem faċli, anzi ħafna drabi biex ngħixuha, irridu mmorru kontra l-kurrent. Imma ejjew niftakru li Ġesù għandu fiduċja fina u meta nonqsu, l-ħniena tiegħu hija magħna, hija kbira. Il-Papa Franġisku fl-Eżortazzjoni Appostolika dwar is-sejħa għall-qdusija fid-dinja tal-lum, jgħidilna: “Fil-Knisja, qaddisa u magħmula mill-midinbin, sa ssib dak kollu li teħtieġ biex tikber lejn il-qdusija”. Ejjew għalhekk inħarsu ’l quddiem u fuq l-eżempju tal-Patrun tagħna, bil-ferħ u b’fedeltà ngħixu din is-sejħa li l-Mulej qiegħed jagħmlilna bħala d-dixxipli tiegħu. Fl-aħħarnett, filwaqt li nirringrazzja lill-voluntiera kollha, li qed jagħtu s-sehem sħiħ tagħhom, biex ikollna festa sabiħa, inħeġġeġ lil kulħadd biex f’din il-festa nersqu għall-Qrar u t-Tqarbin u nieħdu sehem bi ħġarna fil-funzjonijiet tal-Knisja. Tajjeb ħafna li nieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru fuq barra, imma ejjew ma ninsewx x’inhu l-iskop tal-festa; li nersqu lejn Alla fuq l-eżempju ta’ San Sebastjan. Ix-xewqa u t-talba tiegħi lil Alla għal din il-festa li ser niċċelebraw flimkien, insibuha minquxa filkliem tal-Innu Popolari li f’dawn il-jiem inkantaw minn qalbna: Sliem għalik O Tawmaturgu Difensur tal-fidi tagħna B’dik l-imħabba li fik tgħammar Deh’ mexxina u ieqaf magħna. Nawgura lilkom u lill-familji tagħkom, il-festa t-tajba. Viva San San Sebastjan. Dun Ewkarist Zammit Kappillan


“Nagħtikom rgħajja għal qalbi” Ġer 3,15 Ftakru f’dawk li jmexxukom, dawk li wasslulkom il-kelma ta’ Alla (Lhud 13:7) Fit-13 ta’ Settembru tas-sena 2008, il-Kurja Arċiveskovili ta’ Malta ħabbret li s-sitt Kappillan tal-parroċċa tant għażiża ta’ San Sebastjan ġewwa Ħal Qormi ser ikun Dun Joseph Buhagiar. Sitt xhur ilu, l-istess Kurja ħabbret li l-parrokat tassitt Kappillan wasal fi tmiemu u tħabbar is-seba’ Kappillan; Dun Ewkarist Zammit li issa diġà ilu fostna kważi ħames xhur. Żgur illi Dun Joseph Buhagiar ser jibqa’ mfakkar għaddeterminazzjoni li fiha sarraf id-diversi xogħlijiet u ħidmiet li għamel f’diversi oqsma li ta’ min wieħed isemmi u jibqa’ jfakkar. L-ewwel u mhux l-inqas, wieħed irid isemmi r-restawr estern u intern tal-Knisja ż-Żgħira li għalkemm tat il-bidu tal-bini tagħha kważi 140 sena ilu u sfortunatament sfat magħluqa għal diversi snin, żgur illi issa tista’ titgawda kemm artistikament bl-opri li tikkonsisti fihom kif ukoll spiritwalment bħala post ta’ adorazzjoni Ewkaristika. Il-Kappillan Buhagiar ħadem ukoll fil-qasam li kien tant għal qalbu; iċ-Ċentru Pastorali, liema bini llum jintuża minn diversi gruppi għal għanijiet rikreattivi, edukattivi u soċjali. Dun Joseph stinka biex iħallas is-self ta’ flejjes kbar li kien hemm fuq dan iċ-Ċentru u li issa żgur li jista’ jitgawda b’mod aħjar wara li anke saret manutenzjoni fuq diversi swali u kmamar fl-istess bini. Fi kważi disa’ snin u nofs irnexxielu jgħaqqad aktar il-parroċċa tagħna u ta’ dan nirringrazzjawh minn qiegħ qalbna li issa qegħdin ingawdu l-frott li ħalla hu speċjalment partikularment l-evanġelizzazzjoni li tant kien jisħaq fuqha u jagħtiha prijorità fost l-affarijiet l-oħrajn kollha. Nirringrazzjawh ħafna bi grazzi onesta u j’Alla San Sebastjan u l-Madonna jkunu dejjem miegħu f’kull pass li jagħmel f’ħajtu. Ċertament, kull Qormi mill-parroċċa qatt ma jista’ jinsa l-mument fejn kulħadd kien ħerqan jistenna li jsir jaf min ser ikun is-seba’ Kappillan tal-parroċċa, nhar is-Sibt 20 ta’ Jannar fil-festa liturġika ta’ San Sebastjan Martri, u f’leħħa ta’ berqa nxterdet l-aħbar li l-Kappillan il-ġdid ser ikun Dun Ewkarist Zammit. F’inqas minn xahar mit-tħabbira tal-Kappillan il-ġdid, Dun Ewkarist minnufih beda l-ħidma tiegħu fil-parroċċa bħala r-ragħaj spiritwali tal-istess komunità. Żgur li wieħed ma jistax ma jsemmix il-karattru ferrieħi u żagħżugħ ta’ dan issaċerdot li din is-sena, propju f’dan ix-xahar ta’ Lulju ser ikun qiegħed jiċċelebra għaxar snin mill-ordinazzjoni presbiterali liema għaxar snin qattagħhom bħala Viċi-Arċipriet fil-parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Kappillan u aktar tard Arċipriet fil-parroċċa ta’ Santa Marija ġewwa Ħad-Dingli u issa jinsab bil-parrokat tiegħu fostna. F’dawn il-ħames xhur li ilu magħna l-Kappillan Zammit diġà bdejna naraw il-ħafna ħidma u determinazzjoni li hu mfawwar biha dan il-Kappillan. Data oħra li żgur li tibqa’ mfakkra fl-istorja tal-parroċċa tagħna hija l-Ħadd 15 ta’ April, nhar il-pussess tas-seba’ Kappillan b’quddiesa solenni mmexxija minn Monsinjur Arċisqof fejn fost l-oħrajn spikkaw il-mumenti simboliċi bħad-daqq tal-qanpiena fost ħafna oħrajn. L-Arċisqof Scicluna filmessaġġ tiegħu li għadda b’mod dirett lil Dun Ewkarist saħaq li għandu jsir parti mill-parroċċa ta’ San Sebastjan u jsir jaf il-poplu tiegħu u li jħabrek sabiex iwasslu għand Kristu Ġesù. J’Alla mela aħna wkoll nimxu id f’id mal-Kappillan il-ġdid, għalkemm issa mhux ser jibqa’ l-Kappillan il-ġdid, bħalma dejjem imxejna mal-predeċessuri tiegħu u kif għad nimxu mas-suċċessuri tiegħu bħala sens ta’ għaqda u solidarjetà fil-mumenti diffiċli li tgħaddi minnhom il-parroċċa tagħna u anke nifirħu fil-mumenti sbieħ li ngħaddu minnhom ilkoll flimkien bħala komunità. “Ftakru f’dawk li jmexxukom, dawk li wasslulkom il-kelma ta’ Alla” u tassew għandna x’niftakru meta nħarsu lura u naraw is-sensiela ta’ sitt Kappillani li dejjem ħabirku u ħadmu għall-ġid tal-parroċċa u kif jiena ċert li ser jagħmel is-seba’ Kappillan; Dun Karist. Jurgen Debono


NIXTIEQ INSIR QADDIS Tiftakar meta fil-klassi tal-Primarja kienu jistaqsuna x’nixtiequ nilħqu la nikbru? Kont tisma’ lil min isemmi minn kull xorta ta’ karriera u vokazzjoni. Imma qatt ma naf li smajt lil ħadd jgħid li jrid isir qaddis! Donnu għal bosta l-qdusija għandha prezz għoli wisq biex tinxtara. Ħafna jaħsbuha prerogattiva ta’ klassi ċkejkna ta’ nies li għandhom il-ħin biex jinqatgħu mill-bqija tad-dinja u jekk jista’ jkun mill-art ukoll. B’xorti ħażina, fost l-Insara hawn iddur l-idea żbaljata li l-qdusija hi tir li jista’ jintlaħaq biss f’xi spazju mistħajjel wara din il-ħajja, u li mqar hemm, xorta waħda hi riservata biss għal dawk li nagħmlulhom statwa u pedestall, inpoġġuhom f’niċċa, indawrulhom djadema ma’ rashom, u noqogħdu niftaħru bihom. Imma r-realtà li jurina l-Vanġelu hi xort’oħra. L-Aħbar it-tajba li għadu kemm reġa’ fakkarna fiha l-Papa Franġisku hi li s-sejħa għall-qdusija hi universali, u li allura kulħadd jista’ jsir qaddis/qaddisa. Din mhix xi invenzjoni ta’ dan il-Papa. Il-Konċilju Vatikan II diġà kien fakkarna b’ċerta qawwa li bilMagħmudija tagħna aħna lkoll imsejħin biex insiru qaddisin (ara Lumen gentium, n. 40). Il-Papa ried itennilna dan kollu fl-Eżortazzjoni ġdida tiegħu Gaudete et exsultate, bil-Malti “Ifirħu u thennew”, kliem meħud minn fuq fomm Ġesù fid-Diskors tal-Muntanja (Mt 5-7). Eżortazzjoni mhix għajr ittra twila ta’ tagħlim, anzi tħeġġiġ, mir-Ragħaj tal-Knisja universali lill-Insara, jew aħjar, lill-bnedmin kollha “ta’ rieda tajba”, dwar xi suġġett li jħoss li għandu jiġbed l-attenzjoni dwaru fiżżminijiet tal-lum. Fil-verità, f’din l-ittra tiegħu l-Papa mhux jiżvelalna xi tagħlim ġdid jew jagħtina trattat b’ħafna definizzjonijiet teoriċi, imma pjuttost jixtieq “li tidwi għal darb’oħra s-sejħa għallqdusija, billi nfittxu li nlaħħmuha fil-kuntest attwali, bir-riskji, l-isfidi u l-opportunitajiet li dan iġib miegħu” (n. 2).


Mit-titlu ta’ dan id-dokument, li bħaż-żewġ Eżortazzjonijiet l-oħra ta’ Franġisku wkoll iduru mattema tal-ferħ, malajr naqbdu l-ġist ta’ dak li jixtieq jgħidilna l-Papa: f’dinja li tista’ tidher ostili għall-messaġġ ta’ Kristu u t-tagħlim tal-Vanġelu, li qed tagħmel persekuzzjoni ta’ kull għamla linNisrani, fejn ħafna qed jipproponulna mezzi oħra mhux dejjem tajbin biex naslu għall-ferħ, Alla “jridna qaddisin u jistenna minna li ma nikkuntentawx ruħna b’ħajja ta’ nofs kedda u medjokri, imxejna, inkonsistenti” (n. 1). Fil-qalba tal-Eżortazzjoni – kapitlu 3 – il-Papa jipproponi l-Beatitudnijiet (Mt 5:3-12) bħala “l-karta tal-identità tan-Nisrani” (n. 63), u allura jagħtina suġġerimenti prattiċi ħafna dwar kif nistgħu nimxu t-triq tal-qdusija, li fl-aħħar mill-aħħar mhi xejn għajr “l-imħabba li tingħax b’mod sħiħ” (n. 21) u għas-servizz tal-oħrajn. It-test hu mimli bi kwotazzjonijiet Bibliċi kif ukoll oħrajn mill-kitbiet tal-qaddisin; lil dawn tal-aħħar jippreżentahomlna bħala “xhieda li jiswew biex jistimulawna u jimmotivawna” (n. 11) ħalli nixbhu iżjed lil Ġesù. L-eżempji tal-qaddisin, jgħid il-Papa, m’għandhomx jaqtgħulna qalbna għax forsi naħsbu li m’għandniex il-gazz naslu sa fejn waslu huma. Pjuttost, il-qdusija niksbuha bil-ġesti żgħar ta’ mħabba, bl-attenzjoni għad-dettalji, u spiss anki bil-waqgħat ta’ kuljum li minnhom nerġgħu nqumu iktar b’saħħitna. It-tfixkil huwa ħafna – f’kapitlu 2 ifakkarna f’żewġ għedewwa sottili, li huma l-Injostiċiżmu u l-Pelaġjaniżmu, żewġ termini li jidhru tqal, imma meta naqraw il-kapitlu nifhmu kemm huma reali fi żmienna daqskemm kienu fis-snin bikrin tal-Knisja. Daqshekk ieħor hi reali t-tentazzjoni tax-xitan, li jisħaq fuqha b’ċerta qawwa fl-aħħar kapitlu, u għalhekk kull Nisrani serju jrid jagħmel dixxerniment kontinwu fil-ħajja tiegħu. Tant hu prattiku l-Papa fis-suġġerimenti tiegħu, li fir-raba’ kapitlu jagħtina ħames għodod li fiddinja tal-lum jistgħu jgħinuna nsiru qaddisin: is-sabar u l-ħlewwa l-aktar fit-tiġrib; il-ferħ u s-sens ta’ umoriżmu; il-kuraġġ u l-ħeġġa; il-komunità; u t-talb bla waqfien. Fl-aħħar mill-aħħar, dak li għandna nieħdu minn din l-Eżortazzjoni hu li l-qdusija hi għalina wkoll, u mhux biss ma teħdilna xejn, imma toffrilna “l-ħajja vera, il-ferħ li għalih ġejna maħluqin”. Għalhekk il-kisba tagħha tibda l-ewwel billi nħallu l-Ispirtu s-Santu jħeġġeġ f’qalbna x-xewqa ħerqana li nsiru qaddisin. Mela, ibda issa billi tgħid: “Nixtieq insir qaddis”! Francesco Pio Attard

By Dorianne

Facials Waxing Make-up Pedicures Manicures Gel Polish


SHOESTRING Shoes for comfort

20, St Bartholomeo Street, Qormi (Ħdejn il Mużew tas-subien)

Tel: 21 444 420


LIL SAN SEBASTJAN F’dawn il-ġranet aħna l-poplu ta’ din il-parroċċa, Bil-kbir infakkru l-eżistenza tiegħek O Qaddis San Sebastjan, U għall-festa hekk kbira, Isellmulek maż-żiffa ħelwa ta’ Lulju, Tant bnadar sbieħ fuq il-bjut. Jitbissmulek it-toroq imżejna Bil-mixgħela, pavaljuni, pedestalli bl-anġli u bandalori. Tagħtik merħba San Sebastjan Il-banda tagħna fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Pinto Bil-programm mużikali, U meta fit-toroq iddur, Bħall-fjur bil-ferħ timla’ l-qlub. Il-logħob tan-nar idawwallek is-smewwiet, Titpitter fil-wesgħa tagħha s-sema bil-murtali tal-kulur. Fil-beraħ bl-akbar ħila jintwera r-rakkont, Rakkont minsuġ bit-tbatija, bir-rebħa glorjuża, B’tieghek, San Sebastjan, l-akbar għeġubijiet. Iħaddnek miegħu t-tempju tagħna Tempju majestuż imżejjen b’tant reqqa, Waqt li d-daqq ħlejju tal-qniepen mill-kampnari, Kollhom ħerqana jxandru l-Kbir Ismek. Aħna mogħnija bl-imħabba lejk, B’tant ħeġġa nkantawlek mal-kor u l-orkestra l-isbaħ tifħir. Ninkurunaw din il-festa kbira tiegħek, San Sebastjan, Hekk kif mas-saċerdoti tagħna, Noffru s-sagrifiċċju solenni tal-quddiesa, Waqt li fommna jitolbok, Twarrad bit-tama kull qalb, kull ruħ, U żżejjinna bix-xebh tal-għemil qalbieni tiegħek, Biex bħalek, O Qaddis Protettur tagħna, Għad nidħlu għal dejjem fir-Renju tal-Missier Etern. Anna Reale


Itolbu mela lil Sid il-ħsad....Lq 10, 3 Kull fejn hemm vokazzjonijiet numerużi għall-ħajja saċerdotali u l-ħajja kkonsagrata, hemm huwa wkoll fejn in-nies qed jgħixu l-Evanġelju bil-ġenerożità (Papa Pawlu VI) Sa mill-bidu tat-twaqqif tal-parroċċa għażiża ddedikata lil San Sebastjan Martri, jiġifieri minn meta ġiet maqtugħa mill-parroċċa ta’ San Ġorġ Martri (5 ta’ Jannar 1936), dejjem kien hemm ħidma sħiħa biex jinbtu vokazzjonijiet għall-ħajja saċerdotali u reliġjuża; bħala riżultat dejjem rajna għadd sabiħ ta’ saċerdoti u reliġjużi. Fuq medda ta’ aktar minn 80 sena, taħt is-sensiela ta’ sitt Kappillani li rat il-parroċċa, dejjem ingħata bħala prijorità fost il-ħidma tagħhom li minn fost it-tfal u ż-żgħażagħ joħorġu vokazzjonijiet diversi. Żgur li s-seba’ Kappillan tal-parroċċa, li ta bidu għall-ħidma tiegħu fostna fi Frar li għadda, Dun Ewkarist Zammit ser jaħdem bħall-predeċessuri tiegħu biex ingawdu l-frott ta’ vokazzjonijiet ġodda. Tul dan l-artiklu sejrin nagħtu ħarsa lejn is-saċerdoti li ħarġu mill-parroċċa matul il-medda ta’ snin taħt is-sitt Kappillani. Fi żmien l-ewwel Kappillan, Dun Alwiġ Psaila (1936-1957), kellna lil Dun Gejt Cassar li ġie ordnat nhar is-17 ta’ Frar 1940. Insibu wkoll lil Patri Bastjan Scicluna OFM Conv li rċieva s-sagrament tal-Ordni Sagri nhar it-22 ta’ Marzu 1947 u fl-aħħarnett lil Dun Eddie Muscat li qaddes fid-29 ta’ Lulju 1956 oriġinarjament bħala Patri Agostinjan u wara xi żmien ġie Djoċesan. Dawn it-tliet saċerdoti kienu minn tal-ewwel li bdew il-mixja vokazzjonali tagħhom fil-parroċċa l-ġdida ta’ San Sebastjan. Fil-perjodu tal-parrokat tat-tieni Kappillan, Dun Ġużepp Cauchi (1957-1969), insibu lil Patri Mikiel Agius OFM Cap li qaddes fil-25 ta’ Marzu 1959 u kellna wkoll l-ewwel saċerdot wild il-parroċċa tagħna li hu Dun Gino Mangion li ġie ordnat nhar it-30 ta’ Marzu 1968. Tul iddsatax-il sena li ħadem fil-parroċċa tagħna, it-tielet Kappillan li huwa Monsinjur Vinċenz Deguara (1969-1988), ħarġu għadd numerużi ta’ vokazzjonijiet li huma Dun Joe Borg ordnat nhar il-15 ta’ Marzu 1970 u wkoll Patri Robert Agius OFM Conv li qaddes fis-17 ta’ Marzu 1972. Insibu wkoll lil Dun Joe Camilleri li rċieva s-sagrament tal-Ordni Sagri nhar l-20 ta’ Lulju 1974 u lil Dun Karm Mercieca u Dun Manwel Bugeja li dawn tal-aħħar ġew ordnati flimkien, nhar id-19 ta’ Ġunju 1977. Dun Ġorġ Dalli li ġie ordnat fil-21 ta’ April 1979 kif ukoll l-aħwa Dun Tony u Dun John Buhagiar li qaddsu fit-3 ta’ Lulju 1982 fost il-ferħ tal-ftuħ tal-Knisja parrokjali l-ġdida, li dak iż-żmien kienu Patrijiet Agostinjani u maż-żmien ġew Djoċesani, kienu wkoll tliet saċerdoti li qaddsu fi żmien il-parrokat ta’ Mons. Vinċenz Deguara. L-aħħar żewġ saċerdoti li ġew ordnati fi żmien it-tielet Kappillan kienu Dun Karm Borg li ġie ordnat fis-6 ta’ Awwissu 1983 u Dun Joe Meli li qaddes fl-1 ta’ Lulju 1984. Fi żmien ir-raba’ Kappillan, Monsinjur Charles Cordina (1988-1995), ħareġ Dun Martin Cardona li rċieva s-sagrament tal-Ordni s-Sagri nhar it-2 ta’ Lulju 1993, li dan ix-xahar qiegħed jiċċelebra 25 sena minn meta ġie ordnat saċerdot. Taħt il-ħames Kappillan, Dun Walter Cauchi (1996-2008), ġew ordnati Dun Bastjan Caruana fit-2 ta’ Ġunju 1997, Dun Raymond Zammit nhar it-2 ta’ Lulju 1999, Dun Carl-Mario Sultana u Dun Charles Cini li ġew ordnati flimkien fit-28 ta’ Settembru 2002. Fi żmien is-sitt Kappillan, Dun Joseph Buhagiar (2009-2018), ħarġu Dun Mark Ellul li ġie ordnat fit-23 ta’ Ġunju 2010, Patri Andrew Galea OFM CONV li qaddes nhar it-3 ta’ Lulju 2011, Dun Sergio Fenech u Dun Mark Mallia Pawley li qaddsu flimkien nhar id-29 ta’ Ġunju 2016.


Hekk tajna ħarsa lejn dawn id-diversi vokazzjonijiet li ħarġu mill-parroċċa tagħna u li lejhom aħna grati u kif ukoll lejn il-ġenituri tagħhom li offrewhom għall-qadi tal-Knisja Mqaddsa u tal-poplu t’Alla fdat f’idejhom. F’isem il-Kappillan Dun Ewkarist Zammit nixtieq nappella lilkom il-ġenituri sabiex tibagħtu lil uliedkom b’mod regolari għallezzjonijiet tad-duttrina u tħeġġuhom ukoll sabiex jidħlu bħala abbatini, b’hekk ikunu aktar viċin tal-akbar sagrament huma u jaqdu permezz tasservizz tagħhom, li minn hemm tnisslu ħafna mill-vokazzjonijiet u tibżgħux meta xi ħadd minn uliedkom iħoss is-sejħa ta’ vokazzjoni għax għalkemm “il-ħsad huwa kbir, il-ħaddiema huma ftit.” Għalhekk aħna u nitolbu lill-patrun tagħna San Sebastjan biex jinterċedi għalina quddiem Alla, ejjew nitolbu wkoll għall-parroċċa tagħna biex qatt ma tonqos mill-vokazzjonijiet kif dejjem kienet. Nawgura minn qalbi lil kulħadd festa qaddisa ad unur il-patrun tagħna San Sebastjan Martri. Renald Fenech


Festa ta’ San Sebastjan Martri PROGRAMM TAL-FESTA TA’ ĠEWWA - 2018 It-Tnejn 2 ta’ Lulju: 8.30pm Jiġi ppreżentat id-dramm Sebastjan 255AD – 288AD fuq iz-zuntier tal-Knisja millPageant Group tal-Parroċċa. Kitba u direzzjoni ta’ Sebastian Aquilina. Il-Ħamis 5 ta’ Lulju: 7.30pm Quddiesa għaż-żgħażagħ fl-okkażjoni tal-Festa fil-Knisja ż-Żgħira. Imexxi Dun Ewkarist Zammit, Kappillan. Inħeġġu liż-żgħażagħ biex jattendu. Il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju: 6.30pm Quddiesa u wara Adorazzjoni Ewkaristika fil-Knisja, biex il-festa tħalli ġid spiritwali fina lkoll. Ikollna wkoll saċerdoti disponibbli għall-Qrar. Is-Sibt 7 ta’ Lulju: Lejla Qormija 8.30pm Fuq iz-zuntier tal-Knisja tiġi organizzata Lejla Qormija b’risq il-festa. Il-Ħadd 8 ta’ Lulju: Jum is-Sodalità ta’ San Sebastjan 9.30am Quddiesa li fiha jiġi ċċelebrat s-Sagrament tal-Magħmudija. Imexxi Patri Jethro Bajada OFM Cap., Saċerdot Novell. 6.00pm Quddiesa bis-sehem tal-fratelli tal-Parroċċa tagħna, fejn fiha jingħata l-mandat lirreffiegħa tal-vara. Imexxi Dun Mario Mangion, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi. 7.30pm Tkompli l-Lejla Qormija fuq iz-zuntier tal-Knisja. It-Tnejn 9 ta’ Lulju: Jum il-Preżentazzjoni tat-Trabi u Bidu tal-Festa Titulari 6.15pm: L-Għaqdiet tal-Parroċċa jinġabru fil-Knisja ż-Żgħira, biex jimxu f’koreto għal ħdejn l-istatwa tal-ġebel ta’ San Sebastjan, fejn titqiegħed kuruna tar-rand u fjuri bi mħabba lejn il-Patrun tagħna. Issir tislima mill-Kappillan u jitkanta l-Innu Popolari. 7.00pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali bis-sehem tal-familji u t-trabi tagħhom li twieldu matul din l-aħħar sena. Fi tmiem il-Quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Sebastjan. Imexxi il-Kan. Dun Joe Mifsud. 8.15pm Ħruġ tal-vara ta’ San Sebastjan mill-Knisja Parrokkjali sa fuq iz-zuntier. Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan issellem lill-istatwa tal-Patrun tagħna. It-Tlieta 10 ta’ Lulju: Jum it-Tfal 6.15pm Korteo mit-tfal bl-istatwa ż-żgħira ta’ San Sebastjan. Jitlaq mill-MUSEUM tas-subien. Matul it-triq isiru waqfiet ta’ riflessjoni quddiem l-istatwi ta’ San Sebastjan u ta’ San Ġorġ. 7.00pm Quddiesa għat-tfal kollha tal-Parroċċa fil-Knisja Parrokkjali. Imexxi Monsinjur Arċisqof Emeritu Pawl Cremona O.P. Inħeġġu lit-tfal kollha u l-familji tagħhom biex jieħdu sehem. Fi tmiem il-Quddiesa tingħata tifkira lit-tfal kollha. L-Erbgħa 11 ta’ Lulju: L-Ewwel Jum tat-Tridu: Jum l-Anzjani / Jum l-Għaqdiet Ċivili 9.30am Quddiesa għall-anzjani u l-morda Qriema, li fiha jingħata s-Sagrament tal-Griżma talMorda. Imħeġġin jattendu l-anzjani kollha, sew dawk li ma joħorġux minn djarhom kif ukoll dawk li jinsabu fid-djar tal-anzjani. Imexxi Dun Lino Azzopardi. 6.30pm Qrar fil-Knisja Parrokkjali. 7.00pm Quddiesa bis-sehem tal-Kunsill Lokali, Għaqdiet tal-festa u l-Għaqdiet Ċivili kollha. Imexxi il-Kan. Charles Cini, Arċipriet tal-Furjana, bil-priedka tal-Ewwel Jum tat-Tridu ssir minn Patri Philip Cutajar OFM Cap. Wara kurunella, Innu tal-Martri, Antifona, Barka Sagramentali u Innu Popolari.


Il-Ħamis 12 ta’ Lulju: It-Tieni Jum tat-Tridu: Jum il-Familja 6.30pm Qrar fil-Knisja Parrokkjali. 7.00pm Quddiesa bis-sehem tal-familji tal-Parroċċa. Il-mistiedna speċjali jkunu dawk li qed ifakkru l-5, 10, 25, 50 u 60 sena miż-żwieġ tagħhom. Imexxi Dun Mark Mallia Pawley, Arċipriet ta’ Ħad-Dingli, bil-priedka tat-Tieni Jum tat-Tridu ssir minn Patri Philip Cutajar OFM Cap. Wara kurunella, Innu tal-Martri, Antifona, Barka Sagramentali u Innu Popolari. Il-Ġimgħa 13 ta’ Lulju: It-Tielet Jum tat-Tridu: Jum il-Parroċċa 6.30pm Qrar fil-Knisja Parrokkjali. 7.00pm Quddiesa bis-sehem tas-Saċerdoti tal-Parroċċa, flimkien mas-Saċerdoti u Reliġjużi Qriema, biex flimkien nitolbu lil Alla għal aktar vokazzjoniet mill-Parroċċa tagħna. Mistiedna b’mod speċjali l-Membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-membri kollha tal-Għaqdiet u l-Kummissjonijiet tal-Parroċċa u dawk kollha li b’xi mod jew ieħor jagħtu s-sehem tagħhom fil-ħajja tal-Parroċċa. Imexxi Dun Martin Cardona, Kappillan ta’ Ħal Kirkop, li din is-sena qed jiċċelebra 25 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Il-priedka tat-Tielet Jum tat-Tridu ssir minn Patri Philip Cutajar OFM Cap. Wara kurunella, Innu tal-Martri, Antifona, Barka Sagramentali u Innu Popolari. Is-Sibt 14 ta’ Lulju: Lejliet il-Festa 7.30am Qrar fil-Knisja. 8.30am Quddiesa minn Dun Sergio Fenech, Viċi Arċipriet tal-Mosta li tispiċċa bil-kant tat-Te Deum. Mistiedna speċjali l-Emigranti li jinsabu fostna għall-festa. 5.15pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. 6.15pm Konfessuri Barranin għall-Qrar. 6.30pm Toħroġ Purċissjoni mill-Knisja Parrokkjali għall-Knisja ż-Żgħira bis-sehem tal-fratelli, abbatini u Kleru. 6.45pm Wasla ta’ Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Knisja ż-Żgħira u nitolbu flimkien it-talba tal-Għasar tal-festa. Kulħadd mistieden biex nieħdu sehem. 7.15pm Translazzjoni Solenni bir-relikwa ta’ San Sebastjan Martri mill-Knisja ż-Żgħira salKnisja Parrokkjali fejn titkanta l-Antifona ta’ San Sebastjan. 8.00pm Quddiesa ta’ Lejliet il-festa mmexxija minn Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta. Il-Ħadd 15 ta’ Lulju: Jum il-Festa Quddies filgħodu: 6.30am, 8.30am, 11.00am 8:30am Quddiesa Solenni mmexxija mill-Kappillan Dun Ewkarist Zammit bis-sehem tal-Kleru tal-Parroċċa. Il-Paniġierku jsir minn Monsinjur Paul C. Vella, Prepostu Arċipriet ta’ Santa Elena, B’Kara. 6.00pm Quddiesa Solenni minn Dun Andrew Schembri, Viċi Kappillan ta’ Ħ’Attard. 7.15pm Ħruġ tal-Purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ San Sebastjan, li tgħaddi minn dawn ittoroq: il-Vitorja, San Rafel, San Sebastjan, San Bartilmew, il-Kbira, San Sebastjan, San Bartilmew sal-Knisja Parrokkjali. Il-purċissjoni titmexxa minn Dun Andrew Schembri. 10.30pm Dħul tal-purċissjoni bil-kant tal-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali. Tnejn 23 ta’ Lulju: Dħul tal-vara fin-niċċa 6.30pm Quddiesa ta’ ringrazzjament għall-festa. Wara l-Quddiesa l-istatwa ta’ San Sebastjan titqiegħed lura fin-niċċa. ● Il-Ċelebrazzjonijiet li jsiru fil-Knisja Parrokkjali mill-ħruġ tal-istatwa sa jum il-festa ser ikunu trasmessi fuq Radju Bastjaniżi FM, frekwenza 95, kif ukoll fuq l-internet. ● Il-Kor Bel Canto u l-Orkestra fil-jiem tal-festa ser ikunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Herman Farrugia Frantz.


PROGRAMM FESTA TA’ BARRA - 2018 It-Tnejn 10 ta’ Lulju 8.15pm Ħruġ tal-vara ta’ San Sebastjan min-niċċa sal-bieb tal-Knisja fejn tingħata tislima millparruċċani u mill-Banda San Sebastjan tas-Soċjetà Filarmonika Pinto li tkompli b’marċ tul dawn it-toroq: San Bartilmew, San Dwardu, iż-Żinżel, San Bastjan, San Benedittu, San Bartilmew, il-Kbira, Correa, Kunċizzjoni, San Sebastjan u jintemm quddiem il-Każin Pinto. It-Tlieta 11 ta’ Lulju 8.30pm Marċ mis-Soċjetà Mużikali Santa Katerina V.M. taż-Żurrieq li jibda mit-Triq l-Aħwa Zammit u jgħaddi mit-toroq: Mikiel Anton Vassalli, il-Kanun, Karm Debono, tal-Bajjada, Valletta, ir-Ragħaj, Furnar, Valletta, Pawlu Farrugia, Correa, Ħabbież, Ġunġlien, Amleto Spiteri, Tensila, Ħabbież, Ġużeppi Ciappara, il-Kbira, Correa, San Sebastjan u jintemm quddiem il-Każin Pinto. L-Erbgħa 12 ta’ Lulju 8.45pm Marċ mill-Għaqda Mużikali Sant’Elena ta’ B’Kara li jibda minn Vjal De la Cruz u jgħaddi mit-toroq: Misraħ Narbona, San Bartilmew, Antonio Muscat Fenech, Mdina, Ġużè Duca, Santa Katerina, Mdina, l-Ġdida, San Dwardu, Santa Katerina, Vitorja u San Bastjan sa quddiem il-Każin Pinto. 9.45pm Marċ mis-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan li jibda minn Triq Santa Katerina, Drama, Għana, Santa Katerina, Vitorja u San Sebastjan sa quddiem il-Każin Pinto. Il-Ħamis 13 ta’ Lulju 8.15pm Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan tagħmel marċ tul Triq San Sebastjan. 9.00pm Programm vokali u strumentali quddiem il-Każin Pinto. Il-Ġimgħa 14 ta’ Lulju 8.30pm Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan tibda marċ minn quddiem il-Kazin Pinto li jgħaddi mit-toroq San Sebastjan, Ġnien, Spiteri Fremond, San Bartilmew, Misraħ Narbona, Fontanier, Sienja, 20 ta’ Jannar, Ġorġ Borg, Triq Santa Marija, San Benedittu, San Ġużepp, Kunċizzjoni, Correa, Mifsud Ellul. Il-Kbira, Triq San Sebastjan u jintemm quddiem il-Każin Pinto bit-tlugh tal-istatwa ta’ San Sebastjan Rebbieħ

Il-Parroċċa trodd ħajr lil dawk kollha li jagħtu s-sehem tagħhom fil-festa Parrokkjali, b’mod speċjali lis-saċerdoti tal-Parroċċa, lill-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-membri tal-Għaqdiet, lill-voluntiera kollha tal-Knisja li jieħdu ħsieb li jżejnu b’dedikazzjoni kbira, b’mod speċjali lil Roderick Agius, Renald Fenech u David Cascun, lill-fratelli tal-Parroċċa, lill-abbatini tas-servizz tagħhom, lill-Grupp ta’ Nisa li jnaddfu l-Knisja kull ġimgħa, dawk li jagħmlu l-fjuri, lill-grupp li jdoqqu l-qniepen, dawk li jqassmu l-Ktejjeb tal-festa fil-familji u lill-Poplu kollu ta’ Ħal Qormi li jikkontribwixxi biex flimkien niċċelebraw festa sabiħa lillPatrun tagħna San Sebastjan.


Is-Sibt 15 ta’ Lulju: Lejliet il-Festa 8.00pm Marċ mill-Banda Spinola ta’ San Ġiljan fl-okkażjoni tal-25 sena anniversarju ta’ Mro Dominic Darmanin bħala surmast tas-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan li jitla’ tul Triq San Sebastjan, Triq San Bartilmew, Luqa, Tin, Kus sa fejn il-Klabb tal-Bocci, San Sebastjan (f’dan il-marċ ser jindaqqu biss marċi brijjużi ta’ Mro Dominic Darmanin). 8.15pm Marċ mill-Banda Maria l-Mater Gratiae ta’ Ħaż Żabbar li jitla’ tul it-Triq San Sebastjan sa quddiem il-Każin tas-Soċjetà Filarmonika Pinto fejn l-istess Banda tesegwixxi Programm Mużikali. 10.15pm Il-Banda Spinola ta’ San Giljan u l-Banda Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż-Żabbar jagħmlu marċ li jibda minn quddiem il Kazin Pinto jgħaddi minn quddiem il Knisja Parrokjali ta’ San Sebastjan fi Triq San Bartilmew għall-Pjazza Kortil tal-Granmastru. Il-Ħadd 16 ta’ Lulju: Jum il-Festa 10:30am Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan tagħmel il-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu li jibda minn quddiem il-Każin tas-Soċjetà u jgħaddi mit-toroq San Bartilmew, il-Vitorja, San Rafel, il-Vitorja, San Sebastjan, San Bartilmew, il-Kbira u San Sebastjan sa quddiem il-Każin Pinto. 6.45pm Marċ mill-Banda San Filep ta’ Ħaż-Żebbuġ tul Triq San Sebastjan, Triq San Bartilmew u tilqa’ l-ħruġ tal-Istatwa ta’ San Sebastjan Martri mill-Knisja. Fit-8.15pm l-istess banda tagħmel programm mużikali quddiem il-Każin tas-Soċjetà. 7.15pm Ħruġ tal-Purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ San Sebastjan, li tgħaddi minn dawn it-toroq: Vitorja, San Rafel, San Sebastjan, San Bartilmew, Kbira, San Sebastjan, San Bartilmew sal-Knisja Parrokkjali. Il-Purċissjoni tkun akkumpanjata mill-Għaqda Mużikali Maria Bambina Banda Vittorja tan-Naxxar. 8.30pm L-Għaqda Mużikali Kristu Sultan Banda Paola ta’ Raħal Ġdid tibda marċ minn Triq San Bartilmew u jgħaddi minn dawn it-toroq: il-Kbira, San Sebastjan, San Bartilmew sa quddiem il-Knisja Parrokjali fejn takkumpanja fid-dħul tal-istatwa ta’ San Sebastjan Martri. Fil-11.00pm l-istess banda tagħmel il-marċ tal-aħħar fejn takkumpanja liddilettanti tan-nar sa quddiem il-Każin Pinto.

Il-Parroċċa trodd ħajr lil dawk kollha li jagħtu s-sehem tagħhom fl-organizzazjoni tal-festa ta’ barra, b’mod speċjali lis-Soċjeta Filarmonika Pinto, Banda San Sebastjan, lill-Għaqda Armar San Sebastjan, l-Għaqda tan-Nar San Sebastjan, lill-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi u lir-Radju Bastjaniżi FM.


TLIET ANNIVERSARJI QRIEMA Matul din is-sena 2018 qed infakkru tliet anniversarji importanti għal Ħal Qormi u għall-parroċċa ta’ San Sebastjan, sew mil-lat ċiviku, kif ukoll pastorali u artistiku.

275 Cittá Pinto

Kopja tad-digriet tal-Gran Mastru Pinto

Sewwa sew 275 sena ilu, eżattament nhar it-28 ta’ April 1743, Dun Ġużepp Vella, Kappillan talparroċċa San Ġorġ f’Ħal Qormi, ressaq petizzjoni quddiem G.G.Grech, l-awditur tal-Granmastru Pinto. Hu talab li hekk kif Ħal Qormi meta kellu madwar 3000 ruħ kien inagħta t-titlu ta’ Terra Curmi issa li l-popolazjoni leħqet is-6075 ruħ, kif ukoll li fih kien hemm għadd sabiħ ta’ saċerdoti u professjonisti kif ukoll artiġjani oħra, hu xieraq li dar-raħal jinagħta t-titlu ta’ Città taħt liema isem jagħżel l-istess Granmastru. Imbagħad is-seneskalk intalab mill-Granmastru biex jikteb relazzjoni dwar din it-talba. Fir-rapport tiegħu s-Seneskalk qagħad jeżamina b’dettal din it-talba u jqabbel ma’ kitbiet renomati. Fl-aħħar wasal għall-konklużjoni li Ħal Qormi ħaqqu li jingħata dan it-titlu ta’ Città. Kien għalhekk li daqs xahar wara, eżattament nhar il-25 ta’ Mejju 1743, il-Granmastru għażel li jilqa’ din it-talba u għolla lil Ħal Qormi għall-ġieħ ta’ Città Pinto. Dan hu wieħed mill-avvenimenti l-iktar importanti li seħħew fil-ġrajja ta’ Ħal Qormi. Kien imbagħad naturali li l-arma ta’ Ħal Qormi tibda ġġib l-arma ġentilizja tal-Granmastru Pinto. Din l-arma bil-ħames nofs qmura ħomor fuq sfond tal-fidda llum saret sinonima ma’ Ħal Qormi. Din l-arma taf l-oriġini tagħha għall-fatt li antenat ta’ din il-familja waqt battalja qatel ħames mori. Għalhekk il-ħames nofs qmura u l-kulur aħmar li jirrafiguraw id-demm imxerred. Illum din l-arma tinsab f’għadd ta’ postijiet imxerrda ma’ Malta. Imma f’Ħal Qormi tidher b’mod prominenti fuq il-bnadar li nperpru fuq il-bjut tal-każini u d-djar tagħna, kif ukoll fl-arma uffiċċjali tal-Kunsill Lokali. Imma hi mnaqqxa wkoll fuq l-arkata li tinsab ftit ‘l hinn mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Bastjan. Din l-arkata, jew Tribuna kif kulħadd isibha, nafu li saret fis-sena 1772 sena qabel il-Mewt talGranmastru. Però ma nafux eżattament għalfejn saret. Iżda hu fatt li tista’ tgħid li din hi l-uniku binja kontamporanja li torbot lill-Granmastru Pinto mal-Belt tiegħu. Kien xieraq għalhekk li flokkażjoni ta’ dan l-anniversarju ġiet irrestawrata mill-ġdid. Mitt sena mill-Viċi Parroċċa Il-Knisja ż-Żgħira ta’ San Sebastjan hi tassew knisja għal qalbna għax fiha ngħarfu l-bidu tattwaqqif tal-parroċċa tagħna. Hi għalhekk wisq għażiża għalina u llum wisq aktar għax fiha qed tilqa’ kontinwament l-Ewkaristija għall-qima tal-parruċċani u viżitaturi oħra. Mitt sena ilu nhar 19 ta’ Ġunju 1918, Mons Mauro Caruana, ħareġ digriet li permezz tiegħu waqqaf din il-knisja bħala Viċi Parroċċa. Għal sbatax-il sena u nofs din il-knisja kienet amministrata minn Viċi Parroku, li kien direttament responsabbli għall-kappillan tal-Parroċċa San Ġorġ. Tajjeb li f’dan l-anniversarju niftakru fil-ħames saċerdoti li qdew f’din il-knisja bħal viċi parroki. L-ewwel wieħed kien Dun Ġużepp Buhagiar, Għawdxi minn Għajnsielem, li dam biss 7 xhur. Warajh inħatar Dun Indri Fenech mill-Mellieħa li wkoll għamel ftit xhur għax inħatar kappillan tal-Mellieħa. It-tielet viċi parroku, Dun Franġisk Saver Zahra, kien mill-Ħamrun u dam minn Ottubru 1920 sal-1923 sakemm laħaq kappillan tal-Ħamrun. Dun Nikol Aquilina mis-Siġġiewi kien ir-raba’ viċi parroku u dam sal-1927 meta leħaq kappillan tal-Gudja. Il-ħames u l-aħħar viċi parroku kien Dun Ġwann


Psaila minn Ħal Tarxien u dam sal-1935. Għal żmien qasir bejn Frar 1935 u Jannar 1936 il-knisja kienet amministrata direttament millKappillan sakemm nhar il-5 ta’ Jannar ngħata l-pussess Dun Alwiġ Psaila, l-ewwel kappillan tal-parroċċa ġdida. Tul iż-żmien tal-viċi parroċċa kien isir quddies kuljum u jiġu amminstrati s-sagramenti tal-Qrar u tal-Ewkaristija. Sagramenti oħra kif ukoll funerali kienu jsiru fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġorġ. F’Jannar kienet issir il-festa liturġika ta’ San Bastjan bit-tridu, paniġierku u purċissjoni b’relikwija. Kienet ukoll issir il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù. 80 sena tal-wasla f’Ħal Qormi tal-vara titulari ta’ San Sebastjan Waħda mill-ewwel inizjattivi li ħa Dun Alwiġ Psaila, l-ewwel kappillan, kienet li jordna vara titulari ta’ San Sebastjan. Saret kompetizzjoni u ntgħażel l-abbozz li ressaq Ġorġ Borg. Meta f’Awissu 1936 nagħta l-inkarigu beda jaħdem fuq ilproġett. Sab z-zokk meħtieġ mit-tarzna ta’ Malta u beda jaħdem fuqu nhar it-22 ta’ Jannar 1937. Kellu jlesti sa Ottubru imma fil-fatt dam sa lejn l-aħħar xhur tal-1938 biex lestieh. Hekk kif il-vara kienet lesta, nhar it-18 ta’ Diċembru 1938, tmenin sena ilu, il-vara inġiebet Ħal Qormi fejn twaslet minn fejn il-ġnien tal-armier tul Triq il-Vitorja u Triq San Bastjan sal-Knisja ż-Żgħira. Naturalment saret festa mimlija entużjażmu fejn barra mijiet ta’ nies ferħana kien hemm ukoll il-Banda Pinto li akkumpanjat f’din l-ewwel purċissjoni bil-vara ta’ San Bastjan. L-istatwa kienet għada għuda. Ix-xewqa ta’ Borg kienet li tibqa’ għuda imma ma kinitx idea li qablu magħha l-parruċċani. Sadattant faqqgħet it-tieni gwerra dinjija u l-vara jingħad li kienet inżammet fid-dar tal-Kappillan Psaila fi Triq San Bartilmew. Fi tmiem il-gwerra mbagħad tkompla l-proġett tal-vara billi ttieħdet iż-Żejtun għall-induratura għand Toussaint Busuttil. Reġgħet lura Ħal Qormi ndurata u b’pedestall li nxtara mill-parroċċa ta’ Ħaż-Żabbar. Inġiebet Ħal Qormi nhar it-2 ta’ Ġunju 1944 bi tħejjija għall-festa li saret fit-tieni Ħadd ta’ Ġunju. Minn dak iż-żmien sal-lum kull festa din il-vara tinġarr bl-ikbar devozzjoni u entużjażmu matul ittoroq ewlenin tal-Parroċċa San Sebastjan. Vince Peresso


TMIEN QNIEPEN, ARLOĠĠ TA’ TAYLOR B’hekk ninsabu wisq kburin... 20 sena ilu waslu fil-Parroċċa tagħna sett ta’ sitt qniepen flimkien ma’ żewġ qniepen oħra tal-arloġġ… b’hekk inqatgħet ix-xewqa li l-Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan ikollha sett qniepen. Kien fil-festa tal-1996, meta l-Kappillan Mons Charles Cordina ħabbar it-tnehdija ta’ dan il-proġett. Inkisbet l-għajnuna tal-konsulet Kenneth Cauchi u nhar is-26 ta’ Settembru ġie ffirmat l-Kuntratt ma’ Taylors Bell founders. Dan il-proġett tant mistenni tlesta taħt il-parrokat ta’ Dun Walter Cauchi u grazzi għall-ħabbrieki Dun Joe Borg, saċerdot mill-Parroċċa, fejn f’inqas minn sena l-qniepen ġew miġbura u imħallsa minn diversi benefatturi filwaqt li l-qanpiena l-kbira tħallset b’ġabra bieb bieb mal-Parroċċa kollha. Benefatturi oħra ħallsu l-arloġġ b’sett qniepen għalih u l-erba’ kwadranti, Is-Sett tal-Qniepen Sebastjana Franġisku/Pawla Veneranda Katarina Marija Cetta/Albinu

51.25 qantar 25 qantar 15.5 qantar 10 qnatar 6 qnatar 3.25 qantar

A Aflat C E flat F A flat C

Parruċċani Manwela, Ġorġina u Karmnu Abela Aħwa Vella tas-Sieħ Katarina Borg Tumas Group Ċetta u Albino Formosa

€65,200 €29,345 €16,904 €14,170 €9,641 €7,545

Il-qniepen tal-arloġġ bl-isem ta’ Josefa u Katrina qamu €23,294 u ngħataw minn Carmelo u Nina Debono. L-erba’ kwadranti elettroniċi tal-arloġġ inħadmu mid-ditta Smith of Derby Clock Makers tal-Ingilterra. Il-wasla tal-qniepen Nhar il-31 ta’ Mejju 1998, waslu fuq trailer tadDitta Express Trailers, s-sett ta’ sitt qniepen, fejn intlaqgħu bil-Banda tas-Soċjetà Filarmonika Pinto tul Triq San Bastjan sal-Knisja Parrokkjali, fost l-ferħ tal-Qriema. Tbierku nhar is-6 ta’ Ġunju, mill-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Ġużeppi Mercieca waqt Quddiesa fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali. Mument mistenni minn kulħadd, kien meta nstema’ l-ewwel tokk tal-qniepen il-ġodda, l-aktar tal-ewwel tokk tal-qanpiena l-kbira. Sadanitant sar intervent strutturali fil-kampnar tal-Knisja tan-naħa ta’ Ġnien Armier, fejn inbena travu tal-konkos sabiex fuqu jitpoġġew it-travi tal-ħadid tal-qanpiena l-kbira. Dan ix-xogħol sar minn Carmelo Falzon u oħrajn. Kien fid-29 ta’ Ġunju 1998, li l-qniepen ittellgħu fil-kampnar u ndaqqu għall-ewwel darba nhar it13 ta’ Lulju, waqt il-ħruġ tal-vara għall-festa titulari ta’ San Sebastjan. Minn dik il-ġurnata sal-lum il-qniepen għadhom jindaqqu u jkunu s-sinjal għal-parruċċani biex jersqu lejn id-Dar ta’ Alla. Lingwaġġ u Użu tal-Qniepen Tokk – Meta tiġbed il-ħabel sabiex l-ilsien imiss darba mal-qanpiena. Mota – Meta il-qniepen jindaqqu kollha f’daqqa f’armonija sabiħa, fejn huma kruċjali l-ġentilezza, il-preċiżjoni u l-puntwalità fil-ġbid tal-ħabel, b’attenzjoni kbira għall-pawżiet bejn ħoss u ieħor. Kull qanpiena, għandha l-użu tagħha sa minn mindu tpoġġew fil-kampnar jindaqqu b’dan il-mod:


‘Ċetta Albinu’ (iż-żgħira) u ‘Maria’ (it-tieni qanpiena) jindaqqu flimkien għall-funerali, l-Avvent u r-Randan u waqt il-barka ta’ wara l-quddies. ‘Katarina’ (It-tielet qanpiena) jindaqqu tlieta u teltin tokk, b’tifkira tal-età ta’ Kristu, qabel il-quddies li jsir fil-Knisja. ‘Veneranda’ (ir-raba’ qanpiena) tindaqq fil-Pater noster, fit-tmienja u nofsinhar, fl-Ave Maria talħamsa ta’ filgħaxija u wara l-Quddies ta’ filgħaxija, meta jindaqqu disa’ tokki magħrufa bħala ‘talerwieħ’. ‘Franġiska — Pawlu’ (il-ħames qanpiena) u ‘Sebastjana’ (il-qanpiena l-kbira) jindaqqu l-aktar nhar ta’ Ġimgħa fit-tlieta ta’ waranofsinhar, fit-tifkira tal-Mewt ta’ Ġesu’ Kristu fuq is-salib permezz taddaqq tal-libra jew Pater noster. ‘Sebastjana’ tindaqq għall-festi solenni tal-knisja bħalma huma l-Għid il-Kbir, il-Milied, il-festa tal-Patrun San Sebastjan, eċċ. Meta I-qanpiena Sebastjana tindaqq mas-sett kollu toħloq apparti l-armonija sabiħa, atmosfera solenni u ta’ ferħ. Dawn il-qniepen jindaqqu kemm bl-idejn minn fuq u f’certi każi rari bħal meta jkun maltemp jindaqqu minn isfel. Dawn l-aħħar snin ġew imwaħħla l-imrietel, li jaħdmu b’sistema awtomatika b’kompjuter speċjali, mal-qniepen li ġew regalati minn persuna anonima, iżda xorta għadhom jindaqqu bl-idejn. Ringrazzjament Id-daqq tal-qniepen jitlob impenn u sagrifiċċju. Nirringrazzja għalhekk lil kull min xi darba jew oħra kien parti mill-Grupp tal-Qniepen. Speċjalment niftakar f’dawk li ma għadhomx magħna fosthom Stejfen tal-Baliju, Żeppi ta’ Kons u Damian Agius. Nirringrazzja lill-grupp attwali li l-età tagħhom tvarja, ġuvintur u xebbiet, u nħeġġiġhom ikomplu jirsistu sabiex il-qniepen ma jiqfux isemmgħu leħinhom u jħabbru, filwaqt ukoll li jieħdu ħsiebhom u jsir manutenzjoni fejn ikun hemm bżonn. Nappella lil min jixtieq jingħaqad fil-grupp tal-qniepen billi javviċina l-kappillan, filwaqt li nassiguraw kull tip ta sigurtà. Fl-aħħar nirringrazzja lil Alla u lil San Sebastjan filwaqt li nitolbuhom li jagħtuna s-saħħa u jħarsuna sabiex dan it-talb jasal permezz tad-daqq sabiħ tal-qniepen. Errol C. Farrugia

Doqqu doqqu qniepen doqqu, B’dak leħenkom tant sabiħ, Sabiex tagħtu ‘l Sebastjanu L-għola qima, l-għola ġieħ

Referenzi: http://www.qormisbparish.org Artiklu li deher fil-ktieb tal-festa 2008 maħruġ mill-Ghaqda Armar San Sebastjan miktub minn Christian Farrugia Poeżija miktuba minn Carmelo Falzon fis-6 ta’ Ġunju 1998


milli jisma’ is-sejħa tal-Mulej. Hekk imsejħin Kappillan Bir-raġġi sħan f’żernieq t’għodwa sajfija, Hekk intital-Qoxra: San Sebastjan tħeġġeġpopolari lil qalbna bir-raġġ tat-tama, Ritratt Silta mill-innu bil-kaligrafija ta’ Philip Abela Festa 2017 Tħeġġeġ fina nagħrfu s-sewwa, Festa 2017 STEPHEN Bħal nixxiegħa t’ilma ġieri jinżlu fuqna l-grazzji tiegħekTAXI SERVICE Transfers and Tours tal-Vara Titulari 21, U aħna ħerqana Il-Bankun nimxu miegħek Mob.: (+356) 9947 3120 St Mary Streettal-Vara Il-Bankun Titulari Għax fik naraw skolpit il-veru twemmin lejn il-Feddej.

Qormi

Mob: 9986 1769

Anna Reale

1

WINES & SPIRITS 28, Triq Guze` Duca, Qormi, QRM9088, Malta. Matul din is-sena tkompla x-xogħol fuq T:(+356) 21490110 - (+356) 7939-0110

il-bankun tal-istatwa titulari ta’ San Sebastjan.

We stock: Fine Wines, Spirits,Matul Single Malt Herbal and Fruit teas and Coffee Beans. dinWhiskies, is-sena tkompla x-xogħol fuq Ix-xogħol qed isir minn Frankie Attard u We also organise private wine and whisky tasting sessions for groups ofSan approx. 10 people. il-bankun tal-istatwa titulari ta’ Sebastjan. George Psaila u l-iskultura minn Stephen Borg. (you can findIx-xogħol us 50 metres qed up from the minn 'The Edge' takeaway)Attard u isir Frankie

Nhar il-Ħadd 9 ta’ Lulju wieħed ikun jista’ jara l-bankun fil-post fejn qed jinħadem Nhar il-Ħadd 9 ta’ Luljuil-Vitorja. wieħed ikun jista’ jara fi Triq l-bankun fil-post fejn qed jinħadem fi Triq il-Vitorja.

15

16 16

IssettjatIssettjat u Stampat: Best Print Qrendi u Stampat: BestLtd, Print Ltd, Qrendi

il-bettija wines and spirits Psaila www.ilbettija.com.mt George u l-iskulturae-mail: minnbettija@go.net.mt Stephen Borg.


Taċ-Ċanti Bar & Restaurant Mġarr

Għall-Ikel Malti tradizzjonali Tel.: 21579496

GOV

Government Printing Press Graphic Design Offset Printing Digital Printing

2

6

2

1

Printi

3

3

9

rd

hr 8

ds

4

nm en t

Pr

Christ

is

8

r

Ca

5

ve r

7

Go

6

4

9

ve

G

Cards

Go

en

nm

er

ov

6

3

mas

7

6

r Call us on Ch2200 1366 or email us on governmentpress.opm@gov.mt sfor all your printing requirements. es r tP 5

7

-C

3

3

8

s

a tm

ist

ma

s

Ca

5 2

9

2

5

1

4

es s

1

2

Press -

4

ment

5

7

Govern

6

1

s

4

1



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.