3 minute read
Kompetizzjoni oroskopju
from GWIDA August 2020
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Advertisement
Dan iż-żmien ser tħoss li kollox ġej bil-kontra. Forsi qed tippretendi ċertu attenzjoni iżda m’intix tirċeviha. Xorta waħda kompli għaddej f’dak li tixtieq int; inti persuna mimlija b’ħafna enerġija, pożittiva u m’għandekx taqta’ qalbek għal dak li riesaq lejk. Dan kollu ser jgħinek tikber. Namaste.
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Trid tibda tħares aktar fil-fond, jekk trid tibqa’ miexi bir-ritmu li qbadt, allura agħraf aktar dak li int qed tħoss ġewwa fik. Ma tistax tibqa’ għaddej u togħġob lil kulħadd. Ovvjament huwa tajjeb li żżomm bilanċ f’dak li twettaq. Namaste.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Se tkun sodisfatt għax fl-aħħar, aħbar li tant ilek tistenna waslet! Din ser iġġib magħha bidla li int suppost imħejji sew għaliha! Kemm għall-karriera tiegħek u kemm fil-ħajja personali tiegħek. Il-fatt huwa li issa int tista’ tippjana aħjar u tħares ’il quddiem. Namaste.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodjaku Taurus ser jgħinek tagħraf aktar l-imġiba tiegħek. Int m’intix tinduna li dawk ta’ madwarek qegħdin iħossu li nbdilt. Jista’ jkun minħabba l-fatt li żdiedet ċertu pressjoni jew responsabbiltà li kibret madwarek. Għalhekk agħraf dan u rrifletti! Namaste.
Gemini mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Dan ix-xahar ser tinduna li trid tagħraf toffri dak li int verament taf. Dan huwa l-mument fejn int trid turi l-ħiliet u l-kapaċitajiet kollha tiegħek. Minn hawn ’il quddiem il-karriera tiegħek sejra tieħu xejra ġdida. Dan se jgħinek tagħraf aktar ilħiliet tiegħek u kif tista’ tikber fil-pożizzjoni tiegħek. Namaste.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodjaku Cancer ser jgħinek tħares aktar ’il quddiem. Hemm bżonn tagħmel sforz qawwi sabiex il-passat ikun ktieb magħluq. Bil-mod taqbad il-pass sabiex tkattar dak li riesaq lejk u ssaħħaħ aktar il-pożittiv tiegħek li tant huwa bżonjuż! Irrifletti fuq il-preżent. Namaste.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Wasal il-mument li tagħmel eżami tal-kuxjenza sabiex tagħraf aħjar x’inhuma l-aktar affarijiet importanti għalik. Issa huwa dak il-mument li trid tagħraf il-pass li trid twettaq; toqgħodx tibża’ minn ċertu bidliet. Dawn ser ikunu għall-benefiċċju u sodisfazzjon tiegħek. Namaste.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Se tinduna aktar minn qatt qabel dak li int qed tesperjenza madwarek u dak li huwa importanti għalik. Agħraf issib lilek innifsek sabiex tkompli tissaħħaħ għal dak li riesaq lejk. Minħabba din il-bidla, il-ħolma li dejjem kellek ser tkun tista’ takkwistaha! Namaste.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Se tagħraf aktar kif tista’ tkabbar iċ-ċirku tiegħek u ta’ madwarek. Dan ser ikun possibbli minħabba l-opportunitajiet li hemm resqin lejk. Int ma tistax tibqa’ tgħix fil-passat, anzi ser tuża dak iż-żmien bħala għodda sabiex timxi b’aktar determinazzjoni. Namaste.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
Se tifhem x’inhi dik il-qawwa ta’ ġo fik li qed tħoss. Qawwa li ser tgħinek twettaq dak li tixtieq. Wasal il-mument li ssib għajnuna ta’ gwida sabiex tagħraf tkattar dak li qed tħoss ġo fik. Namaste.
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Se tagħraf li issa hu l-mument li twettaq id-deċiżjoni li ilek taħseb dwarha. Issa hu l-mument li tagħti l-enerġija li hemm bżonn fuq dan il-proġett. Ser tħossok ftit eċitat int u tagħmel dan, għalhekk ħejji lilek innifsek tajjeb għall-pass li ilek tant taħseb dwaru. Namaste.
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Wasal il-mument għall-bidla kbira għalik. Dan ser ikun ifisser bidla kbira għalik f’direzzjoni ġdida. Agħraf b’mod għaqli t-twemmin tiegħek sabiex dan l-avvanz li se twettaq ikun wieħed mistħoqq. Irrifletti qabel tiddeċiedi. Namaste.
KOMPETIZZJONI OROSKOPJU MINN PAULJON Taħt liema element jaqa’ ż-żodjaku ta’ Leo? o Ilma o Nar o Arja
Isem u Kunjom: ______________________________________________________________________
Indirizz: _____________________________________________________________________________
Mobile Number: ______________________ Ibgħat it-tweġiba tiegħek b'dan il-kupun lil PaulJon Kompetizzjoni Oroskopju, PO BOX 27, PAOLA sas-17 ta’ Awwissu 2020. l-ewwel tweġiba li nirċievu korretta tirbaħ il-kalendarju żodjaku u tiġi mħabbra fl-artiklu li jmiss. Namaste