2 minute read

Programmi tat-Tnejn

Għat-Tfal

Qari għat-tfal – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-18:45 fuq TVM2 Il-Misteru tan-nannu Ton – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-18:50 fuq TVM2 Xplaħħ mal-ħajt – Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-19:15 fuq TVM2 Puffle Town - Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-19:30 fuq TVM2 Andy’s Dinasour adventures - Mit-Tnejn salĠimgħa fit-19:45 fuq TVM2

Advertisement

Quddies

TVM 2 Kuljum fid-9:30, Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-17:30, Is-Sibt u l-Ħadd fis-18:30

ONE Kuljum fit-8:00

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa - 15:30, Il-Ħadd fl-10:30

Aħbarijiet

TVM Kuljum 12:00 / 16:00 / 20:00 / 22:00 Aħbarijiet bis-sinjali 18:00

ONE Kuljum 06:30 / 07:30 / 12:30 / 15:30 / 19:30 / 23:30

NET Kuljum 07:00 / 12:00 / 15:00 / 18:00 / 19:30 / 21:55 / 23:00

Aħbarijiet bl-Ingliż 17:45

Nhar ta’ Tnejn

Valletta : ilwien ta’ Belt - fis-18:45 fuq ONE Valletta u dak kollu li jaqla’ l-baħar. Kummerċ, ħolm, traġedji, messaġġi, tifkiriet, assedji, u divertiment. Il-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa; mill-emigranti sal-immigranti; mill-għaqda għall-firda; il-baħar u ċ-ċelebrazzjoni talbniedem.

Umani - fis-19:20 fuq TVM Maria Muscat ta’ kull ġimgħa tlaqqagħna ma’ umani distinti li jkollhom storja tad-deheb. F’wieħed mill-programmi laqqgħatna ma’ Martina Fenech ta’ 22 sena. Martina batiet ħafna sa minn ċkunitha. Meta kellha biss 3 snin, ommha mardet bil-kanċer. Meta kellha 15-il sena, ommha mietet, u ftit tax-xhur wara, Martina jsibulha tumur f’għajnejha. Tilfet ukoll lill-għarus tagħha Jerome minħabba l-kanċer. Minkejja l-battalja kontinwa tagħha xejn ma jżomm lil Martina milli tkun pożittiva u tgħix ħajjitha bl-aħjar mod possibbli u tgħin lil ħaddieħor fosthom lil Puttinu. NET

Gadgets - fid-21:00 fuq TVM Programm iddedikat lit-teknoloġija iżda li jinteressa lil kulħadd! F’wieħed mill-programmi rajna lill-preżentatriċi Martina Zammit tmur id-dar ta’ Valentina Rossi apposta sabiex tuża t-toilet tagħha! Imma x’għandu speċjali dan l-imbierek toilet? Dan hu l-baby ta’ Valentina, toilet li jiffrankalha milli tuża toilet paper! Dan il-famuż toilet xħin tlesti mill-bżonnijiet tiegħek jispara l-ilma bis-saħħa ta’ remote biex jimsaħlek il-warrani. Trid tara wiċċ Martina kif għamel xħin Valentina bdiet turiha kif tużah!

Bandiera Kaħla - fl-21:45 fuq TVM Jagħti ħarsa mill-qrib lejn kif jiġu ddikjarati bajjiet bħala Blue Flag . F’wieħed mill-programmi rajna kif ‘Il-Ponta talQawra’ ġiet iddikjarata bħala bandiera kaħla sitt snin ilu. Pauline mill-MTA tkellmet għaliex din il-bajja għandha dan il-preġju. Pauline qalet li waħda mill-affarijiet importanti hi l-aċċessibiltà għall-kosta. F’din il-bajja minkejja li hemm ħafna blat, l-MTA għamlet mezz biex tkun aċċessibbli għallpubbliku.

Moda l-Istorja - fl-22:00 fuq ONE Moda – l-Istorja se jeħodna lura għall-istorja tal-ilbies f’Malta, fejn se naraw tipi differenti ta’ lbies li kienu jilbsu l-Maltin. Apparti li se jkunu qed juruna l-moda tal-familji sinjuri, se jħarsu wkoll lejn l-ilbies popolari li l-bqija tassoċjetà Maltija kienet tilbes. Din is-sensiela hija miktuba u rriċerkata minn Caroline Tonna. Il-produzzjoni hija ta’ Sharp Shoot Media Ltd., b’kollaborazzjoni ma’ Arts Council Malta u Kultura TV.

This article is from: