1 minute read

Programmi tal-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt

Nhar ta’ Ħamis

Dine or Dishes - fis-18:15 fuq TVM Bi preżentazzjoni ta’ Manuel Aquilina, il-kok Neil flimkien mal-kok Aaron se jkunu qed iħejju riċetti ma’ 2 kontestanti. Dan il-programm li beda f’Ottubru li għadda ser ikompli jagħtina l-aqwa riċetti minn dawn il-kokijiet eċċellenti!

Advertisement

X’Sar Minnhom – fis-19:20 fuq TVM X’sar minnhom? huwa programm li se jkollu mistiedna personaġġi magħrufa Maltin li n-nies isaqsu dwarhom. Kienu bosta personaġġi li għamlu isem għax-xena televiżiva, radju fost oħrajn. Dawn il-personaġġi ser jidhru f’dan ilprogramm. F’ X’sar minnhom? se nkunu qed naraw stampa li mhux soltu naraw. Dan għaliex l-intervisti se jkunu qed isiru f’postijiet diversi madwar Malta.

Xtra Sajf - fid-21:00 fuq TVM

Pirotekniċi – fid-21:15 fuq ONE

Tertuqa - fl-22:05 fuq TVM

Nhar ta’ Ġimgħa

X’Kien Ġara Tassew - fis-14:00 fuq TVM L-għan ta’ dan il-programm hu li jinvestiga siti popolari u jagħtina informazzjoni fuq l-istorja tal-gżejjer Maltin. Dan il-programm jinkludi tagħrif akkademiku minn riċerkaturi u opinjonisti fuq siti storiċi.

Personaġġi - fil-17:20 fuq TVM Personaġġi jerġa’ jirritorna sabiex jitfa’ dawl fuq il-ħajja ta’ personalitajiet Maltin u Għawdxin li jimmeritaw ilħarsa tagħna mill-kamp artistiku għal dak sportiv, minn dak politiku għal dak umanitarju. Il-personaġġi, li Joseph Chetcuti jintervista b’tant abbiltà, huma mhux biss interessanti, iżda wkoll ta’ min jammirahom. Personaġġi, taħt id-direzzjoni ta’ Blend Productions, b’Marley Lagana bħala direttur u Joseph Chetcuti bħala produttur u preżentatur.

Vitalità - fis-18:15 fuq TVM Programm prodott mill-Kunsill Malti tal-Volontarjat dwar temi ta’ saħħa, l-anzjani, arti, ambjent, kura tal-annimali u żgħażagħ.

X’hemm moħbi - fis-18:45 fuq TVM Il-kurżità hija l-fattur ewlieni li ser iżżomm lill-udjenza fil-mistennija għal dan il-programm. “X’ser naraw din ilġimgħa li ma nafux bih/biha?” hija l-mistoqsija li wieħed ser jistaqsi. Programm li jiġbor fih aneddoti u stejjer li huma ddokumentati jew intirtu bil-fomm minn ġenerazzjoni għal oħra.

Popcorn - fl-22:00 fuq ONE

Nhar ta’ Sibt

Summer Life & Style fil-17:00 fuq NET Il-programm Summer Life & Style ppreżentat minn Lea Hogg huwa programm ta’ divertiment b’intervisti ma’ personaġġi Maltin. Il-programm isir mit-tlett ibliet u jitratta l-istil Malti tal-ħajja sajfija.

Mill-festa fit-20:15 fuq ONE ONE bi programmi relatati mal-festi fil-gżejjer Maltin. Fil-programm rajna diversi festi minn lokalitajiet differenti fosthom tal-Fgura. Bi Produzzjoni ta’ Etienne Schembri, Aaron Zahra u Brian Bonnici għall-istazzjon ONE, ilpreżentaturi se jkunu qed jiltaqgħu ma’ nies u għaqdiet involuti fl-armar u l-organizzazzjoni tal-festa.

This article is from: