13 minute read

Drama u Programmi Barranin

Ipokriti - Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-12:15 fuq TVM

Simpatiċi - Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-12:15 fuq NET

Advertisement

Sorelle - Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-13:15 u fis-14:00 fuq TVM2 Iċ-Ċaqqufa - Mit-Tnejn sal-Ħamis fit-14:45 u fl-16:05 fuq TVM

Division 7 - Mit-Tnejn sal-Ħadd fl-22:15 fuq ONE

It-Tielet Staġun: Dejjem Tiegħek Becky - Is-Sibt fl-10:15 u l-Ħadd fl-09:45 fuq NET

Għall-Paċi u l-Mistrieħ – Is-Sibt u Ħadd fis-13:05 fuq NET

L-Għarusa

It-Tlieta fid-21:00 u fl-22:05 fuq TVM (Episodji 8 – 11) Bettina tisma’ lil Carlotta u Arturo jitkellmu fuq l-ittra li kienet ser tintbagħat. Bettina titlob favur mingħand Bert minħabba proprjetà għall-ħabiba tagħha. Emilda taffaċċja lil Nena dwar ir-ritratt u titlobha deskrizzjoni assoluta tal-ħajja qabel daħlu fil-palazz. Abela jkompli fuq li kien Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-13:00 fuq Melita More jiskopri lil min laqat jibqa’ mbellah. Kien għalhekk li Abe ser J.J. spiċċa biex spara fuq ibnu Theo. F’dawn l-episodji jara lil ibnu. Iżda ma jgħaddix wisq żmien li Abe tiftiehem ma’ Hope biex tkeċċi lil J.J. mix-xogħol. Lejn l-aħħar BEAUTIFUL - Staġun 29 - 8118 - 8130

diġà beda Fenech Lauri u jerġa’ jkellem lit-tifla. Il-ħbiberija minn żminijiet diffiċli. Ser naraw ukoll li Wyatt ser jagħmel deċiżjoni importanti f’ħajtu. I Simpson - Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-13:40 fuq Italia 1

bejn Karm u Flemenia tkompli tinbet ħelu u jsib wens filkumpanija ta’ Flemenia.

F’Ġieħ l-Imħabba

L-Erbgħa fid-21:00 u fl-22:05 fuq TVM (Episodji 9 – 12) Laura fetħet qalbha ma’ Ġużi… x’qaltilha dwar Emilio u Erminja? Elena x’qaltlu lil Salvatore fuq Karla? Elena staqsiet mistoqsija lil missierha… għaliex ħasditu? Għaliex Ġużeppe kien irrabjat ħafna għad-domandi li għamlitlu? Berto baqa’ fil-maħżen biex jibqa’ jaħdem… min daħal hemm ukoll u x’għamel hu? Emilja u Laura kienu qed jitkellmu flimkien… x’mar jagħmel Berto? Għaliex Emilio inkwetat?

Tfal Jiġu bil-Vapuri – Il-Ħamis fl-22:05 fuq NET

Gizelle - Kull nhar ta’ Sibt fit-8:30pm fuq ONE

Barranin

You Me and Them Is-Sibt fid-21:00 fuq TVM

Home Is-Sibt fid-21:30 fuq TVM

Repetizzjonijiet ta’ Michael McIntyre Big Show Is-Sibt fl-22:05 fuq TVM

Repetizzjonijiet ta’ Penn and Teller Fool Us IlDays Of Our Lives - (Staġun 53 - Ep 35 – 55) Rafe u Same jiskopru aħbar xokkanti fuq Will. Meta Paul jgħid lil Sonny sigriet fuq ħajtu xi ħadd jispara u jkun hemm traġedja. Kien J.J. il-moħħ wara l-isparatura fejn xħin tirċievi aħbar kerha ħafna. J.J. kien laqat lil ibnu stess u Abe ser tagħtih ħasla kif imiss. Hope ser tieħu l-pistola ta’ J.J. wara l-aċċident li ħoloq. L-isparatura tibqa’ tħalli l-effett tagħha fuq Salem. Lani jipprova jfiehem lil Abe għaliex ser naraw lil J.J. jipprova jidħol bil-moħbi l-isptar biex tax-xahar ser naraw kif jibqa’ J.J. bir-riżultat li ħareġ millinvestigazzjoni. Iżda Abe ser taħfirlu lil J.J.?

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-13:41 fuq Canale 5 Brooke ser tgħid lil Bill fuq il-biża’ li qed tħoss meta tara lil Thomas filwaqt li jitkellmu fuq il-passat tagħha. Ir-relazzjoni ta’ Brooke u Ridge tiġi ttestjata meta jindunaw bil-marda terminali. Pam ser tagħti ħjiel lil Brooke fuq x’ġara qabel it-traġedja.

Episodji diffiċli ser inkunu qed naraw f’Awwissu hekk kif Steffy u Hope ser isibu faraġ f’xulxin għax ikunu għaddejjin

Wyatt u Flo ser ikunu qed jerġgħu jippruvaw ir-relazzjoni tagħhom u jagħtu t-tieni ċans lil xulxin filwaqt li jiċċelebraw li issa ser imorru jgħixu ġo dar għalihom. Wara li Thomas ta d-droga lil Liam, dan jieħu vantaġġ fuq Hope. Liam iqum u jiftakar fl-azzjonijiet tiegħu. Iżda x’pass mistenni li jieħu?

Looney Tunes Show - Kull nhar ta’ Ħadd fit-8:00 fuq Italia 1 I Flintstones - Kull nhar ta’ Ħadd fid-8:50 fuq Italia 1 Ġimgħa fid-21:15 fuq TVM

Jekk int produttur u tixtieq li jkollok il-programm imniżżel hawn tista’ tibgħat email fuq info@gwida.mt

Ritratt: Clint Gerald Photography ABIGAIL U CARLOS

Mill-ħasda tal-pandemija, għall-programmi u opportunitajiet ġodda!

Covid-19 kien xokk kbir għal Carlos u Abigail għax iffriżatilhom il-kumpanija. Ma setgħux ilaqqgħu l-kru, jiffilmjaw u jkomplu bir-rutina tagħhom. Affettwa lil kulħadd imma l-artisti ħadu daqqa kbira. Madanakollu dawn it-tnejn sabu x-xoqqa f’moxta u fiż-żmien fejn kulħadd baqa’ ġewwa, bdew joħorġu ħafna ideat minn moħħhom. Għalhekk tkellimna magħhom biex niskopru x’għamlu!

Il-pandemija ma waqqfitkomx. X’qgħadtu tagħmlu?

Carlos: Minħabba li ma stajniex nagħmlu xogħolna, niġġeneraw introjtu jew naħdmu, għamilna l-unika ħaġa li stajna nagħmlu. Qgħadna bilqiegħda u bdejna noħolqu proġetti ġodda.

Abigail: Għamilna revamp kbira tal-kumpanija. Kellna bżonn nagħmluha, anke għax dan huwa punt kruċjali għat-Take Two. Biddilna l-emblema, għamilna sit ġdida, showreel ġdid u nedejna kollox f’Lulju. Huwa punt importanti f’ħajjitna għax bħalissa qegħdin bilmod il-mod nimxu lejn is-suq internazzjonali. Dan hu l-pass li jmiss għalina.

Għaliex għamiltu kollox ġdid?

Carlos: Aħna ma nafux nieqfu u dik il-problema tagħna. Għalija personali l-kwarantina kienet, minn naħa problematika għax bdejna ninkwetaw fejn ser tmur il-kumpanija, min-naħa oħra ġegħlitna bilfors nistrieħu u vera straħna. Għall-ewwel ma kontx naf x’ser naqbad nagħmel bija nnifsi, imbagħad minn hemm bdejna naraw x’ser nagħmlu.

Abigail: Għandna tim żagħżugħ, b’enerġija ġdida, b’viżwal u ideat ġodda. Bħala kumpanija dejjem

“Għall-ewwel ma kontx naf x’ser naqbad nagħmel bija nnifsi...” Carlos

miftuħin biex naħdmu ma’ nies ġodda. Bil-workshops niskopru ħafna talenti u nistiednu lil kulħadd biex jaħdem magħna u jagħti kontribut bl-ideat.

Take Two ilha 12-il sena u taf il-bidu tagħha millEvanġelisti...

Carlos: Fl-2008, l-ewwel ħaġa li għamilna kienet dik id-drama. Minn dak iż-żmien ma waqafniex. Meta bniedem ma jiqafx ma jistax imur lura u jħares madwaru. Il-Covid ġegħlitna nagħmlu dik. Minn hemm seħħ dan ir-rebranding. Dawn it-12-il sena kienu qishom żewġ ħajjiet.

Abigail: Aħna u nippreparaw għat-tnedija, irrealizzajna kemm ħdimna ma’ nies, kemm ħdimna ma’ klijenti, u tħossok grat. Ħdimna ma’ atturi, ma’ producers li issa qed jagħmlu drama u affarijiet għalihom... Mingħajr ma trid tħossok kuntent għax tiftakar f’kemm kellna relazzjonijet tajbin matul it-triq tagħna.

Carlos, qabel iltqajt ma’ Abigail ma kontx tara televiżjoni lokali. Kif ħajritek tibda?

Carlos: Jien ġejt avviċinat minn Abigail għax kienet qed tikteb serje ma’ Evelyn u Rachel. Bħala stil ta’ kitba, kellhom bżonn moħħ maskili. Dan seħħ qabel Gizelle fejn kienu qed jiktbu kummiedja flimkien. Abigail kienet tafni permezz ta’ missierha għax kont nirreċta ma’ Salvu f’Anġli.

Abigail: Meta konna qed niktbu indunajna li kien hemm wisq affezzjonijiet femminili, ħafna stejjer ta’ mħabba, ġuvintur u romantiċiżmu. Imbagħad meta daħħalna lil Carlos beda dieħel element ta’ gangster, sparar... Carlos xtaq isir suldat u xorta rnexxielu. Jekk tara Gizelle, fil-fatt, tibda ħafna mħabba; Gail tħobb lil Oliver, tinduna li hemm ħafna kitba femminili. Meta bdejna l-produzzjoni u ma konniex stajna nlaħħqu l-iskript waqa’ f’idejn Carlos. Minn hemm bdew deħlin l-isnieter, karozzi, Forzi Armati, etċ..

Carlos: Konna entużjasti ħafna fi żmien Gizelle. Konna għadna żgħar, kellna enerġija li nippruvaw kollox. B’Gizelle rnexxielna nagħmlu xi ħaġa li taffaxxinani.

Qed nerġa’ nara r-ripetizzjonijiet fuq One wara 15-il sena u ngħid kemm konna mġienen.

Carlos, apparti drama ktibt kummiedja. Kif tqis lilek innifsek?

Carlos: Jien inqis lili nnifsi bħala kittieb. Ħallili laptop, itmagħni u nsini. L-aktar diffiċli kienet bla dubju l-kummiedja, għax ikollok punchline kull żewġ linji, xi ħaġa li mhux faċli.

Abigail: Meta nkellmu n-nies jaħsbu li l-atturi jivvintaw l-iskript waqt il-ġbid. Veru jivvintaw u aħna ninkuraġġuhom biex jagħmlu dan, imma biex tibni qafas trid ħafna ħin. Li għandna tajjeb f’Min Imissu hu li għandna tim ta’ kittieba. Il-kummiedja teħilbek jekk tikteb episodju wara episodju. Barra minn Malta biss biss ikun hemm kamra tal-kittieba, 15-il persuna ma’ mejda u kulħadd jgħid iċ-ċajt u jagħżlu ta’ min tkun l-aħjar. Malta m’għandniex dak it-tip ta’ fondi biex tagħmel dan. Imma rnexxielna ngħaqqdu kamra talkittieba żgħira b’ħames min-nies u nidħqu ħafna.

Min Imissu ser ikompli minn Ottubru u ser naraw xi ħaġa ġdida kompletament. X’tistgħu tiżvelaw?

Abigail: Hemm atturi u karattri ġodda. Fi żmien ilpandemija konna qed intellgħu u nniżżlu jekk hux ser jirnexxilna nagħmluh jew le. Filgħodu konna ngħidu li ser nagħmluh u filgħaxija nwaqqfuh.

Carlos: Konna naraw il-bulettin mediku ta’ Charmaine Gauci u nċemplu lil xulxin. Meta kienu jgħidu li sabu ħafna każijiet konna ngħidu li mhux ħa jsir, meta bdew jonqsu bdejna nieħdu r-ruħ u ngħidu li ser isir.

Marija s-Sabiħa

Abigail: Min Imissu tant hu b’saħħtu li kull fejn immorru kulħadd iħeġġiġna biex nagħmluh. Naħseb li hemm bżonn programm bħalu biex nidħqu ftit u nieħdu gost. Din is-sena hemm tliet atturi ġodda fosthom Claire li għamlet il-parti ta’ Merjen. Konna ser indaħħluha fl-istaġun li għadda, iżda ddeċidejna li jekk ser tagħmel Merjen u tagħmel Min Imissu, ħadd ma jeħodha bis-serjetà. Fl-anteprima ser insiru nafu xi ħaġa vera importanti fuq il-ħajja passata tal-Lajf. Għandu sigrieti fil-passat li lanqas hu stess ma kien jafhom u ħa joħroġhom kollha qabel jibda l-programm.

Semmejna d-drama Merjen li bħalissa qed jagħmel ħafna suċċess barra minn xtutna. Kif tiddeskrivu dan?

Abigail: L-ewwel morna b’Limestone Cowboy barra minn Malta u deher f’ħafna festivals u n-nies għoġobhom. Miraklu ta’ Ħal Saflieni, intgħażel minn ħafna serje madwar l-Ewropa kollha biex jintwera waqt festival prestiġġjuż ġo Franza. Dan hu l-aktar festival prestiġġjuż ta’ serje televiżivi fl-Ewropa. Trid tarahom in-nies barranin jimitaw il-karattru tal-Paps (Ludwig Farrugia) u kienet xi ħaġa memorabbli.

Carlos: Dawn kienu nies tal-industrija. Atturi, produtturi stabiliti u jiġu fuqek u jifirħulek. Meta filgħaxija tmur tara x’għamlu tibqa’ mistagħġeb bil-proġetti ta’ miljuni li jkunu produċew.

Abigail: Minn hemm ġibna kuntratt ma’ aġent li bħalissa qed jibnu pakkett biex juru l-prodotti tagħna fuq stazzjonijiet barranin. Merjen, li għadu kemm ħareġ, bdejna l-proċess fuqu sabiex jidher barra wkoll. Dan hu proċess twil u sabiħ li forsi għad iwassalna għal barra minn xtutna. Nemmen li dak hu l-pass li jmiss għal Malta. Ma nistgħux nibqgħu nagħmlu l-affarijiet għal Malta biss, għax inkella nibqgħu staġnati b’budgets żgħar. Talent hawn ħafna li tajjeb nesponuh.

Bħalissa qed tiktbu thriller. X’tistgħu tgħidulna fuqu?

Carlos: Iva, bħalissa qed niktbu serje thiller. Jien jogħġbuni ħafna dawn it-tip ta’ films. Dak l-element li tbeżża’. L-aktar li ħadt gost nikteb kienu Evanġelisti u Gizelle.

Abigail: Konna nqumu waqt il-pandemija fis-sitta ta’ filgħodu biex nipplottjaw dan it-thriller. Il-pjan hu li ser naħdmu b’atturi Maltin. Għal din id-drama nixtiequ nġibu attriċi stabilita minn barra minn Malta biex tagħmel waħda millirwoli prinċipali. Ser ikun film kollu bl-Ingliż. Bħala Maltin nitkellmu bl-Ingliż u mhux daqshekk problema. Fuq Netflix tara ħafna bħalissa atturi jitkellmu bl-Ingliż b’aċċent tal-pajjiż tagħhom. Xi ħaġa li għall-utenti ta’ Netflix hija drawwa. Kemm għall-kru, kif ukoll għall-atturi ser ikun proġett interessanti u ta’ sfida. L-istorja vera tajba u żżommok fuq ix-xwiek.

Għandkom xi karattru favorit tagħkom milli ktibtu?

Abigail: Kieku kelli nagħżel, naħseb nagħżel is-Simba u Samantha mill-Evanġelisti. Dejjem kelli l-ħolma li nkomplu l-istorja tagħhom u nagħmlu film. Forsi x’ġara wara l-Evanġelisti. Din il-koppja vera kienet għal qalbi.

Carlos: Jien jogħġobni ħafna l-karattru ta’ Laccharini, ilqassis f’Miraklu. Dejjem xtaqt noħloq qassis li hu politiku u li juża l-Knisja għall-iskopijiet tiegħu. Dan kien politiku b’libsa ta’ qassis u vera ħadt gost nikteb. Kull meta Abigail kienet taqtagħli x-xeni ta’ Laccharini dejjem kien joħroġli d-dmugħ.

“Kif nara t-tifla tiegħi titratta lili ngħid dan eżatt ilkarattru li ktibt lil Kristina.” Carlos

Abigail: Aħna nipplottjaw flimkien u jien kont ngħidlu li din ix-xena kellha tiġi tliet faċċati u jibgħatli sitt faċċati miktubin. Kien għalhekk li jkollna naqtgħu mill-iskript u hemmhekk jibda l-ġlied. Jipprova jikkonvinċini li qiegħed tajjeb imma miegħu kont inkun stretta u nqaċċat il-linji li ma jkunx hemm bżonn.

Carlos: Jogħġobni wkoll il-Paps minn Miraklu ta’ Ħal Saflieni. Mill-karattri l-antiki jogħġobni Massimo talEvanġelisti. Kien jinterpreta l-parti Mark Mifsud. Mark kellu jmur il-gym biex jinbena imma m’għamilhiex. Mar biss darbtejn u qata’ qalbu. Hemm ukoll Kristina ta’ Gizelle. Kristina llum il-ġurnata naraha fit-tifla tiegħi. Kif nara t-tifla tiegħi titratta lili ngħid dan eżatt il-karattru li ktibt lil Kristina. Dak iż-żmien it-tifla kienet għadha tarbija.

Abigail: Kristina kienet iddawwar lil missierha fuq isswaba’ ta’ idejha. Mur għidlu li 12-il sena wara kellu jkollu t-tifla tiegħu bl-istess karattru.

Carlos: Inħobbha, illum il-ġurnata għandha 18-il sena. Prattikament kibret fuq is-set magħna.

Omm Carlos qiegħda f’parti minn tim li qed jiktbu Triq is-Sebgħa. Proġett ġdid li ser tibdewh minn Ottubru fuq One. X’tgħidulna fuq dan il-proġett?

Carlos: Kellna workshop tal-kittieba u l-klassi nqassmet fi gruppi. Kull grupp kiteb fih u ħriġna seba’ films. Il-mamà tiegħi kienet fil-workshop għax jinteressawha dawn l-affarijiet u kitbet wieħed mill-films. Ser nibdew niffilmjaw f’Ottubru jekk il-Covid jippermetti.

Abigail: Dawn ser ikunu 15-il minuta kull wieħed imma kollha bi stil differenti. Hemm thriller, kummiedja, romantiċiżmu, etċ. Kull film jitratta dnub mejjet imma bi stil differenti kull ġimgħa. Imbagħad ser ngħaqqdu l-istejjer flimkien u ser nagħmlu film wieħed sħiħ li jkun jismu Triq is-Sebgħa.

Nawguraw lil Carlos u Abigail għall-ħidma tagħhom. Ħerqanin biex naraw il-protagonisti ġodda ta’ Min Imissu, kif ser jiżvolġu l-episodji ta’ Triq is-Sebgħa, ir-riżultat tal-film thriller u fuq kollox il-kisbiet internazzjonali li qed jistennew.

VIZZJU? LE GRAZZI! Vizzju, abbuż jew dipendenza? M’intix ċert jew taħseb li xi ħadd li taf qed jinqabad f’din ix-xibka?

Użu, abbuż jew dipendenza. X’inhi d-differenza bejniethom it-tlieta, f’kuntest ta’ teħid ta’ sustanzi? Ovvjament mhux kull min juża alkoħol jew sustanzi oħrajn, anke illeċiti, għandu jew se jkollu problema ta’ vizzju. B’danakollu, kull min għandu problema ta’ vizzju xi darba beda b’użu sempliċi. Użu huwa kull tip ta’ konsum ta’ alkoħol jew sustanzi oħrajn. Xi ħaġa komuni bħal flixkun birra mal-ħbieb jew tazza nbid mal-ikel huwa eżempju ta’ użu. Abbuż min-naħa l-oħra, jindika illi l-persuna qed tkompli tuża minkejja li s-sustanza qed tkun il-kaġun ta’ problemi, b’xi mod jew ieħor, fil-ħajja tal-individwu. Rigward drogi illeċiti f’kuntest ta’ liġi, kull tip professjonisti jiltaqgħu magħhom, jisimgħu l-istorja tagħhom tagħhom, jagħmlu pjan u jakkumpanjawhom tul il-vjaġġ bi

ta’ użu jsarraf f’abbuż għar-raġuni li meta jittieħdu dejjem qed tinkiser il-liġi.

Eventwalment, jekk persuna tasal fi stat fejn ma jirnexxilhiex tiffunzjona mingħajr is-sustanza, ifisser illi l-problema żviluppat f’dipendenza u x’aktarx, il-persuna se jkollha bżonn għajnuna professjonali jekk tiddeċiedi li trid tieqaf.

Kuljum, madwar 800 persuna madwar l-Ewropa, jitilfu ħajjithom kaġun ta’ abbuż jew użu eċċessiv ta’ alkoħol. Min-naħa l-oħra, ’il fuq minn 360 miljun persuna, f’età ta’ bejn il-15 u l-64 sena wżaw droga illeċita fl-2014. Numru li jirrappreżenta żieda ta’ 24 miljun mill-1990. X’aktarx illi din iċ-ċifra żdiedet fis-snin ta’ wara sal-ġurnata tal-lum. F’dan il-kuntest, tajjeb li ma naħarbux ir-realtà marbuta ma’ abbuż ta’mediċini, primarjament psikotropiċi. Fl-Amerika, mediċini ta’ din ix-xorta jinsabu fil-quċċata tal-lista ta’ sustanzi l-iżjed abbużati minn żgħażagħ ta’ bejn l-14 u l-20 sena. Qabilhom Vizzji oħrajn li ma jinvolvux sustanzi, ukoll qed joktru filpopolarità f’pajjiżna. Il-logħob tal-azzard sar il-pjaga ta’ għadd sostanzjali ta’ familji Maltin. Saħansitra jeżistu każijiet fejn il-vittma litteralment tispiċċa tilgħab iċ-ċwievet tal-karozza u titlef l-istess karozza wara li jkunu spiċċaw u ntilfu l-flus li oriġinarjament kellhom skop li jsostnu l-familja tal-individwu għax-xahar li jkun ġej. Minkejja li m’hemmx teħid ta’ sustanzi, vizzji bħal dawn, xorta waħda jaħkmu lill-persuna u jġorru magħhom konsegwenzi kbar fuq dawk involuti u l-familji tagħhom.

Madwar 50 persuna fix-xahar imorru l-Aġenzija Sedqa biex ifittxu għajnuna għal problemi f’kuntest ta’ vizzji. Ilu jifhmu li kienu vittmi ta’ sitwazzjoni partikolari. Jifhmu li huma umani u li fil-mument għandhom bżonn l-għajnuna għax mhumiex komdi bis-sitwazzjoni li spiċċaw fiha. Flimkien magħhom u fejn hu addattat u possibbli anke mal-familja hemm biss l-alkoħol u l-marijuana.

skop li finalment jinħelsu mill-morsa tal-vizzju. Pjan li jinvolvi appoġġ f’kontinwità, laqgħat ta’ terapija, attenzjoni medika u fejn meħtieġ anke programm ta’ riabilitazzjoni.

Ċempel 2388 5110 jew mur l-Aġenzija Sedqa li tinsab fi 2/3, Triq Braille, Santa Venera. Iwegħduk li dak kollu li se taqsam mal-professjonisti ta’ Sedqa, jibqa’ magħhom biss.

Jistennew mingħandek.

This article is from: