5 minute read

Kemm hi tal-moda d-dar tiegħek?

Iż-żminijiet jinbidlu u l-bidliet iġibu magħhom gosti differenti. Tkellimna mad-disinjatur tad-djar Chris Carabott li qasam magħna ftit sigrieti tal-Maltin, huma u jiddisinjaw id-dar tagħhom. Il-pandemija tal-Covid għenet sabiex napprezzaw aktar id-dar tagħna, peress li qattajna ħafna ħin fiha. Kien f’dan iż-żmien li bosta persuni ddeċidew li jbiddlu u jirranġaw kmamar fid-dar li kienu ilhom jixtiequ jagħmlu. Kif jgħid il-Malti, ħadu x-xoqqa f’moxxtha. Chris qalilna li ħafna proġetti li kien qed jaħdem fuqhom qabel il-pandemija baqgħu għaddejjin, “Minħabba l-fatt li d-dar hi għal qalb il-Maltin, ħafna komplew birriċerki tagħhom inkluż li jiddisinjaw id-dar, biex xi darba, u kemm jista’ jkun malajr, din issir kif dejjem ħolmuha. Anzi nasal ngħid li wieħed kellu iżjed ċans u ħin fuq idejh biex jinvesti fid-dar, u ħafna għażlu li jagħmlu dan.”

X’inhuma l-aħħar trends għad-dar?

Advertisement

Chris jikkonfermalna li din is-sena jkompli jispikka t-trend li wieħed jinkorpora fid-dar tiegħu kuluri li wieħed isib fil-kampanja u n-natura, jiġifieri ‘earth tone colours’. Fost Minbarra l-għan estetiku tas-soft furnishings, dawn jistgħu

dawn il-kuluri nsibu l-kannella, il-griż, l-aħdar, l-isfar u l-oranġjo.

Apparti minn hekk, fl-2020 qed jispikka wkoll l-użu vast ta’ għamara fid-dar li tiffaċilita l-ħajja ta’ dak li jkun. Wieħed sar ukoll jinkludi iżjed pjanti bħala dekorazzjoni biex ikompli jsebbaħ id-dar. Din is-sena nsibu wkoll it-trend li wieħed idaħħal kemm lampi u fjakkoli fl-ispazju ta’ barra. Wieħed f’dawn iż-żminijiet

jista’ jkun ‘soft furnishings’ bħal twapet, ‘cushions’ u ‘throw overs’ biex ikomplu jagħtu sens ta’ ħajja fid-dar.

Kemm huma importanti s-soft furnishings? Is-soft furnishings li tagħżel jafu jsebbħu jew ikerrhu x’tip ta’ soft furnishings jagħżel. Illum il-ġurnata bis-saħħa ta’ siti onlajn u varjetà fis-suq hu vera faċli sabiex issib għamara addattata għalik, ta’ kwalità tajba, kif ukoll li tikkumplimenta l-istil li tixtieq qalbek.

Huma dawn is-soft furnishings li jagħtu d-dar sens ta’ post komdu u cosy, u jittrasformaw l-atmosfera minn sempliċi ‘post’ għal ‘dar’. Għall-għamara t-trend hu li wieħed juża earth tone colours. Is-soft furnishings qegħdin hemm biex iżewqu l-kamra bil-kuluri, biex il-kamra ma tkunx monotona.

Twapet u cushions f'varjetà ta' kuluri, purtieri u prints b'xi disinn huma wħud mill-aktar soft furnishings trends popolari. joffru sensazzjoni ta' ambjent komdu u lussuż. L-aktar fattur interessanti hu li huma staġjonali u jistgħu jinbidlu faċilment. Fis-sajf nistgħu mmorru għal kuluri ċari, filwaqt li fix-xitwa nistgħu mmorru għal lewn aktar skur.

Bilħaqq, x’tista tagħmel tal-moda dan is-sajf? Chris jagħtina parir li għas-sajf ikun sabiħ ħafna li wieħed jinkludi xi tip ta’ l-kamra, allura wieħed għandu joqgħod b’seba’ għajnejn

jista’ jinvesti wkoll f’għamara għal barra bħal tined (pergolas), xi umbrelel, sufanijiet u bbqs.

L-aqwa post biex tieħu nagħsa ħafifa!

Is-sufan fil-living room tkun tridu! Apparti għal xi nagħsa ħelwa waranofsinhar, is-sufan huwa post fejn tirrilassa. Investiment li għandu jservik għal diversi snin. Il-varjetà fis-sufanijiet hi kbira ħafna u anke f’Malta wieħed għandu xelta vasta ta’ tipi ta’ sufanijiet minn fejn jista’ jagħżel. Hawn sufanijiet ta’ kull daqs, stil, baġit u materjal; kollox biex jolqtu l-istil li tixtieq.

Meta tiġi biex tagħżel sufan, kun għaqli u kkonsidra kemm ser ikunu l-persuni li ser jużawh, kemm ser jużawh u għaliex ser iservi. Jekk għandek it-tfal, m’għandekx tmur għal jiġġeneraw. Fil-kuntratt għal 20 sena, għal kull unit li jkun

sufanijiet tad-drapp. L-istess jekk għandek il-pets, ma jkunx għaqli li tagħżel sufan tal-ġilda. Jekk beħsiebek tilqa’ n-nies id-dar m’għandekx spare bedroom, allura tkun idea tajba li s-sufan li tagħżel ikun sofa bed fejn il-mistednin ikunu jistgħu jorqdu.

Għandek kamra mdawla?

Id-dawl fil-kmamar hu importanti ħafna, speċjalment dak li nsejħulu dawl naturali. Fejn dan ma’ jkunx possibbli hu r-residenti tad-dar flimkien, bħall-kċina, il-kamra tal-ikel u

tajjeb li wieħed idaħħal dawl artifiċjali inkorporat filgypsum. Chris jispjegalna li l-gypsum, differenti minn dak li nsibu fid-djar mingħajru, jgħin biex minn punt wieħed, id-dawl jiġi mqassam b’mod ferm aħjar fid-dar u fl-istess ħin jagħti dehra sabiħa lis-soqfa tagħna.

Ħafna drabi d-dawl jingħata ftit importanza, iżda dan hu neċessarju, mhux biss għall-iskopjiet ta’ neċessità, imma banju prinċipali, ma jkunx ħażin li l-oħra tagħmilha b’mod

d-dawl joffri element dekorattiv u joħloq atmosfera sabiħa f' kwalunkwe kamra. L-użu ta' swiċċijiet bid-dimer joffri soluzzjoni ta' kif tista' taġġusta d-dawl skont l-okkażjoni li jkollok.

Fi stabbilimenti tad-dawl tista' ssib apparat li jgħaqqad iddawl kollu minn regolatur wieħed. B'dan ir-regolatur tista' tissettja d-dawl komdu għalik skont l-atmosfera li tixtieq toħloq. Eżempju jekk tkun qed tara film, tissettja d-dawl fuq dan ir-regolatur biex tagħmel l-inqas dawl possibbli, ħalli tkun tista' tammira l-kuluri sbieħ tat-television. Il-purtieri u blinds huma wkoll soluzzjoni għall-kwantità ta’ dawl li jidħol fil-kmamar. Iżda liema l-aħjar li tagħżel? L-interior designer jgħidilna li filwaqt li l-purtieri flimkien max-sheers huma għodda tajba ħafna biex wieħed inaqqas id-dawl fil-kamra, wieħed għandu inqas ċans li jikkontrolla l-ammont ta’ dawl li jidħol. Il-blinds min-naħa l-oħra joffru l-opportunità li wieħed ibiddel l-intensità tad-dawl kif jixtiequ hu. Però, hawnhekk jidħol ħafna l-importanza talistil li wieħed jixtieq imur għalih u jippreferi; purtieri bħal kull soft furnishing se jagħti sens iżjed ta’ warmth.

Qed taqla’ flus mid-dar?

Mhux qed nitkellmu għal meta tikri d-dar, iżda jekk għandekx pannelli! Il-pannelli huma sors tajjeb ta’ kif tista’ tiffranka l-flus, tgħin l-ambjent u tgħix f’arja aktar nadifa. Fil-5 ta' Mejju fetħet skema ġdida ta' pannelli fotovoltajċi fejn il-Gvern qed joffri inċentiv sa €3,000 għal kull sistema ta' pannelli. Il-kuntratt ta' dawn il-pannelli issa se jkun għal 20 sena. Dan ifisser li il-konsumatur ser ikun qed ikopri l-ispejjeż tal-investiment tal-pannelli. Dawn il-pannelli benefiċċji finanzjarji, għandek ħafna benefiċċji għaliex għandek tuża l-enerġija minn dawn il-pannelli.

L-aktar raġuni importanti hija li tkun qed tgħin lill-ambjent meta dawn ikunu qed jipproduċu enerġija nadifa, apparti li hu metodu tajjeb biex tnaqqas l-użu tal-karbonju. Il-kont tad-dawl u ilma ma tibqax tiskerrhu ħafna għax ikun imnaqqas bis-saħħa tal-enerġija li dawn il-pannelli iġġenerat, il-Gvern ser ikun qed jikkommetti ruħu li jħallas 10c5.

X’inhuma l-gosti tal-Maltin?

Ħafna Maltin imorru għal dak li hu prattiku u fl-istess waqt ikun sabiħ, jgħidilna d-disinjatur Chris. Minħabba l-fatt li l-familja u l-għaqda hi għal qalb il-Maltin, ħafna huma dawk ukoll li jinvestu l-iżjed ħin u flus fuq il-kmamar li jgħaqqdu s-salott.

Gost innovattiv li qed jidħol anke f’Malta, hu li jkollok banju fil-kamra tas-sodda. Chris qalilna li minbarra millkumdità li dan joffri, wieħed b’hekk jista’ jkollu imqar żewġt ikmamar tal-banju fid-dar. B’hekk jekk ikollok kamra talsolari issa saru l-moda għall-enerġija nadifa. Apparti mill

differenti bħala ‘ensuite’, inkorporata mal-kamra tas-sodda. Sabiħ li wieħed jibqa’ aġġornat u jagħti dejjem kas tad-dar tiegħu. Dawn huma wħud mill-affarijiet li wieħed jagħmel sabiex ikun jista’ jkun komdu dejjem, isebbaħ id-dar tiegħu, kif ukoll jiffranka ftit flus.

This article is from: