Sliem u Ħajja - Lulju 2016

Page 1



San Sebastjan, Ħal Qormi ŻEWĠ RIGALI SBIEĦ MILL-MULEJ

I

l-Festa Parrokkjali ta’ din is-sena ser tkun immarkata minn żewġ avvenimenti mportanti ħafna li seħħew f’dawn l-aħħar ġimgħat, u li għandna nħarsu lejhom bħala grazzja kbira minn Alla. L-ewwel avveniment kien il-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġorġ Martri li għaddiet mit-toroq tal-Parroċċa tagħna nhar il-Ħadd 24 ta’ April. Kienet okkażżjoni ta’ ferħ kbir, sew għal dawk li huma mill-Parroċċa ta’ San Bastjan, kif ukoll dawk mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ, li seħħet din il-ġrajja. F’din l-okkażżjoni urejna li fejn hemm rieda tajba, kapaċi nagħmlu affarijiet ferm sbieħ flimkien. Il-kelma fuq fomm kulħadd kienet “Kemm hi sabiħa l-għaqda!” Ladarba esperjenzjajna s-sabiħ talgħaqda flimkien, issa għandna dmir u responsabbiltà li ma nħallux li din tkun okkażżjoni ta’ darba. Irridu nkomplu nsostnu r-rispett u l-koperazzjoni bejn il-parroċċi ta’ San Ġorġ u San Sebastjan, sew għax dan hu mitlub minna millEvanġelju, kif ukoll għaliex fl-għaqda flimkien hemm vantaġġi kbar ħafna, ferm aktar milli nkunu mifrudin. Nistenna li fil-ġranet tal-festa, aħna nkomplu ngħixu l-ispirtu ta’ għaqda u rispett lejn il-ġirien tagħna billi nevitaw dak kollu li jista’ jweġġa’ lill-oħrajn. Ejjew nevitaw it-tgħajjir u l-insulti lil xulxin, għax dawn ma jixirqulniex u ma jagħmlulniex ġieħ! U ma’ dawn nevitaw kull tip ta’ esaġerazzjoni li mhix f’postha f’Festa Nisranija! Inżommu f’moħħna kliem il-Papa Franġisku li: “l-azzjoni pastorali kollha tagħha għandha tkun imgeżwra fil-ħniena; xejn mit-tħabbira u mix-xhieda tagħha quddiem id-dinja

m’għandu jkun nieqes mill-ħniena.” Okkażżjoni oħra mportanti għallparroċċa tagħna hija l-ordinazzjoni saċerdotali taż-żewġ Djakni mill-Parroċċa tagħna, Rev. Sergio Fenech u Rev. Mark Mallia Pawley, flimkien mar-Rev. James Saydon li qed jagħmel l-esperjenza tad-Djakonat filParroċċa tagħna. Hija grazzja kbira mill-Mulej li żewġ membri mill-Parroċċa tagħna ser jiġu ordnati saċerdoti wara snin ta’ tħejjija. Il-Festa tagħna ser tkun onorata bil-parteċipazzjoni attiva tagħhom fid-diversi ċelebrazzjonijiet li ser ikollna. Waqt li nifirħu magħhom, ngħarfu li għandna responsabiltà li nrawwmu aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi billi inkunu komunità nisranija awtentika, li nieħdu lil Alla bis-serjetà, li nqimuH tassew, u li ngħixu l-kmandamenti tiegħu. Huwa f’dan l-ambjent nisrani li aktar membri tal-Parroċċa tagħna jisimgħu is-sejħa tal-Mulej u jkollhom il-kuraġġ li jwieġbu għaliha b’mod posittiv. Din, wara kollox, kienet il-ħajja ta’ San Sebastjan. Huwa kien nisrani ta’ veru, kien iqim lil Alla, kien jobdi l-kmandamenti, kien jaħrab il-ħażin. Kien kuraġġjuż fl-istqarrija tal-fidi. Ejjew inkunu hekk aħna wkoll, b’mod speċjali f’dawn il-ġranet tal-festa. Il-Festa t-Tajba lil kulħadd.

Fr Joseph Buhagiar Kappillan

Ritratti tal-Qoxra: Il-vara titulari ħdejn l-istatwa votiva ta’ San Bastjan. Ritratt ta’ Errol Farrugia. Disinn u Stampar: Veritas Press, Ħaż-Żabbar

1


Festa 2016 “Dawwar il-mantar miegħek u ejja warajja” (Atti 12, 8)

N

har id-29 ta’ Ġunju li għadda, aħna, flimkien ma’ ħamsa oħra minn sħabna, ġejna ordnati saċerdoti minn Mons Arċisqof Charles J. Scicluna. Din ilġurnata, filwaqt li kienet il-qofol ta’ żmien twil ta’ preparazzjoni li ilna nagħmlu għal dawn l-aħħar seba’ snin, kienet ukoll ilġurnata li fiha aħna bdejna ngħixu b’mod aktar profond din is-sejħa tagħna; jiġifieri li nkunu qaddejja tal-poplu ta’ Alla b’mod sħiħ. Hi l-ġurnata li fiha aħna, quddiem il-Poplu ta’ Alla, weġibna b’ “hawn jien” għall-istedina li saritilna. Hi l-ġurnata li fiha l-komunità Nisranija laqgħetna bħala rigal mogħti lilha minn Alla. Dan għaliex id-don tas-saċerdozju ma jingħatax biss lil dak li jkun imsejjaħ biex jaqdi lil Alla permezz ta’ din is-sejħa, imma hu rigal li Alla jagħti lill-komunitajiet partikolari li minnhom ġej u li fihom ikun qed jaqdi l-ministeru tiegħu ta’ saċerdot. It-tema li għażilna biex tigwidana flokkażjoni tal-Ordinazzjoni Saċerdotali tagħhna hi meħuda mill-Ktieb tal-Atti talAppostli: “Dawwar il-mantar miegħek u ejja warajja” (Atti 12,8). Waqt li Pietru kien fil-ħabs, wara li safa arrestat minn Erodi għax kien qed jipprietka f’isem Ġesù,

2

matul il-lejl deherlu Anġlu li ħelsu millktajjen, u li stiednu biex idawwar il-mantar miegħu u jimxi warajh; pass li wassal biex Pietru jkun meħlus mill-ħabs u jkompli jgħallem f’isem Ġesù. Il-mantar... forsi llum tlifna x’inhi l-idea u s-sens Bibbliku tiegħu. Il-mantar kien jintlibes biex juri awtorità. Fil-Bibbja jintuża wkoll biex juri li dik il-persuna hi msejħa għal missjoni partikulari minn Alla, u qiegħed jagħniha bil-qawwa Tiegħu biex twettaq dak li hi msejħa għalih. Fost il-persuni Bibbliċi li nsibuhom jagħmlu użu minn dan is-simbolu nsibu lil Samwel, Elija u Eliżew fost l-oħrajn. Insibu wkoll il-mantar imsemmi fl-Evanġelji, partikolarment meta Ġesù jordna liddixxiplu biex min jitlobhom il-mantar ma jiċħdulux anqas il-libsa. Iżda iktar minn kollox, jissemma fl-Aħħar Ċena, meta Ġesù jneħħi l-mantar biex jaħsel saqajn iddixxipli. Waqt il-Passjoni, Ġesù wkoll juri l-qawwa tiegħu meta jiġi mlibbes mantar aħmar mis-suldati. Dawn il-kwalitajiet kollha nsibuhom fis-saċerdot. Hu fdat b’missjoni, dik li jwassal il-Bxara t-tajba tal-Imħabba ta’ Alla għal kull bniedem; hu msejjaħ biex


San Sebastjan, Ħal Qormi imexxi u jiggwida, filwaqt li jimxi malPoplu ta’ Alla, għax hu wkoll hu wieħed minnhom; hu msejjaħ biex jaqdi u jimxi fuq l-eżempju tal-Imgħallem tiegħu, u fuq kollox, hu mimli bil-qawwa ta’ Alla li taħdem fih. Hu msejjaħ biex ikun saċerdot; strument f’idejn Alla biex permezz tiegħu, Alla jasal għand il-Poplu tiegħu; profeta, li jwassal it-tagħlim ta’ Alla u tal-Knisja tiegħu billi jxandar il-Kelma ta’ Alla waqt il-liturġija u laqgħat oħrajn; u ragħaj, li jiggwida lill-Poplu u jwassalhom lejn Alla, fuq l-eżempju ta’ Ġesù nnifsu. Dan kollu jitlob sagrifiċċji kbar minn dak li jkun imsejjaħ biex jaqdi lil Alla bħala saċerdot, u mingħajr l-għajnuna ta’ Alla, ma jasal qatt iwettaq il-missjoni partikulari li jkun ġie msejjaħ għaliha. Ilmantar faċli jiddistingwih minn persuni oħrajn, u faċli jpoġġih f’pożizzjoni li fiha jħossu superjuri għall-oħrajn. Iżda s-sejħa veru tiegħu m’hix dik li jżomm il-mantar fuqu biex ikun aħjar minn ħaddieħor, iżda li dak il-mantar jagħmel użu minnu għal ġid tal-Poplu kollu ta’ Alla. Hu għalhekk li fil-mument tad-dilka tal-idejn biż-żejt imqaddes, l-arċisqof jgħid lis-saċerdot: “Il-Mulej Ġesù Kristu, li l-Missier dilku bl-Ispirtu u l-qawwa, iħarsek ħa tqaddes il-poplu nisrani u toffri s-saggrifiċċju lil

Alla.” U x’sagrifiċċju hu dan? Xejn għajr l-għotja totali tiegħu innifsu lil Alla u lillpoplu Tiegħu. Fi kliem ieħor, li jkun ta’ servizz totali għal dawk li jkunu jeħtieġu l-għajnuna u l-preżenza tiegħu. U dan kollu fuq l-eżempju ta’ Ġesù Kristu nnifsu. Infatti, l-arċisqof ikompli billi, waqt li jtih f’idejh il-ħobż u l-inbid, itenni: “Ilqa’ l-offerta tal-poplu qaddis li ser issir lil Alla. Ifhem sewwa dak li se tagħmel, fassal ħajtek fuq dak li se jkollok f’idejk, agħmel li ħajtek tkun tixbah il-misteru tas-salib ta’ Kristu.” Fid-dawl ta’ dan kollu, nitolbukom biex iżżommu lilna u lil sħabna fit-talb tagħkom. Minn qalbna nirringrazzjawkom tal-appoġġ u s-sapport li rċevejna mingħandkom tul il-mixja tal- formazzjoni tagħna ġewwa s-Seminarju. Filwaqt li nwiegħdukom it-talb tagħna, nistednukom biex flimkien bħala parroċċa ngħixu dan il-mument ta’ grazzja billi nkomplu nitolbu lill-Mulej biex ikompli jagħżel żgħażagħ mill-parroċċa tagħna biex jaqduh fil-ħajja saċerdotali u reliġjuża. Kunu mberkin. Dun Sergio Fenech Dun Mark Mallia Pawley Dun James Saydon

3


Festa 2016 Messaġġ tal-Kappillan fl-okkażjoni tal-pellegrinġġ bl-istatwa titulari ta’ San Ġorġ nhar l-24 t’April 2016

I

nsellem lill-Eċċ. Tagħha il-President ta’ Malta, lir-Rispettabbli Sindku, lillArċipriet u kleru tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ u lill-parruċċani kollha tal-parroċċi ta’ San Ġorġ u ta’ San Bastjan. Huwa ta’ pjaċir kbir għalija, għalkleru u l-poplu ta’ din il-parroċċa li nilqgħu fostna l-istatwa artistika ta’ San Ġorġ Martri, fit-tifkira ta’ meta l-iskultur Pietru Felice skolpiha 275 sena ilu. Huwa xieraq li dil-merħba qed isir quddiem ix-xbieha artistika ta’ San Sebastjan, skolpita 200 sena ilu mill-iskulturi Ċikku u Glormu Fabri fuq wegħda magħmula mill-Qriema talli ġew meħlusa millpesta. Kemm hi sabiħa d-dehra tax-xbiehat ta’ San Ġorġ u ta’ San Sebastjan flimkien, biswit xulxin. Għax fil-ġenna, San Bastjan u San Ġorġ qegħdin ħdejn xulxin, flimkien ifaħħru lil Alla, u flimkien jagħtuh qima. Qeghdin flimkien għax ilġlieda tagħhom ma kinitx kontra xulxin, imma kontra l-għedewwa ħorox tal-

4

knisja. F’din il-ġlieda huma wrew kuraġġ tant kbir li ħadu saħansitra l-mewt. Din ix-xena tal-lum tgħallimna li bħala Nsara, membri tal-Poplu ta’ Alla, il-ġlieda tagħna mhix kontra xulxin imma kontra l-għedewwa tal-Knisja. Hija ġlieda qalila, bħalma kienet fi żmien San Sebastjan u San Ġorġ. Biex nirbħuha, ma nistgħux inkunu mifruda minn xulxin, imma magħqudin flimkien u magħqudin ukoll b’rabta qawwija mal-Mulej. Ejjew nitgħallmu l-importanza tal-għaqda u r-rispett bejnietna. Jekk żbaljajna fil-passat, ħadd ma għandu jġegħlna nirrepetu l-istess żbalji. Ma għandna ebda obbligu lejn ħadd biex inkomplu niżbaljaw bħal qabel. Jekk irridu nferrħu lil San Ġorġ u lil San Bastjan, ejjew naċċettaw u ngħadru lil xulxin. Ejjew inwaqqgħu il-preġudizzji li trabbew matul is snin. Inżommu f’moħħna li jekk tassew tħobb qaddis wieħed, tħobb lill-qaddisin kollha, għax


San Sebastjan, Ħal Qormi kollha qdew mill-qalb lill-istess Sid u taw ħajjithom għall-istess Alla; u jekk tassew tħobb parroċċa waħda, tasal biex tħobb lil kull parroċċa għax f’kull parroċċa tapprezza l-isforz u s-sagrifiċċju ta’ min jistinka biex tinbena u tissaħħaħ ilkomunità nisranija. Viva San Ġorġ u viva San Bastjan Talba: Għażiż San Ġorġ, għażiż San Bastjan, għinuna nifhmu sewwa li aħna membri ta’ Knisja waħda, magħquda flimkien b’fidi waħda u magħmudija waħda. Agħtuna l-qawwa biex nagħtu xhieda tal-fidi tagħna permezz tal-imħabba li

nuru lil xulxin: imħabba li tissagrifika u tagħti lilha nnifisha, bħalma intom tajtu lilkom infuskom għall-poplu ta’ Alla, u bħalma Sidna Ġesù Kristu tana ħajtu kollha kemm hi għalina fuq is-salib. Għallmuna niċċelebraw b’mod li jaqbel mall-fidi taghna f’Sidna Gesù Kristu. Begħdu minn fostna dak kollu li ma jixraqx lit-twemmin tagħna. Ħudu ħsieb il-morda, il-batuti u l-foqra talparroċċi tagħna. Kunu mall-insara li fil-ġurnata tal-lum huma ppersegwitati: ħarsuhom u ipproteġuhom. Għinuna naslu s-sema pajjiżna, biex aħna ngawdu magħkom lil Alla għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

21, St Mary Street, Qormi Mob: 9986 1769 5



San Sebastjan, Ħal Qormi

Festa ta’ San Sebastjan Martri PROGRAMM 2016

Il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju: 6.30pm Quddiesa u wara adorazzjoni mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali biex il-Festa tħalli frott spiritwali fost il-komunità nisranija tagħna. 8.00pm Quddiesa għaż-żgħażagħ fl-okkażjoni tal-Festa fil-Kripta tal-Knisja mill-Viċi Parroku Dun Brian Gialanzè. Il-Ħadd 3 ta’ Lulju: 5.15pm Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan takkumpanja lis-Saċerdot Novell Dun Sergio Fenech mill-MUSEUM tas-Subien fi Triq San Bartilmew salKnisja Parrokkjali 6.00pm Quddiesa ta’ Radd-il Ħajr mis-Saċerdot Novell Dun Sergio Fenech. Il-Parroċċa tifraħ ma’ Dun Sergio għall-grazzja tal-ordinazzjoni saċerdotali u tingħaqad miegħu fir-ringrazzjament lil Alla. L-Erbgħa 6 ta’ Lulju: 8.30pm Jiġi ppreżentat id-dramm Il-Martri ta’ Kristu fuq iz-zuntier tal-Knisja millPageant Group tal-Parroċċa. Kitba u direzzjoni ta’ Sebastian Aquilina. Is-Sibt 9 u il-Ħadd 10 ta’ Lulju: Lejla Qormija 7.30pm Ninġabru fuq iz-zuntier ta’ madwar il-Knisja għal serata divertenti. Attivitajiet għall-familja, logħob, ikel Malti, tombla eċċ. Din hija attività mportanti ħafna biex jinġabru fondi għall-festa. Nattendu bi ħġarna. Il-Ħadd 10 ta’ Lulju: Jum l-Ulied Ġodda fil-Parroċċa 9:30am Quddiesa li fiha jiġi ċċelebrat s-Sagrament tal-Magħmudija. Wara jiġu ppreżentati lil San Sebastjan it-trabi li twieldu matul is-sena li għaddiet. 8.00pm Tkompli l-Lejla Qormija fuq iz-zuntier tal-Knisja. It-Tnejn 11 ta’ Lulju: Bidu tal-Ġimgħa tal-Festa 8:00am Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 12:00am Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 6.30pm Korteo bis-sehem tal-għaqdiet reliġjużi u ċiviċi fil-parroċċa mill-Knisja Parrokkjali għal ħdejn l-istatwa ta’ San Sebastjan fi Triq San Sebastjan, fejn jitqegħdu l-kuruni tar-rand. Tingħata tislima mill-Kappillan Dun Joseph Buhagiar u jitkanta l-innu popolari. 7.00pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali mmexxija mill-Kappillan Dun Joseph Buhagiar. Wara l-quddiesa: Ċelebrazzjoni tal-Kelma. 8.15pm: Ħruġ tal-vara ta’ San Sebastjan min-niċċa sal-bieb tal-Knisja fejn tingħata tislima mill-parruċċani u mill-Banda. Il-Banda San Sebastjan tas-Soċjetà Filarmonika Pinto tkompli b’marċ tul dawn it-toroq: San Bartilmew, Mdina, Antonio Muscat Fenech, San Dwardu, iż-Żinżel, San Bastjan, San Benedittu, San Bartilmew, il-Kbira, Correa, il-Kunċizzjoni u San Bastjan sa quddiem ilKażin tal-Banda.

7


8:15pm 9:00pm

Festa 2016

Ħruq ta’ salut, kaxxa nfernali u settijiet ta’ murtali tal-beraq bil-logħob u murtaletti. Ħruq ta’ sferi, blalen, beraq kulurit, bukketti u murtali tal-kulur u kaxxa talkulur.

It-Tlieta 12 ta’ Lulju: Jum it-Tfal 6.15pm Korteo mit-tfal bl-istatwa ż-żgħira ta’ San Sebastjan. Jitlaq mill-MUSEUM tas-subien. Matul it-triq isiru waqfiet ta’ riflessjoni quddiem l-istatwi ta’ San Sebastjan u ta’ San Ġorġ. 7.00pm Quddiesa għat-tfal fil-Knisja Parrokkjali mmexxija minn Dun Brian Gialanzè. 8.30pm Marċ mill-Banda Imperial tal-Mellieħa li jibda mit-Triq l-Aħwa Żammit u jgħaddi mit-toroq: Mikiel Anton Vassalli, l-Kanun, Karm Debono, talBajjada, Valletta, ir-Ragħaj, Furnar, Valletta, Pawlu Farrugia, Correa, Ħabbież, Ġunġlien, Amleto Spiteri, Tensila, Ħabbież, Ġużeppi Ciappara, ilKbira, Correa, u jdur għal quddiem il-Każin. L-Erbgħa 13 ta’ Lulju: L-Ewwel Jum tat-Tridu: Jum l-Anzjani / Jum il-lajċi mpenjati 8:00am Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 9.30am Quddiesa għall-anzjani u l-morda taż-żewġ parroċċi ta’ Ħal Qormi, li fiha jingħata is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda, immexxija mill-Kappillan Dun Joseph Buhagiar. Imħeġġin jattendu l-anzjani kollha, sew dawk li ilhom ma joħorġu minn djarhom, kif ukoll dawk li jinsabu fid-djar tal-anzjani. 12.00pm Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 6.30pm Is-Saċerdot Novell Dun Mark Mallia Pawley jiċċelebra l-quddiesa ta’ l-Ewwel Jum tat-Tridu, bil-priedka minn Dun Mark Ellul, Kap ta’ l-Iskola tasSeminarju ta’ l-Arċisqof. Mistiedna b’mod speċjali dawk kollha li huma nvoluti fil-ħidma tal-parroċċa. Wara kurunella, Innu tal-Martri, Antifona, Barka Sagramentali u Innu Popolari. 8:00pm Ma’ tmiem il-funzjoni ħruq ta’ murtali u murtaletti. 8.30pm Marċ mis-Soċjetà Mużikali Santa Katerina V.M. taż-Żurrieq li jibda minn Triq it-Tin u jgħaddi mit-toroq: Luqa, Mdina, Ġużè Duca, Santa Katerina, Mdina, l-Ġdida, San Dwardu, Santa Katerina, Drama, Għana, San Dwardu, Santa Katerina, Vitorja u San Bastjan sa quddiem il-Każin. Fi Triq ilVitorja, il-Banda tkun akkumpanjata mis-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan flimkien ma’ Mass Band iffurmata minn bandisti ta’ diversi soċjetajiet mużikali, fl-okkażżjoni tal-25 sena tat-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi. 9.00pm Ħruq ta’ sferi, blalen, beraq kulurit, bukketti, murtali tal-kulur u kaxxa talkulur. 11.45pm Fi tmiem il-marċ brijuż jibda l-ispettaklu Sound of Colours, spettaklu ta’ dwal, mużika, piroteknika u kuluri ppreparat mill-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi. Il-Ħamis 14 ta’ Lulju: It-Tieni Jum tat-Tridu: Jum il-Familji 8:00am Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 12:00pm Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 6.30pm Is-Saċerdot Novell Dun Sergio Fenech, iqaddes il-quddiesa tat-Tieni Jum tat-

8


San Sebastjan, Ħal Qormi Tridu fejn il-mistiedna speċjali jkunu dawk li qed ifakkru l-10, 25, 50 sena miż-żwieġ tagħhom bil-priedka minn Dun Mark Ellul. Wara kurunella, Innu tal-Martri, Antifona, Barka Sagramentali u Innu Popolari. 8:00pm Ma’ tmiem il-funzjoni ħruq ta’ murtali u murtaletti. 8.00pm Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan tagħmel marċ tul Triq San Sebastjan u wara tkompli bi Programm vokali u strumentali quddiem il-Każin tas- Soċjetà Filarmonika Pinto. 9:00pm Ħruq ta’ sferi, blalen, beraq kulurit, bukketti u murtali tal-kulur u kaxxa talkulur. Il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju: It-Tielet Jum tat-Tridu: Jum iddedikat għas-saċerdoti u reliġjużi 8:00am Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 12:00pm Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 6.30pm Is-Saċerdot Novell Dun James Saydon iqaddes il-quddiesa tat-Tielet Jum tatTridu li għaliha jkunu mistednin b’mod speċjali s-saċerdoti u r-reliġjużi minn din il-Parroċċa. Il-priedka ssir minn Dun Mark Ellul. Wara kurunella, Innu tal-Martri, Antifona, Barka Sagramentali u Innu Popolari. 8:00pm Ma’ tmiem il-funzjoni ħruq ta’ murtali u murtaletti. 8.30pm Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan tibda marċ li jgħaddi mit-toroq San Bastjan, Armier, Spiteri Fremond, Ġnien, Fontanier, Misraħ Narbona, De La Cruz, Sienja, 20 ta’ Jannar, Ġorġ Borg, Triq Santa Marija, San Benedittu, San Ġużepp, Kunċizzjoni, Correa, Mifsud Ellul, Il-Kbira sa tarf Triq San Sebastjan. 9:00pm Ħruq ta’ sferi, blalen, beraq kulurit, bukketti, murtali tal-kulur u kaxxa talkulur. Is-Sibt 16 ta’ Lulju: Lejliet il-Festa 7.30am Qrar sad-9.30am. 8:30am Quddiesa ta’ ringrazzjament mmexxija minn Dun James Saydon li tispiċċa bil-kant tat-Te Deum. 9:00am Mal-kant tat-Te Deum tinħaraq kaxxa infernali, murtali u murtaletti. 11:45am Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 5.15pm Quddiesa ta’ Lejliet il-Festa. 6.30pm Translazzjoni solenni bir-relikwa ta’ San Sebastjan Martri, immexxija minn Dun Mark Mallia Pawley, mill-Knisja ż-Żgħira sal-Knisja Parrokkjali. Għasar Solenni u Barka Sagramentali (Ma ssirx il-quddiesa tas-6.30pm. Minflok isir l-Għasar). 6:30pm L-Għaqda tan-Nar San Sebastjan ssellem lir-Relikwa ta’ San Sebastjan Martri bi ħruq ta’ Salut, kaxxa infernali u settijiet ta’ murtali u murtaletti. 8.00pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali. 8.30pm Marċ mill-Banda Maria Mater Gratiae ta’ Ħaż Żabbar li jitla’ tul it-Triq San Sebastjan sa quddiem il-Każin tas-Soċjetà Filarmonika Pinto fejn l-istess Banda tesegwixxi Programm Mużikali. Wara l-Programm Mużikali jsir marċ li jgħaddi minn Triq San Bartilmew għall-Pjazza Kortil tal-Granmastru. 9:30pm Spettaklu pirotekniku li jibda bil-bomba tal-lampjun, sferi u blalen u disinji, logħob varjat ta’ beraq kulurit, bukketti u murtali tal-kulur, murtali bilblalen u varjazzjoni ta’ blalen kbar, li jispiċċa b’kaxxa tal-kulur u baraxxi. 11.30pm Ħruq tan-nar ta’ l-art fil-Pjazza tal-Granmastri.

9


Festa 2016

Il-Ħadd 17 ta’ Lulju: Jum il-Festa Quddies fil-għodu: 6.30am, 8.15am, 11.00am 8:15am Quddiesa Solenni mmexxija mill-Kappillan Dun Joseph Buhagiar bis-sehem tal-Kleru tal-Parroċċa. Il-Paniġierku isir minn Patri Renald Lofreda O Carm. 9:30am Waqt is-Sanctus ħruq ta’ murtaletti. 10:30am Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan tagħmel il-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu li jibda’ minn quddiem il-Każin tas-Soċjetà u jgħaddi mit-toroq San Bartilmew, il-Vitorja, San Rafel, il-Vitorja, San Sebastjan, San Bartilmew, il-Kbira u San Sebastjan sa quddiem il-Każin tas-Soċjetà. 6.00pm Quddiesa solenni minn Dun Sergio Fenech. 6.30pm Marċ mill-Banda San Filep ta’ Ħaż-Żebbuġ tul Triq San Sebastjan, Triq San Bartilmew u tilqa’ il-ħruġ tal-Istatwa ta’ San Sebastjan Martri mill-Knisja. Fit8.15pm l-istess banda tagħmel programm mużikali quddiem il-Każin tas-Soċjetà. 7.15pm Ħruġ tal-Purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ San Sebastjan, li tgħaddi minn dawn it-toroq: Vitorja, San Rafel, San Sebastjan, San Bartilmew, Kbira, San Sebastjan, San Bartilmew sal-Knisja Parrokkjali. Il-purċissjoni titmexxa minn Dun Sergio Fenech. Il-Purċissjoni tkun akkumpanjata mill- Għaqda Mużikali Maria Bambina Banda Vittorja tan-Naxxar. 7:15pm Mal-ħruġ tal-purċissjoni ħruq ta’ salut, kaxxa infernali spanjola kbira u sett ta’ murtali bil-logħob.

10


San Sebastjan, Ħal Qormi 8.30pm L-Għaqda Mużikali San Gejtanu tal-Ħamrun tibda’ marċ minn Triq San Bartilmew u jgħaddi minn dawn it-toroq: Il-Kbira, San Sebastjan, San Bartilmew sa quddiem il-Knisja Parrokjali fejn takkumpanja fid-dħul tal-istatwa ta’ San Sebastjan Martri. Fil-11.00pm l-istess banda tagħmel il-marċ tal-aħħar fejn takkumpanja lid-dilettanti tan-nar sa quddiem il-Każin tas-Soċjetà. 9:30pm Ħruq ta’ sferi, blalen, beraq kulurit, bukketti u murtali tal-kulur u kaxxa talkulur, mad-dħul tal-Purċissjoni. 10.30pm Dħul tal-purċissjoni bil-kant tal-Antifona. Tingħata l-barka sagramentali. Il-festa tintemm bil-kant tal-Innu Popolari. Tnejn 25 ta’ Lulju: Dħul tal-vara fin-niċċa 6.30pm Quddiesa ta’ ringrazzjament għall-festa. Wara l-quddiesa l-vara titqiegħed f’postha fin-niċċa. Il-Ħadd 28 ta’ Awwissu: 5.15pm Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan takkumpanja lis-Soċerdot Novell Dun Mark Mallia Pawley sal-Knisja Parrokkjali. 6.00pm Quddiesa ta’ Radd-il Ħajr mis-Saċerdot Novell Dun Mark Mallia Pawley. IlParroċċa tifraħ ukoll ma’ Dun Mark għall-grazzja tal-ordinazzjoni saċerdotali u tingħaqad miegħu fir-ringrazzjament lil Alla. Il-ċelebrazzjonijiet kollha li jsiru fil-Knisja mill-ħruġ tal-vara sa jum il-Festa ikunu trasmessi fuq Radju Bastjaniżi FM, frekwenza 95, kif ukoll fuq l-internet. Il-kor u l-orkestra ikunu taħt id-direzzjoni tal-Mro Herman Farrugia Frantz. In-nar kollu ta’ matul il-ġimgħa tal-festa ġie maħdum fis-St Sebastian Fireworks Factory taħt id-direzzjoni tal-licensee, is-Sur Raymond Bugeja. Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan tkun taħt it-tmexxija tas-Surmast Direttur Mro Dominic Darmanin.

CATERERS FOR ALL FUNCTIONS

Contact: 9994 3394 or 2144 0373 11


Festa 2016 Bankun għall-Vara ta’ San Sebastjan Kitba ta’ Vince Peresso b’konsultazzjoni ma’ Stephen Borg, Frankie Attard u George Psaila

P

flimkien mal-bradella, l-artist Stephen Borg ħa ħsieb li jżomm l-istil klassiku. B’hekk ried jikkumplimenta u jikkombina sew malistatwa ta’ George Borg kif ukoll mal-pedestall ta’ Renzo Gauci. Fl-istess ħin żamm l-element Ruman simbolizzat mill-ajkla Rumana li tidher fuq il-parti ċentrali ta’ kull faċċata tal-bradella, flimkien mal-kartelli blismijiet tal-qaddisin u l-mazzettin u girlandi tar-rand u l-fjuri. Fl-istess ħin l-artist żied l-element kristjan li huma l-anġli u l-puttini, kif ukoll it-tmien niċeċ bi statwi ta’ qaddisin. L-element nisrani hu msaħħaħ aktar bl-għażla tal-erba’ virtujiet kardinali u l-iskrizzjonijiet marbuta ma’ kull virtù. Kollox ma kollox id-disinn talStili Meta tfassal il-proġett tal-bankun bankun hu intenzjonat mhux biss biex isebbaħ iżda wkoll biex jikkombina u jakkumpanja liż-żewġ opri eżistenti – l-istatwa u l-pedestall – u jagħmel ilproġett ta’ din il-vara titulari wieħed sħiħ u komplut kif jixraq. roġett li fuqu qed isir xogħol kontinwu u aktarx fil-kwiet hu l-bankun għall-vara titulari ta’ San Sebastjan. Qabel xejn ngħid li dan hu t-tielet fażi fil-proġett sħiħ tal-vara. Fi żmien ilkappillan Deguara saret l-induratura minn Horace Farrugia fuq disinn ta’ Ġanni Bonnici. Imbagħad fi żmien il-kappillani Cordina u Cauchi, sar ilpedestall, l-ewwel wieħed fuq disinn ta’ Frank Galea u t-tieni wieħed fuq disinn u xogħol ta’ Renzo Gauci. Issa fi żmien il-Kappillan Buhagiar qed isir il-bankun u miegħu sett gandlieri tal-injam fuq disinn ta’ Stephen Borg u maħdum flimkien ma’ Frankie Attard u George Psaila.

Riflessjoni dwar San Sebastjan Il-lapidi u l-erba’ faċċati talbankun huma marbuta mal-qaddis San Sebastjan permezz ta’ erba’ temi. Kull tema hi marbuta ma’ waħda millvirtujiet kardinali u iskrizzjoni adatta. 12


San Sebastjan, Ħal Qormi Dawn huma: A. Sebastjan il-Martri ta’ Kristu Il-virtù tal-Fortitudini B’imħabba u kuraġġ tajt ħajtek Il-puttini qed iżommu f’idejhom ilvleġeġ u l-bsaten, is-simboli tal-martirji B. Sebastjan Suldat tal-Imperu Il-virtù tal-Ġustizzja Kont ġust u leali fil-qadi ta’ dmirek Il-puttini qed iżommu il-kuruna tarrand u l-elmu Ċ. Sebastjan Appostlu sekular Il-virtù tal-Prudenza Il-ħidma tiegħek fi Kristu hi xempju għan-nisrani Il-puttini qed iżommu t-tabella talkundanna u s-salib D. Sebastjan iglorifikat Il-virtù tat-Temperanza It-temperanza f’għamiltek waslitek salGlorja Il-puttini qed iżommu l-kuruna talmartirju u l-palma

Tmien Qaddisin Ma’ dawn hemm tmien qaddisin, kull wieħed f’niċċa – tnejn ma’ kull faċċata. Intagħżlu qaddisin li għandhom rabta ma’ San Sebastjan. San Kaju li kien il-papa fi żmien San Sebastjan. Sant’Ambroġ li għamel l-ewwel priedka fejn jissemma’ San Sebastjan. San Girgor il-kbir u Santu Wistin li semmewh fil-kitbiet tagħhom. San Filippu Neri, San Karlu Barromeo, Santa Tereża t’Avila u San Ġorġ Preca huma magħrufa li kellhom qima lejn San Sebastjan. Xogħol fl-injam Il-bankun qed jinħadem minn injam differenti biex permezz tal-ilwien naturali tal-injam joħorġu kuluri diversi u naturali tagħhom. Hekk il-bażi hi talġewż Amerikan li hu ta’ lewn kannella skur. Il-lapidi li fuqhom se jitnaqqxu

13


Festa 2016 ndurati l-ismijiet tal-qaddisin, ilvirtujiet u l-iskrizzjonijiet qed isiru mill-ebbanu li hu injam rikk iswed. L-ornamenti, li jinkludi girlandi, mazzettini, fjuretti u pavaljuni, se jkunu minn taħlita ta’ paduk li hu ta’ lewn ħamrani u tulipan ħadrani. L-istatwetti tal-qaddisin se jsiru minn tulipan bajdani biex jispikkaw. B’hekk l-ilwien naturali talinjam ħa jagħtu dik l-isfumatura Nirringrazzjaw lil dawk kollha li kkontribwew naturali u x-xogħol għandu joħroġ b’għotja għal xi statwa jew xi parti mill-bankun. Min irid jikkontribwixxi jista’ javviċina lill-kappillan. il-maestrija fil-ħidma tal-injam.

458, Victory Street, Qormi

14


San Sebastjan, Ħal Qormi

D

Il-Ġublew tal-Ħniena

NN U E Ħ

BĦALL-M ISS I

in is-sena għandna l-grazzja li qegħdin ngħixu il-Ġublew talĦniena, imniedi mill-Papa Franġisku. Il-Ħniena ta’ Alla nafu biha lkoll. Imma mhux dejjem faċli għalina li nilqgħuha u naċċettawha. Għalhekk il-ħtieġa aktar minn qatt qabel li jiġi mxandar il-messaġġ tal-ħniena ta’ Alla. L-Iskrittura tgħidilna kemm-il darba li Alla tagħna hu Alla li jistabar u li jħenn u li ER l-ħniena tiegħu tibqa’ għal dejjem. Parti importanti tas-Sena tal-Ġublew hija li jinfetaħ il-Bieb Imqaddes fil-Bażilika ta’ San Pietru. Dan sa jkun Bieb tal-Ħniena, li kull min jidħol minnu jkun jista’ jduq l-imħabba ta’ Alla li jfarraġ, li jaħfer u li jimla bit-tama. Ħaġa unika għal dan ilĠublew hija li l-Bieb Imqaddes ma jkunx biss fil-Vatikan. Il-Papa jrid li f’kull djoċesi ikun hemm il-bieb talKatidral, jew ta’ xi knisja oħra li jagħżel l-Isqof, li jkun ukoll Bieb Imqaddes li min jgħaddi minnu iħossu li qed jagħmel parti miċ-ċelebrazzjonijiet talĠublew tal-Ħniena. Bħala Parroċċa ta’ San Bastjan, għamilna l-pellegrinaġġ għallKatidral tal-Imdina nhar il-31 ta’

Marzu. Inġbarna fil-Kappella talKunvent tas-Sorijiet Benedittini, fejn wara mumenti ta’ talb, imxejna lejn il-Katidral u għaddejna mill-Bieb Imqaddes tal-Ħniena. Ħdejn il-fonti tal-magħmudija ġeddidna l-wegħdiet tal-magħmudija. Tlabna t-talba tarrużarju u ċċelebrajna l-quddiesa. Kien hemm ukoll l-okkażżjoni għall-qrar. Konna madwar 90 persuna li attendejna. Iniżjattiva oħra għal din is-sena kien kors ta’ tagħlim dwar id-diversi aspetti tal-ħniena ta’ Alla. Dan il-kors tmexxa mill-Patrijiet Dumnikani u sar bejn it-12 ta’ April u t-30 ta’ Mejju. Kull min attenda irċieva tagħlim sabiħ u ta’ inkoraġġiment. Bħala parroċċa wkoll, weġibna għas-sejħa li għamel il-Papa Franġisku li kull parroċċa tilqa’ familja ta’ refuġjati. B’kordinament malKummissjoni Emigranti, qed inħallsu għal sena waħda l-ispejjeż ta’ residenza u ikel għal żagħżugħ li ġie Malta tmien snin ilu fuq id-dgħajsa, għadda minn ħafna diffikultajiet, imma issa qed isegwi kors l-MCAST biex itejjeb il-futur tiegħu. J’Alla din is-sena iddewwaqna b’mod ħaj il-ħniena tal-Mulej magħna biex inkunu nistgħu nuru din l-istess ħniena mal-proxxmu tagħna. 15

IN





Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.