Il-Messaġġ tal-Kappillan
F
il-ġranet tal-Festa ta’ din is-sena, sejrin infakkru b’mod speċjali l-200 anniversarju tal-istatwa ta’ San Sebastjan li qegħda fil-pjazza fejn hemm il-Knisja ż-Żgħira. Hija statwa mill-aktar artistika, maħduma mill-iskulturi Fabri millBirgu u li ġiet imqegħda f’postha fl-1815. Din l-istatwa hija frott ta’ wegħda li għamlu l-Qriema ta’ dak iż-żmien, meta kien hawn il-marda kiefra tal-pesta. Kienet laqtet lil Ħal Qormi b’mod aktar qawwi minn irħula oħra, tant li għal diversi xhur, f’Malta kollha, il-pesta kienet tinsab biss f’Ħal Qormi. B’riżultat ta’ hekk, inbena ħajt madwar ir-raħal kollu biex ħadd ma jkun jista’ jidħol jew joħroġ minn hawn. Quddiem din is-sitwazzjoni, ilQriema daru lejn il-Mulej u għamlu wegħda li jekk jeħilsu mill-pesta, jagħmlu lampier tal-fidda għallKnisja ta’ San Ġorġ u statwa ta’ San Sebastjan fejn kien it-tarf tar-raħal dak iż-żmien. U meta l-pesta spiċċat għal kollox, żammew il-kelma tagħhom u saru kemm l-istatwa kif ukoll il-lampier. Din hija ġrajja li għandha tgħallimna. Tgħallimna li filmumenti tad-diffikultà, għandna nduru lejn Alla u mhux naħarbu minnu. Hija tentazzjoni kbira għalina li meta nkunu f’diffikultà, jew f’sitwazzjoni ta’ tbatija, neħduha
kontra Alla, inwarrbuh u nitbegħdu minnu. Imma dawk ikunu il-mumenti meta aħna għandna nduru lejh aktar minn qatt qabel. F’dawk il-mumenti wkoll Alla jkun preżenti fil-ħajja tagħna u l-għajnuna tiegħu tiswa ħafna. Nitgħallmu wkoll li aħna għandna nżommu l-kelma tagħna ma’ Alla. Mhux tant għax tiġi xi okkażżjoni fejn nagħmlu wegħda minħabba xi ċirkostanza jew oħra. Għandna qabel kollox inżommu kelmitna ma’ Alla f’wegħda millaktar importanti li aħna tajnieh: ilwegħda tal-magħmudija, fejn aħna wgħedna li niċħdu d-dnub u dak kollu li ġej mix-xitan u stqarrejna l-fidi tagħna f’Alla. Hija wegħda li aħna rridu nkomplu ngħożżu salaħħar ta’ ħajjitna. Jalla li aħna ngħixu din ilfesta, f’kull aspett tagħha, bħala nsara ta’ veru, billi nżommu l-qies u l-moderazzjoni, billi ma ndejqu lil ħadd, u billi nkunu dejjem ta’ eżempju tajjeb għal xulxin. Il-Festa t-Tajba lil kulħadd.
Fr Joseph Buhagiar Kappillan
Ritratti tal-Qoxra: meħud minn Charles Saliba. Fit-tifkira tal-200 sena tal-istatwa ta’ San Bastjan fl-1815 u tal-125 sena mit-tberik tal-Knisja ż-Żgħira fl-1890.
1
KUNTRATTI U DOKUMENTI DWAR IL-KNISJA Ż-ŻGĦIRA Riċerka u kitba ta’ Vince Peresso
N
har il-Ġimgħa l-ewwel ta’ Mejju ċċelebrajna t-tlestija tar-restawr tal-Knisja ż-Żgħira minn barra permezz ta’ Akkademja fl-istess Knisja ż-Żgħira. L-attività kienet mżewqa b’mużika klassika u sagra taħt iddirezzjoni ta’ Christopher Camilleri u bis-sehem tat-tenur Vince Farrugia. IlPerit Hermann Bonnici u s-sur Elmar Axisa, is-supervisor tax-xogħol tarrestawr, mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru tal-Infrastruttura, taw spjegazzjoni ta’ x’kien jinvolvi ixxogħol, x’kienu l-problemi u ħsarat li ltaqgħu magħhom u x’soluzzjonijiet instabu skont is-sengħa moderna tar-restawr. Finalment fi tmiem ilproġett, li ħa ftit iktar minn sentejn – bejn Frar 2013 u April 2015 – il-knisja bażikament reġgħet ħadet id-dehra ta’ kif kienet hekk kif tlestiet fl-1890. Jien għamilt diskors dwar għadd ta’ dokumenti u kuntratti marbuta mal-bini tal-knisja. Wara dawn id-dokumenti preżentajthom lillkappillan, Dun Joseph Buhagiar, biex jinżammu fl-arkivju parrokkjali. F’dan l-artiklu qed nagħti tagħrif li sibt firriċerka tiegħi imma qabel xejn ngħid li r-rikorsi u tnejn mill-kuntratti kienu nstabu minn Dr Joseph F.Grima u pubblikati fl-istorja tal-Parroċċa San Sebastjan li kien kiteb flimkien ma’ Dun Ġwann Bugeja fl-2004.
Michelangelo Azzopardi Qabel nitkellem dwar id-dokumenti ngħid ftit tagħrif dwar il-kuntrattur Mikelang Azzopardi li kien il-promotur u benefattur ewlieni tal-Knisja ż-Żgħira. Mikelanġ Azzopardi twieled Ħal Luqa qrib is-sena 1817 bin ilbennej Franġisku. Meta żżewweġ lil Carmela ġie joqgħod Ħal Qormi fi Triq San Sebastjan ftit ‘l isfel mill-istatwa ta’ San Sebastjan. Minn dan iż-żwieġ twieldu seba’ ulied Maria, Giorgio, Carmelo, Francesca, Paola, Sebastiano u Giovanni. Mikelanġ kien kuntrattur ta’ stoffa tas-seklu dsatax. Fost ilbini tiegħu nsibu t-Teatru Rjal fil-belt Valletta sew fl-1862 kif ukoll wara li nħaraq fl-1873. Kien ukoll il-kuntrattur li bena il-bini tal-Borsa fi Strada Rjali (illum Triq ir-Repubblika). Huwa miet fid-dar tiegħu bin-numru 38 Triq San Sebastjan nhar it-28 ta’ Diċembru 1879 fl-età ta’ 62 sena. Mela huwa miet ftit
Id-dar ta’ M.A. Azzopardi
2
qabel ma beda l-bini tal-knisja fl-1880, li mbagħad tlestiet u tbierket nhar id-9 ta’ Marzu 1890. Il-bennej kien Kola Pulis, ta’ Kalanġ, li kien miżżewweġ lil Maria, il-bint il-kbira ta’ Azzopardi. Qed nikkalkula li d-dar hi dik li malfaċċata għandha niċċa ta’ San Tumas Appostlu protettur tal-bennejja. L-irħama ta’ taħt in-niċċa tgħi li fl-1870 l-Isqof Pace Forno qed jagħti ndulġenza lil min jitlob quddiemha. Rikors għand l-Isqof Pace Forno Qrib Mejju tal-1873 Azzopardi ressaq rikors quddiem l-Isqof Gaetano Pace Forno fejn talab li jibni knisja ħdejn l-istatwa ta’ San Sebastjan. Firrikors Azzopardi stqarr li din il-knisja hi meħtieġa sabiex il-popolazzjoni ta’ Ħal Qormi tal-madwar ikunu mgħoqdija fil-ħtiġijiet reliġjużi, peress li l-knisja parrokkjali kienet il-bogħod u allura ma kinux jisimgħu l-qniepen u anki fil-maltemp it-toroq kienu kollha tajn. L-isqof Pace Forna talab l-opinjoni talKappillan Dun Alwiġ Ellul, li nhar l-10 ta’ Ġunju 1873 qabel mal-proġett imma għamel erba kundizzjoniet: li l-knisja tkun dedikata lil San Sebastjan Martri, li l-kappillan ikollu l-ġurisdizzjoni fuq l-amministrazzjoni tagħha, li fiha la jsiru funerali u lanqas dfin u li jintgħażlu żewġ persuni biex imexxu l-proġett. L-isqof ta l-approvazzjoni
tiegħu nhar l-14 ta’ Lulju 1873 u għażel lil Mikelanġ Azzopardi biex jieħu ħsieb dal-proġett. Kuntratti Bil-permess f’idu, jekk mhux qabel ukoll, Mikelanġ beda jaħseb biex jakkwista l-art fejn jibni l-knisja. F’kuntratt għand in-nutar Giuseppe Raimondi Psaila, li kellu l-uffiċċju notarili tiegħu f’Ħal Qormi fi Strada Reale San Giorgio (Triq il-Kbira tallum) numru 66, nhar is-7 ta’ Mejju 1874 xtara d-dar numru 34 Triq San Benedettu minn għand il-piżatur Giuseppi Borg u martu Carmela għallprezz ta’ 120 lira u ħmistax-il xelin (€281,71). Ix-xhieda f’dan il-kuntratt kienu Giuseppe Farrugia, portiere della Corte dei Magistrati, li snin wara waqqaf il-Banda San Ġorġ f’Ħal Qormi, u Carmela Zerafa, żebbiegħ. Middeskrizzjoni fil-kuntratt jidher millaktar ċar li din id-dar illum iġġib innumru 77/79 u fiha toqgħod il-familja Micallef, ta’ kuċċaru. Ġimgħatejn wara, nhar il-21 ta Mejju 1874, din id-darba għand innutar Gioacchino Frendo, li kellu l-uffiċċju notarili tiegħu l-Furjana fi Triq Sant Anna Nru 8, daħal għal kuntratt ieħor, biex partat din id-dar ta’ Triq San Benedettu mad-dar numru 8 Triq San Sebastjan. Il-kuntratt sar Il-firma ta’ Mikelanġ Azzopardi
3
man-negozjant Ġużeppi Chetcuti. Din id-dar kienet tokkupa il-parti ta’ wara tal-knisja preżenti fejn hemm l-artal u s-sagristija. Però b’daqshekk ma kellux art biżżejjed sabiex jibni l-knisja tiegħu għalhekk kien meħtieġ li jakkwista d-dar numru 33/34 Triq San Bartilmew kantuniera ma’ Triq San Sebastjan. Ilkuntratt sar għand in-nutar Ġużeppi Rajmondo Psaila nhar is-16 ta’ Ġunju 1874 bejn Michel Angelo Azzopardi u Massimo Farrugia, deskritt bħala carrettiere u uliedu Mikiel, Luigi, Ġorġ u Ġamri. Dawn tal-aħħar kienu qed jidhru mhux biss għalihom infushom imma wkoll f’isem in-neputijiet tagħhom Maria mart Nikola Pulis, Ġorġ, il-kjeriku Karmnu, Franċeska, Pawla mart Andrea Gatt, Sebastjan u Ġovanni, ilkoll ulied Azzopardi. Dan juri li bejn Massimo u Mikelanġ kien hemm parentela min-naħa tan-nisa tagħhom. Interessanti li fil-kuntratt hemm imniżżel li din il-binja kienet tikkonsisti minn bottega, camera contigua e pozzo u tgħid ukoll li dil-binja kienet attualmente demolito e sfabricato stante la immininente fabbricazione della Nuova Chiesa sotto titolo di San Sebastiano di aver principio più presto possibile. Mela dan jidher qed jikkonferma dak li dejjem jingħad li biex ġiet akkwistata l-art għall-knisja xi nies ħattew il-ħanut ta’ Massu billi dan ma’ riedx ibiegħ. Azzopardi ħallas 383 skud li kienu 16-il skud iktar mill-istima tal-Perit Ġużeppi Borg sabiex jagħmel tajjeb għall-kera li 4
leħaq ħallas il-ħaddied Ġorġ Farrugia, l-inkwilin tal-ħanut. Kurżità oħra li sibt f’dal kuntratt hi li x-xhieda kienu Emanuele Bartoli Maestro di Musica nato alla Notabile ma residente in Casal Curmi u l-mastrudaxxa Luigi Cutajat. Dan talaħħar, imlaqqam iċ-Ċenċulin, jingħad li kien ħadem il-bieb prinċipali tal-knisja, waqt li l-bieb tas-sagristija nħadem minn Salvu Pulis, ta’ Mitri, li wkoll kien ġabar għall-paviment tal-irħam talknisja. Minkejja l-akkwist ta’ dawn iż-żewġt idjar l-art ma kienetx biżżejjed sabiex il-Perit Borg joħroġ il-pjanta li xtaq. Għalhekk Mikelanġ Azzopardi ressaq petizjoni quddiem il-Gvernatur Arthur Barton fejn talbu li jingħata xtrixxa art min-naħa ta’ Triq San Sebastjan kbira disa’ qasab kwadru waqt li hu jagħti strixxa ta’ qasba kwadru minn Triq San Bartilmew. L-art mitluba ġiet stmata li tisma ħames liri u ħames xelini (€12.23) Din it-talba ntlaqgħet mill-Gvernatur u
għalhekk sar kuntratt ta’ permuta nhar it-12 ta’ Ġunju 1874 għand in-Nutar tal-Gvern Saverio Camilleri fejn għalgvern deher J.B Trapani, il-Kollettur taddħul mill-Artijiet waqt li x-xhieda kienu żewġ impjegati fir-reġistru pubbliku. Hekk kif kellu l-art biżżejjed Azzopardi beda jaħseb biex iġib il-flus meħtieġa. Fost l-oħrajn avviċina lil Gaetano Galea minn Ħal Qormi. Dan kellu biċċa art fil-limiti ta’ Ħal Qormi qrib il-Marsa fl-akwata magħrufa talArmier. Fil-kuntratt li sar nhar is-26 ta’ Ġunju 1874 għal darb’oħra għand in-nutar Ġużeppi Raimondo Psaila, Galea ta l-art imsemmija lil Azzopardi għal sentejn sabiex minnha jkun jista’ jaqta’ il-ġebel meħtieġ biex bihom jibni l-knisja ta’ San Sebastjan. Minkejja dan jidher li kien hemm nuqqas ta’ fondi. Fost l-attivitajiet li ġew organizzati sabiex jinġabru flus jingħad li kienu jitrabbew annimali għand in-nies u dawn, meta jikbru, kienu jinbiegħu jew jingħataw premjijiet f’lotteriji. Fil-ġurnal Risorgimento ta’ nhar 28 ta’ Jannar 1890 deher avviż ta’ tombla għal nhar il-Ħadd 2 ta’ Frar fuq il-fosos tal-Furjana bi premju ta’ £45 a beneficio della Chiesa di S. Sebastiano in
corso di costruzione. Tombla oħra saret saret nhar l-14 ta’ Settembru 1890 fi Piazza San Franġisk f’Ħal Qormi fejn ilpremju kien ta’ £45 fejn ħalliet qliegħ ta’ £33 u 8 xelini. Ix-xogħol fuq il-bini tal-knisja ħa fittul iktar milli kien pjanat. Fil-fatt beda fl-1880 u dam daqs għaxar snin. Il-ftuħ u tberik tal-knisja sar nhar il-Ħadd 9 ta’ Marzu 1890 mill-vigarju Mons Ġużeppi Mercieca b’quddiesa solenni u festa mill-Qriema li kienet tinkludi daqq ta’ qniepen, marċi mill-baned u ħruq ta’ murtali. L-aħħar dokument dwar il-bini talknisja ż-żgħira hu rikors li Carmelo Mizzi, prokuratur tal-knisja, ressaq quddiem l-Isqof Pietru Pace fl-1894, fejn Mizzi stqarr li minkejja li l-knisja kienet infetħet kien għad jonqos l-invjar u t-tikħil tal-fili tal-faċċata. Hu offra li jħallas l-għaxar liri, kemm ġie stmat ix-xogħol, u wara jitħallas mingħajr interessi mill-ġbir li jsir. Il-permess nagħta l-għada tar-rikors jiġifieri fis-17 ta’ Awwissu 1894. B’hekk tlesta x-xogħol strutturali tal-Knisja ħlief il-koppla li, għad li jidher kienet maħsuba li xi darba ssir, baqgħet qatt ma saret.
Riferenzi
GRIMA Joseph fi “Parroċċa San Sebastjan”, ħarġa speċjali Sliem u Ħajja1986. BUGEJA Rev John u GRIMA Joseph “ Minn Ġrajjet il-Parroċċa San Sebastjan Ħal Qormi”, 2004. Arkivju Kurja Arċiveskovili: Rikorsi(1873); Acta Civili (1896) Arkivju Nazzjonali Rabat: Petizzjonijiet (1874) Arkivju Notarili Valletta: Registri tan-Nutara Psaila Giuseppe Raimondo (1874), Frendo Gioacchino (1874) u Camilleri Saverio (1874) Malta: 3.v.1890; 10.v.1890; Risorgimento: 28.i.1890; 13 u 25.vii.1890. Ħajr lil Carmelo Falzon u Peter Schembri li għaddewli tagħrif dwar min ħadem il-bibien tal-knisja u lil Charles Saliba
5
Festa ta’ San Sebastjan Martri PROGRAMM 2015 Il-Ġimgħa 3 ta’ Lulju: 18.30 Quddiesa u wara adorazzjoni mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali biex il-Festa tħalli frott spiritwali fost il-komunità nisranija tagħna. L-Erbgħa 8 ta’ Lulju: 20:30 Jiġi ppreżentat id-dramm ġdid u oriġinali 200 Sena fuq iz-zuntier tal-Knisja mill-Pageant Group tal-Parroċċa. Kitba u direzzjoni ta’ Sebastian Aquilina. Il-Ġimgħa 10 ta’ Lulju: 18:15 Korteo mit-tfal bl-istatwa ż-żgħira ta’ San Sebastjan bis-sehem tal-Banda. Jitlaq mill-MUSEUM tas-subien. Matul it-triq isiru waqfiet ta’ riflessjoni quddiem l-istatwi ta’ San Sebastjan u ta’ San Ġorġ. 19.00 Quddiesa għat-Tfal fil-Knisja Parrokkjali. 20.00 Quddiesa għaż-żgħażagħ fil-Knisja ż-Żgħira minn Fr Ivan Scicluna. Is-Sibt 11 u il-Ħadd 12 ta’ Lulju: Lejla Qormija 19:30 Ninġabru fuq iz-zuntier ta’ madwar il-Knisja għal serata divertenti. Attivitajiet għall-familja, logħob, ikel Malti, tombla eċċ. Din hija attività mportanti ħafna biex jinġabru fondi għall-festa. Nattendu bi ħġarna. Il-Ħadd 12 ta’ Lulju: Jum l-Ulied Ġodda fil-Parroċċa 09:30 Quddiesa li fiha jiġi ċċelebrat s-sagrament tal-magħmudija. Wara jiġu ppreżentati lil San Sebastjan it-trabi li twieldu matul is-sena li għaddiet. 19.00 Kunċert ta’ Kant Sagru fil-Knisja Parrokkjali mill-Emanuel Choir, Ingilterra. 20.00 Tkompli l-Lejla Qormija fuq iz-zuntier tal-Knisja. It-Tnejn 13 ta’ Lulju: Bidu tal-Ġimgħa tal-Festa 19.00 Quddiesa tal-Ftuħ tal-Festa, ħdejn l-Istatwa ta’ San Bastjan tal-ġebel, filpjazza tal-Knisja ż-Żgħira, fl-okkażżjoni tal-200 sena ta’ din l-istatwa. Tkun bis-sehem tal-għaqdiet reliġjużi u ċiviċi fil-parroċċa. Wara l-quddiesa jitqegħdu l-kuruni f’riġlejn l-istatwa. Jitkanta l-innu popolari. Il-mużika u l-kant għal din il-quddiesa ikun f’idejn Christopher Camilleri u Mattia Felice. 20.00 Ħruġ tal-istatwa titulari ta’ San Sebastjan fil-bieb tal-Knisja. Il-Banda San Sebastjan tas-Soċjetà Filarmonika Pinto tkompli b’marċ tul dawn it-toroq: San Bartilmew, Mdina, Antonio Muscat Fenech, San Dwardu, iż-Żinżel, San Bastjan, San Benedittu, San Bartilmew, il-Kbira, Correa, ilKunċizzjoni u San Bastjan sa quddiem il-Każin tal-Banda.
7
It-Tlieta 14 ta’ Lulju: Jum l-Emigranti u dawk li joqogħdu barra l-Parroċċa 18:30 Quddiesa minn Fr Mark Ellul, li għaliha huma mistiedna b’mod speċjali l-emigranti u dawk li trabbew hawn imma joqogħdu barra mill-parroċċa. 20.30 Marċ mill-Banda Imperial tal-Mellieħa li jibda mit-Triq l-Aħwa Żammit u jgħaddi mit-toroq: Mikiel Anton Vassalli, l-Kanun, Karm Debono, talBajjada,Valletta, ir-Ragħaj, Furnar, Valletta, Pawlu Farrugia, Correa, Ħabbież, Ġunġlien, Amleto Spiteri, Tensila, Ħabbież, Ġużeppi Ciappara, ilKbira, Correa, u jdur għal quddiem il-Każin. L-Erbgħa 15 ta’ Lulju: L-Ewwel Jum tat-Tridu: Jum l-Anzjani / Jum il-lajċi mpenjati 09:30 Dun Eddie Muscat jiċċelebra quddiesa fejn ikunu mistiedna b’mod speċjali l-anzjani u l-morda taż-żewġ parroċċi ta’ Ħal Qormi. F’din il-quddiesa jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Inħeġġu jattendu dawk li jinsabu fid-djar tal-anzjani. 18:30 Dun Karm Camilleri jiċċelebra il-quddiesa tal-Ewwel Jum tat-Tridu, bilprietka minn Dun Bastjan Caruana, Direttur Spiritwali tas-Seminarju Maġġuri. Mistiedna b’mod speċjali dawk kollha li huma nvoluti filħidma tal-parroċċa. Wara kurunella, Innu tal-Martri, Antifona, Barka Sagramentali u Innu Popolari. 20.30 Marċ mill-Banda San Leonardu ta’ Ħal Kirkop li jibda minn Triq it-Tin u jgħaddi mit-toroq: Luqa, Mdina, Ġużè Duca, Santa Katerina, Mdina, l-Ġdida, San Dwardu, Santa Katerina, Drama, Għana, San Dwardu, Santa Katerina, Vitorja u San Bastjan sa quddiem il-Każin. Il-Ħamis 16 ta’ Lulju: It-Tieni Jum tat-Tridu: Jum il-Familji 18:30 Dun Carl-Mario Sultana, iqaddes il-quddiesa tat-Tieni Jum tat-Tridu fejn il-mistiedna speċjali jkunu dawk li qed ifakkru l-10, 25, 50 sena miż-żwieġ tagħhom bil-prietka minn Dun Bastjan Caruana. Wara kurunella, Innu tal-Martri, Antifona, Barka Sagramentali u Innu Popolari. 20:30 Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan tagħmel marċ tul it-Triq San Sebastjan u wara tkompli bi Programm vokali u strumentali quddiem il-Każin tas-Soċjetà Filarmonika Pinto. Il-Ġimgħa 17 ta’ Lulju: It-Tielet Jum tat-Tridu: Jum iddedikat għas-saċerdoti u reliġjużi 18:30 Mons Vinċenz Deguara iqaddes il-quddiesa tat-Tielet Jum tat-Tridu li għaliha jkunu mistednin b’mod speċjali is-saċerdoti u r-reliġjużi minn din il-Parroċċa. Il-prietka ssir minn Dun Bastjan Caruana. Wara kurunella, Innu tal-Martri, Antifona, Barka Sagramentali u Innu Popolari.
8
20.30 Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan tibda marċ li jgħaddi mit-toroq San Bastjan, Armier, Spiteri Fremond, Ġnien, Fontanier, Misraħ Narbona, De La Cruz, Sienja, 20 ta’ Jannar, Ġorġ Borg, Triq Santa Marija, San Benedittu, San Ġużepp, Kunċizzjoni, Correa, Mifsud Ellul, Il-Kbira sa tarf Triq San Sebastjan. Is-Sibt 07.30 08:30 16:30 17:15 18:30
18 ta’ Lulju: Lejliet il-Festa Qrar sad-9.30am. Quddiesa ta’ ringrazzjament li tispiċċa bil-kant tat-Te Deum. Qrar minn saċerdoti barranin. Quddiesa ta’ Lejliet il-Festa. Translazzjoni solenni bir-relikwa ta’ San Sebastjan Martri, immexxija minn Dun Karm Camilleri, mill-Knisja ż-Żgħira sal-Knisja Parrokkjali. Għasar Solenni u Barka Sagramentali (Ma ssirx il-quddiesa tas-6.30pm. Minflok isir l-Għasar). 20:00 Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. 20:30 Marċ mill-Banda Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż Żabbar li jitla’ tul it-Triq San Sebastjan sa quddiem il-Każin tas-Soċjetà Filarmonika Pinto fejn l-istess Banda tesegwixxi Programm Mużikali. Wara l-Programm Mużikali jsir marċ li jgħaddi minn Triq San Bartilmew għall-Pjazza Kortil tal-Granmastru. 23.30 Hruq tan-nar ta’ l-art fil-Pjazza tal-Granmastri. Il-Ħadd 19 ta’ Lulju: Jum il-Festa Quddies fil-għodu: 7.00, 8.15, 11.00 08:15 Quddiesa Solenni mmexxija mill-Kappillan Dun Joseph Buhagiar bissehem tal-Kleru tal-Parroċċa. Il-Paniġierku isir minn Patri Philip Cutajar OFM Cap. 10:30 Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan tagħmel il-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu li jibda’ minn quddiem il-Każin tas-Soċjetà u jgħaddi mit-toroq San Bartilmew, il-Vitorja, San Rafel, il-Vitorja, San Sebastjan, San Bartilmew, il-Kbira u San Sebastjan sa quddiem il-Każin tasSoċjetà. 18.00 Quddiesa solenni minn Dun Charles Cini. 18.30 Marċ mill-Banda Vittorja tan-Naxxar tul it-Triq San Sebastjan, Triq San Bartilmew u tilqa’ il-ħruġ tal-Istatwa ta’ San Sebastjan Martri mill-Knisja. Fit-20.15p.m. l-istess banda tagħmel programm mużikali quddiem il-Każin tas-Soċjetà. 19:15 Ħruġ tal-Purċissjoni bl-istatwa Titulari ta’ San Sebastjan, li tgħaddi minn dawn it-toroq: Vitorja, San Rafel, San Sebastjan, San Bartilmew, Kbira, San
9
Sebastjan, San Bartilmew sal-Knisja Parrokkjali. Il-purċissjoni titmexxa minn Dun Charles Cini. Il-Purċissjoni tkun akkumpanjata mill-Banda San Filep ta’ Ħaż-Żebbuġ. 20.30 Il-Banda Duke of Connaught’s Own ta’ Birkirkara tibda’ marċ li minn triq San Bartilmew u jgħaddi minn dawn it-toroq: Il-Kbira, San Sebastjan, San Bartilmew sa quddiem il-Knisja Parrokjali fejn takkumpanja fid-dħul talIstatwa ta’ San Sebastjan Martri. Fil-23.00 l-istess banda tagħmel il-marċ tal-aħħar fejn takkumpanja lid-dilettanti tan-nar sa quddiem il-Każin tasSoċjetà. 22:30 Dħul tal-purċissjoni bil-kant tal-Antifona. Tingħata l-barka sagramentali. Il-festa tintemm bil-kant tal-Innu Popolari. Tnejn 27 ta’ Lulju: Dħul tal-vara fin-niċċa 18:30 Quddiesa ta’ ringrazzjament għall-festa. Wara l-quddiesa l-vara titqiegħed f’postha fin-niċċa.
Ritratt ta’ Errol Farrugia
Iċ-ċelebrazzjonijiet kollha li jsiru fil-Knisja mill-ħruġ tal-vara sa jum il-Festa ikunu trasmessi fuq Radju Bastjaniżi FM, frekwenza 95, kif ukoll fuq l-internet. Il-kor u l-orkestra ikunu taħt id-direzzjoni tal-Mro Herman Farrugia Frantz. In-nar kollu ta’ matul il-ġimgħa tal-festa ġie maħdum fis-St Sebastian Fireworks Factory taħt id-direzzjoni tas-Sur Raymond Bugeja.
10
Il-Warda Flower Shop
by Brian Camilleri Florist 94, Triq ix-Xitwa, Qormi Tel: 21492626 • Mob: 79709996 E-mail: fiorio@maltanet.net
Annotazzjonijiet dwar l-Istatwa ta’ San Bastjan u l-iskulturi tagħha
H
ekk kif dis-sena qed infakkru l-mitejn sena talistatwa votiva u artistika ta’ San Sebastjan talpjazza tajjeb li nagħtu xi tagħrif dwar l-istatwa u min għamilha. • Saret fl-1815 bħala twettieq ta’ wegħda talQriema ta’ matul il-pesta tal-1813. • Fit-30 ta’ Settembru 1815 kienet diġa tinsab fejn hi kif jixhed kuntratt tan-Nutar Giuseppe Teodoro Micallef li kellu l-uffiċċju notarili tiegħu fi Triq Santa Katerina. In-nutar niżżel li d-dar li kien qed isir negozju fuqha tinsab vicino la Santa Immagine di San Sebastiano Martire. • Jingħad li l-Kappillan Dun Pietru Pawl Psaila dak in-nhar tat-tberik għamel id-diskors tal-okkażżjoni. Il-kappillan Psaila ħa pussess tal-Parroċċa San Ġorġ lejn l-aħħar ta’ Awissu 1815, mela jidher li l-istatwa tqegħdet f’postha, fejn dari kien it-tarf ta’ Ħal Qormi, dik il-ħabta. • Hi magħmula minn ġebla waħda u mqegħda fuq pedestall mislut u mill-isbaħ tal-ġebla Maltija. • Mal-pedestall hemm tabella li tgħid li l-Isqof Ferdinanado Mattei qed jgħati indulgenza lil min jitlob quddiem ix-xbieha. Iġġib id-data 4 ta’ Ottubru 1816 • Ħadmuha l-iskulturi Ġlormu u Ċikku Fabri, li kontra kif dejjem ngħad ma kinux aħwa, għad li jidher li hemm parentela bejniethom. • Ċikku Fabri twieled il-Birgu fit-30 ta’ Settembru 1773 minn Giovanni Fabri u martu Caterina Formosa. Nhar il-15 ta’ Frar 1794 Ċikku żżewweġ lil Ġużeppa Cordina fil-Parroċċa Porto Salvo tal-Belt imma kien joqgħod fi Strada San Antonio, Vittoriosa, fejn fl-istatus animarum sibtu diversi drabi. Talinqas kellu ħames ulied Gaetano, Salvatore, Giovanni, Gusmano u Teodoro. Meta romol baqa’ jgħix ma’ ibnu Gaetano.
12
Vince Peresso
• Giovanni Fabri kien iben Francesco, li kien skultur tajjeb, u martu Maria. Fost ħutu kien hemm Gerolomo Saverio li twieled fl-1728. Mela Ċikku ssemma’ għal nannuh u kellu zijuh jismu Ġlormu. • Ġerolamo Agostino kien bin Giuseppi Fabri u martu Agata. Aktarx twieled il-Birgu imma meta iżżewweġ lil Paola Sammut, nhar it-18 ta’ Ġunju 1785 fil-Parroċċa ta’ San Pawl, mar joqgħod il-belt Valletta. Sibt li kellu dar fuq Porta Marina (illum Victoria Gate). Lil Paola Fabri, vedova di Gerolamao, fl-1816 sibtha qed titlob lill-Gvernatur iħallilha tibqa’ tuża din il-kamra li kienet ngħatat lill-mejjet żewġha flok pensjoni. Iżda t-talba tagħħa ġiet rifjutata għax il-kamra kienet ngħatat lil żewġha u fuq kollox lilha kienu tawha abitazzjoni oħra fil-Furjana, u dik il-kamra kienet nagħatat lill-militar. • L-iskulturi Fabri kienu jappartjenu lill-ġenerazzjoni ta’ diversi skulturi u scalpellini. Tal-inqas, fis-sekli sbatax u tmintax , kien hemm żewġ ġenerazzjonijiet ta’ Fabri li ħadmu f’diversi knejjes u palazzi fosthom fil-knisja tas-Siġġiewi, f’Bormla, f’Ħaż-Żebbuġ, fis-Sannat,fix-Xewkija, f’Ħaż-Żabbar, fiz-Zurrieq, f’tas-Silġ Marsaxlokk, fil-palazz tal-inkwiżitur fil-Birgu. • Jingħad li l-istatwa ħadmuha f’Ħal Qormi stess fi Triq San Bartilmew, jew qrib id-dar ta’ fejn kien joqgħod it-Tabib Muscat jew qrib id-dar fejn kien joqgħod Ġelander Bonnici, it-Tentiela. • Jingħad ukoll li wieħed mill-iskulturi, aktarx Ġlormu, kien iħobb ilqatra u iktar hi xogħol Ċikku. Il-pedestall però jingħad li sar minn bint Ġlormu, li kien leħaq miet qabel ma tlesta il-proġett kollu. • L-istatwa hi fl-istil barokk tardiv u tixbaħ il-pittura ta’ San Sebastjan li tinsab fil-kappella tas-sagrament fil-knisja parrokkjali tal-Birgu. Dilpittura hi xogħol Michele Busuttil u saret ukoll fi żmien il-pesta tal1813. L-istatwa għandha però xebħ fl-istil ta’ skulturi spanjoli tas-seklu tmintax. Allura hawn nara wkoll xi infuwenza ta’ Mariano Gerada, li studja ħafna xogħol tal-arti spanjola u li kien ħabib ma’ Ċikku Fabri. • L-iskulturi Fabri lil San Sebastjan iktar milli rabtuh ma’ siġra b’idejh fuq wara, kif ġeneralment kien jirraffiguraw lill-qaddis, ippreferew li jsallbuh mas-siġra, b’idejh miftuha u jħarsu ‘il fuq. F’das-sens hi unika. • L-istatwa ta’ San Sebastjan hi l-ewwel waħda li saret mid-disa’ statwi li hawn fit-toroq ta’ Ħal Qormi. Eqdem minnha hemm biss iż-żewġ statwi fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġorġ. Ħajr lil Borg Antoinette, Bonnici Irene u ħutha, Cassar Kenneth, Debono John, Debono Sandro, Falzon Carmelo, Farrugia Gorg, Grima Joseph F. u l-istaff tal-Arkivju Notarili tal-belt Valletta u tal-Arkivju Nazzjonali tar-Rabat – tal-għajnuna, oservazzjonijiet u kitbiet tagħhom li għenuni biex niġbor dan it-tagħrif. 13
Punti mid-diskors tal-Perit Hermann Bonnici fl-Akkademja fil-Knisja ż-Żgħira nhar l-1 ta’ Mejju 2015 Ir-Restawr minn Barra tal-Knisja ż-Żgħira abel ma’ beda r-restawr, il-faċċati tal-Knisja ż-Żgħira kellhom diversi ħsarat ta’ natura differenti. In-natura tal-ħsarat kienu: • Ħsarat kawżati mill-melħ u l-kwalita` tal-ġebla, li jirriżultaw fi tmermir talġebla; • Ħsarat kawżati mill-ambjent ta` madwar il-knisja, bħalma huma dħaħen tal-karozzi, li jikkawżaw swidija fil-ġebel; • Ħsarat kawżati mill- veġetazzjoni, bħalma huma alge, likeni u ħażiż; • Ħsarat kawżati mill-bniedem u l-uzu ħażin tal-materjali, bħalma huma msiemer, li kien hemm għadd ġmielu tagħhom; • Ħsarat ta` natura strutturali, li huma l-konsenturi fuq it-tieqa tan-nofs talfaċċata u l-kampnar fuq in-naħa tallemin. L-interventi li saru kienu skont in-natura tal-ħsarat li kien hemm. Il-filosofija tar-restawr kienet: • L-interventi ta` restawr ikollhom l-inqas impatt fuq il-bini; • L-interventi ma jkunux kawża ta’ iktar ħsara ‘l quddiem; • L-interventi jsiru b’rispett lejn l-awtentiċità tal-bini. Ix-xogħol tar-restawr kien jikkonsisti fi: • Jiġu maqlugħin il-ħadid, wires u msiemer li kienu mwaħħlin mallħitan; • Tiġi mnaddfa l-ġebla, b’sistemi ta’ ħasil li ma jużawx ħafna ilma biex 14
•
• • • • •
•
ma titneħħiex il-patena naturali talġebla u ma ssirx ħsara lill-ġebla; Desalinazzjoni (jiġi mneħħi l-melħ mill-ġebel) u tisħiħ ta` ġebel immermer, permezz ta’ materjal apposta; Jiġu mimlija x-xquq fil-ġebel, b’ġir fin speċjalizzat; Jiġi mibdul il-ġebel, fejn kien strettament neċessarju; Jiġu mkaħħla l-fili bil-ġir; Jiġi applikat plastic repair fejn il-ġebel kien ġie mbaqqan biex jinkesa bissiment. Interventi biex tingħalaq ilkonsentura tan-nofs tal-faċċata u biex jiġi msaħħaħ il-kampnar tal-lemin, permezz ta’ erba’ pinnijiet li saru fih minn naħa sa oħra biex il-kampnar jintrabat sewwa. Tingħata il-velatura, li hija passata ħafifa ħafna fuq il-ġebla fl-aħħar taxxogħol, biex tiġi protetta l-ġebla.
Dan kien proġett ieħor li sar midDirettorat tar-Restawr li permezz tiegħu jiġi mħares il-patrimonju Malti u tiġi wkoll msaħħa wkoll il-kultura u l-identità tal-lokal.Grazzi ħafna.
➦
Q
Il-kampnar taċ-ċuqlajta qabel ir-restawr Il-kampnar tal-Arloġġ wara ir-restawr ➦
Anthea's
Unisex Hair Salon
Colour • Highlights • Cuts Blow-drys • Treatments • Upstyles Triq il-Fontanier, Qormi Tel: 2147 2888 / 7923 4819
Monday - CLOSED Wed: 9am - 1pm Tue - Sat: 9am - 5pm
Call: 9926 1825 Mon-Fri 8.30am-3.30pm; Sat 8.00am-3.30pm
CATERERS FOR ALL FUNCTIONS
Contact: 9994 3394 or 2144 0373 16