16 minute read
X’jogħġobha Xtina l-aktar f’Elle u f’Ben?
from GWIDA August 2020
X’JOGĦĠOBHA XTINA L-AKTAR F’ELLE U F’BEN? Intervista mal-mara ta’ Ben Camille – Xtina
Kristina, il-mara ta’ Ben ħelwa wisq. Għall-photoshoot ta’ GWIDA, Francesca Scerri Rizzo għamlitilha l-irtokk. Mhux xi ħaġa komuni għal Kristina, għax idejjaqha ħafna l-makeup. Fil-fatt Ben qalilna li kien ilu ma jara lil Kristina bil-makeup mill-ġurnata tat-tieġ u forsi f’xi żewġ photoshoots li għamlu. Għal Elle din kienet l-ewwel photoshoot uffiċjali li għamlet u jidher li għoġobha x-xogħol. Xtina hu l-isem li kienet tuża ma’ sħabha għall-gym. L-isem Xtina ġej minn bħal meta flok Christmas niktbu Xmas. Kien qisu l-istage name tagħha, “Il-klijenti jafuni bħala Xtina u bqajt magħrufa hekk.” Iżda indunajna li żammet kunjomha Camilleri mhux Camille, u meta staqejnieha għaliex, hi qaltilna li tippreferi Camilleri!
Advertisement
Semmejtu lil Elle għal karattru mis-serje Stranger Things?
Is-series inħobbhom ħafna u meta konna qed nagħżlu isem, Ben fakkarni li jogħġobni ‘Eleven’ ta’ Stranger Things u ħareġ bl-idea ta’ Elle. Ħadt grazzja malisem mill-ewwel! Għat-tarbija l-ġdida għadna ma ddeċidejniex. Għandna għażla ta’ erba’ ismijiet, iżda m’aħniex ċerti dwarhom.
X’tiggusta l-aktar f’Elle?
Kollox! Mistoqsija diffiċli għall-omm. Issa li għandha sena u sitt xhur bdiet tgħid l-ewwel ftit kliem bħal,
‘love you’. Niggustaha wkoll meta tiġi fuqi u tgħidli ‘mamà’ filwaqt li tgħannaqni u tbusni.
Għamilt ċertu żmien meta wellidt, ma xtaqtx aktar tfal. Kif biddilt id-deċiżjoni tiegħek?
L-ewwel tmien ġimgħat kienu vera diffiċli għalija. Hija pjuttost komuni għan-nisa li jkunu għadhom kemm welldu li taqbadhom forma ta’ dipressjoni. Ma naħsibx li jien esperjenzajt dipressjoni imma l-emozzjonijiet li għaddejt minnhom kienu kawża tal-hormones ta’ wara t-twelid. Kien żmien ta’ diffikultà kbira; ma tkunx taf għalfejn, imma tħossok ħażin. Kont iddeċidejt li ma rridx iżjed tfal u li kien hemm bżonn li nfejjaq lili nnifsi. Kont għedt ukoll li ma xtaqtx nerġa’ ngħaddi minn dik l-esperjenza. Imma mbagħad tinsa u tħossok aħjar, tibda dderri u fil-fatt malajr xtaqt tarbija oħra!
Kif tajt l-aħbar lil Ben li ser ikollu t-tieni tarbija?
Konna ħdejn in-nappy changer u kien qed ibiddel lil Elle. Tajtu l-pregnancy test imma ħaseb li kienet xi ħaġa relatata man-nappies. Ħares lejja u ma tax kas. Għall-ewwel ma indunax li kien it-test. Ħin minnhom erġajt tajthulu f’idejh b’enfasi biex iħares lejh u rajtu jibki.
Hemm xi differenza bejn din it-tqala u t-tqala ta’ Elle?
Fiżikament qed inħoss l-istess sintomi. Iżda tajjeb li ngħidlek li din it-tqala totalment differenti. Qabel kont naħdem fil-gym tiegħi u wara mmur norqod. Kien ikolli ħin insajjar u nagħmel xi affarijiet li nħobb. Issa totalment differenti! L-affarijiet li tħossok skomda tagħmel bħal titbaxxa għall-affarijiet, minħabba Elle dejjem ikolli nagħmilhom. Dejjem tkun tridni nerfagħha. Ma nistax nieħu brejk meta rrid. It-tqala hi stressanti immens speċjalment b’toddler imma togħġobni! Ingerger ħafna fuq l-uġigħ li nħoss imma hi esperjenza ferm sabiħa.
X’tip ta’ eżerċizzju tagħmel?
Bħalissa qiegħda qrib it-38 ġimgħa, inħossni għajjiena ħafna u m’iniex nittrenja. Kulma qed nagħmel hu li noħroġ il-klieb għallpassiġġata u niġri wara Elle. M’iniex nittrenja fil-gym kif kont nagħmel qabel. Għamilt xi workouts żgħar biex jgħinuni imma millbqija, mixi u nġorr lil Elle 24/7.
X’kienet tagħmel Elle meta kienet tara lil missierha jippreżenta fuq it-televiżjoni?
L-ewwel darba meta rat lil Ben f’X Factor indunat mill-ewwel li kien missierha. Kemm kienet ħelwa! Marret fuq it-TV unit biex tbusu. Issa bdiet tinduna bih u kull darba tmur biex tagħti bewsa lit-televiżjoni. Niggustaha wisq!
Lil min tixbah fil-karattru Elle? Lilek jew lil Ben?
Lil Ben! Kunfidenti ħafna, tidher li ser tkun tifla intelliġenti. Tlablab ħafna u tħobb tirreċta ħafna. Tinxteħet mal-art taparsi waqgħet u tikkummiedja. Kunfidenti tidher li ser tkun, imma rridu naraw.
Għandek pressure qawwi biex issajjar, kemm mingħand ħuk kif ukoll mill-familja tiegħek. X’tgħidilna fuq dan?
Ben vera jixtieq li kont mara li ninqala’ fit-tisjir. Nixtieq li naf insajjar imma vera ma nħobbx. Meta Ben jistaqsini biex inġibu xi ħaġa take-away tkun l-isbaħ rigal li jista’ jagħtini. Għandna lil ħija li jsalvana, dejjem isajrilna! Anke ommi tagħmlilna ħafna ikel u jien nipprova ftit. Ben u jien inħobbu nieklu ikel bnin u almenu jirnexxili nagħmel salads tajbin.
Kienet diffiċli għalik li fiż-żmien tal-pandemija tbiddlu d-dar?
Covid u mhux, diffiċli meta tkun ser tiċċaqlaq. B’Elle jkollok tagħmel kollox fil-ħinijiet tagħha, tipprova tisraq siegħa waqt li tkun rieqda u tippakkja kemm tista’. Jien bżajt ħafna għax Ben kellu jiltaqa’ mal-ħaddiema waqt il-pandemija u ħsibt li se jlaqqat
il-virus. Imlejt rasi li ser taqbadni l-Covid u mmur l-isptar. Kienet stressanti minħabba li Ben kellu jibqa’ joħroġ, iżda assigurani li qed jagħmlu xogħolhom u l-almu tagħhom filwaqt li jieħdu l-miżuri neċessarji kollha.
Kienet diffiċli biex tagħżlu u taqblu fuq l-affarijiet tad-dar il-ġdida?
Lanqas xejn! Ben kien jistaqsini jekk kinitx togħġobni dik l-idea u kont ngħidlu iva mill-ewwel. Jogħġbuna l-istess affarijiet u ma kienet diffiċli xejn. Jekk igerger fuqi jkun miġnun!
Kif ħaduha l-klieb huma u jbiddlu d-dar?
Għall-bidu kienu ftit stressjati u anzjużi. Bdew iħossu li ġejja bidla fuqhom. Fl-appartament ma kellhomx Naħseb li tistgħu taraw kemm jieħu pjaċir għax wiċċu dejjem narawha li tqum bi tbissima. Tħobbhom wisq u tkun tixtieq li tilgħab magħhom kif tqum.
X’kienu l-ewwel kliem li qalet Elle?
L-ewwel kelma kienet ‘mamà’ imbagħad qalet ‘papà’. Kulħadd kien qed jgħidli li t-trabi jgħidu ‘papà’ l-ewwel lil Ben! L-ismijiet tal-klieb bdiet tgħidhom wara għax naqra
fejn jiċċaqalqu; kien żgħir wisq għalina kollha. Meta ġejna biex inċaqalqu kollox ħallejniehom warajna għax ma stajniex ngħabbu kollox. Trid tarahom jippanikjaw għax ħasbu li ser inħalluhom warajna peress li l-appartament kien vojt. Morna għalihom mill-ewwel u xħin wassalniehom ġod-dar il-ġdida bdew jiġru mal-kmamar kollha, jitilgħu t-taraġ, iduru mal-pixxina. Damu ġimgħa biex jiġu f’tagħhom imma mbagħad ikkalmaw. Issa qed jgħajjew ħafna għax għandhom ħafna fejn jistgħu jiġru u jilagħbu. Ħsibt li ħa jdumu biex jissetiljaw imma tal-inqas issa draw. Simba ma kielx għal tlitt ijiem imma issa qed jiekol ta!
Int kif ħadtha?
Kienu jumejn ta’ tortura fiżika. Dahri ma flaħtux! Għalija kienet diffiċli, iżda kellna ħafna għajnuna mingħand ħafna nies. Li ċċaqlaq id-dar mhux xi ħaġa faċli għal ħadd. Li tkun tqila ma tgħinx lanqas. Anke għal Elle kienet stressanti ħafna. Stħajjiltha ssaqsini x’qed jiġri. Kellna ħafna ġenn bil-bagalji u affarijiet personali. Imma kollox għadda b’wiċċ il-ġid.
Meta tara lil Ben fuq it-televiżjoni, x’tieħu gost l-aktar li tarah jagħmel?
Nieħu gost narah fuq l-istejġ. Naħseb li tixraqlu ħafna u hu performer tajjeb ħafna. Li kieku kelli nagħmel l-affarijiet li jagħmel hu min jaf kemm inkun nervuża. jixgħel. Nammirah ukoll meta jkun preżenti fil-ħajja t’Elle. Elle tagħmlu kuntent ħafna. Wara ġurnata mimlija, jiġi d-dar mimli stress, imbagħad tiġi Elle tbusu u tidħaqlu u tbiddillu l-burdata. Niggustahom ħafna.
Elle qed torqod waħidha bħalissa. Għaliex ħadtu din id-deċiżjoni?
Ix-xewqa tiegħi li meta mmorru fid-dar il-ġdida jkollha l-kamra tagħha u nġegħluha tidra hemmhekk. Inħobb kollox ippjanat u b’rutina. Ma xtaqtx li xħin tiġi t-tarbija, hi tħossha inferjuri. Kellna ħin biex nippreparawha u torqod waħidha, u kienet l-aqwa deċiżjoni. Ħassejtni kburija li rnexxielna. Vera qed torqod sew. Iqajmuha l-klieb u fuq il-kamera
minħabba li l-‘P’ iktar faċli biex tgħidha, imma rbaħthielu din Għalih naturali u vera nieħu gost narah jippreżenta.
diffiċli ‘Simba’ u ‘Ġina’. Kellna nbidlulhom ftit l-ismijiet minħabba fiha, fil-fatt ngħidulhom ‘Babbu’ għal Simba u ‘Dina’ għal Ġina.
Ritratti ta’ Albert Camilleri
IL-PERSUNA WARA L-ISKRIN Insiru nafu min hi fil-verità Alexandra Alden
Wara li spiċċa X Factor Malta, il-membru tal-ġurija Alexandra Alden marret lura l-Olanda fejn qed tgħix mal-maħbub tagħha. Qattgħet żmien il-pandemija hemm titgħallem il-Ġermaniż kif ukoll tipprepara materjal ġdid li mistenni joħroġ dalwaqt. Il-Programm X Factor kien impenjattiv ferm u ma ħalliex ħafna spazju lil din il-kantanta biex toħloq mużika ġdida. Fl-intervista qaltilna li għall-ħarifa mistennija tvarja xi ħaġa ġdida. L-ewwel album tagħha, ‘Wild Honey’ kien wieħed personali li kitbitu f’ħinijiet strambi tal-ġurnata, bħal billejl fejn setgħet tirrifletti verament fuq il-ħsibijiet tagħha. Qaltilna li timmissja ħafna lil Malta, il-familja u l-pjanijiet kollha li kienet se tagħmel. Alexandra kienet ġejja lura sabiex tagħmel workshop għall-kantanti biex jiktbu l-lirika iżda xħin faqqgħet il-pandemija kollox tar mar-riħ. Il-passjoni ta' Alex hi li tgħin lil ħaddieħor u tara kantanti jiżviluppaw.
Alex tgħidilna li meta kienu qalulha li kienet ser tifforma parti mill-ġurija ma setgħetx temmen. “Kienet xi ħaġa kbira li qaluli li nkun membru tal-ġurija f’X Factor għax ilmużika tiegħi hija ferm differenti mill-mużika mainstream. Naħseb dik kienet ir-raġuni li ġejt magħżula għax kont ser inġib xi ħaġa differenti fil-programm. Biex tgħin lil xi ħadd jikber fil-mużika jrid ikollok suġġerimenti minn persuni varji u f’kull qasam tal-mużika,” tistqarr magħna Alex. Il-ġurija kienu kollha qegħdin hemm għax qed joffru xi ħaġa unika,
“Kien hemm Howard il-producer, Ira l-powerhouse vocalist li ilha fl-industrija snin u għandha esperjenza, u Ray ilu hemm missebgħinijiet u ra x-xena tal-mużika lokali tikber. Kienet esperjenza sabiħa u tgħallimt ħafna minnha.”
Magħna tammetti li kienet ammirattriċi kbira ta’ Ira Losco u meta kienet żgħira kienet tibagħtilha l-ittri. “Għandi rispett kbir lejn Ira Losco, Howard u Ray. Meta kont żgħira kont niktbilha l-ittri lil Ira Losco u għedtilha b’dan meta kont ħdejha waqt l-auditions,” tgħid Alex. Lura fl-2009, l-istudenti tal-iskola ta’ San Andrea kienu kantaw ma’ Ira l-kanzunetta ‘Love’ tal-Beatles u Alexandra Alden kienet eżatt warajha. “L-iskola tiegħi kienet il-kor tagħha u għandi ritratt ta’ Ira u jien warajha bl-uniformi nkanta. Kieku għedt lili nnifsi li kont ser inkun bilqiegħda ħdejn Ira bħala membru tal-ġurija ma kontx nemminha żgur! Niftakarni bilqiegħda fuq is-sufan id-dar meta kelli biss tlettax-il sena u ngħid lili nnifsi li mhux ser jirnexxili jkolli karriera fil-mużika. Imma hawn qiegħda nagħmel dak li nħobb.”
L-avventura ta’ X Factor timmissjaha, għalkemm fl-intervista qaltilna li kien hemm tlugħ u nżul. “Kiber ħafna u ġie programm mostru, u kien ikun diffiċli biex tikkontrolla kif jifhmuk in-nies. In-nies qishom ħadu impressjoni ħażina tiegħi mill-bidu nett u dik kienet diffiċli biex naċċettaha. Ma kontx lesta għal dak l-exposure fil-bidu. Qabel l-X Factor ma kontx dehert fuq it-televiżjoni ħlief għal xi ftit performances. Qatt ma kelli dak il-livell ta’ self awareness fuq kif in-nies jistgħu jaħsbu li int. Jista’ jkun minħabba l-problema tal-lingwa. Mort hemm bl-aktar mentalità innoċenti u kulma ridt hu li ngħin lill-kantanti biss,” tgħid Alex.
Fil-bidu tammetti li l-kummenti kienu jfakkruha fiż-żmien l-iskola meta kienet tiġi bbuljata, iżda kien hemm ħafna nies li ssapportjawha u għenuha tikber. Alex tispjega li dejjem pruvat
tagħti l-aħjar li kellha x’toffri, b’perspettiva differenti mill-oħrajn. Fl-intervista ħareġ ċar li Alex hija mara ġenwina li titkellem bl-aktar mod onest. Kif qalet hi stess, “it-televiżjoni u l-ħajja reali huma affarijiet differenti”. Iżda taċċetta li tieħu sehem f'X Factor kieku kellhom jerġgħu jagħmluh? Alex twieġeb li... "qatt ma tista' tgħid x'jiġri. Kienet esperjenza brillanti u żgur inkun ferħana li noffri l-opinjonijiet tiegħi għal darb’oħra." Din is-sena X Factor mhux ser ikompli, iżda minfloku se jixxandar Malta’s Got Talent.
Jekk tara il-music videos tagħha, tista’ tammira s-sempliċità tagħhom, iżda b’messaġġ b’saħħtu. Dawn kollha xogħol tal-bravissima Marie Claire, fotografa u persuna attiva fuq Instagram. Marie Claire u Alex ltaqgħu b’kumbinazzjoni. Alex kienet irċeviet reazzjoni negattiva fuq waħda mill-istories tagħha u daħlet tkellem lil din il-persuna. Mhux talli daħlet tkellimha, talli saru l-aqwa ħbieb. Imma tajjeb li ngħidu li r-reazzjoni għamlitha bi żball! Din hija Marie Claire, li għal min qiegħed fuq Instagram jafha żgur. Marie Claire attiva ħafna fuq Instagram u ilha mill-2012. Kienet tużah bħala djarju iżda matul iż-żmien ir-ritratti bdew isiru aktar popolari, tant li sar xogħolha. Apparti taħdem fuq Instagram, Marie Claire hija fotografa fuq bażi full time.
“Alexandra kienet laqtitni mill-bidu meta rajtha fuq X Factor bħala membru tal-ġurija. Kienet onesta u tgħid li għandha tgħid. Meta sirt naf li hi stess tkanta u tikteb id-diski, fittixt dwarha u skoprejt li għandha stil partikolari u li jogħġob lili,” tgħidilna Marie Claire. Marie Claire iltaqgħet ma’ Alex u saħansitra ħadmu żewġ music videos flimkien. Tgħidilna li l-ewwel music video li għamlu ffilmjawh għand in-nanna ta' Marie Claire, "Parti mix-xeni ta’ dan il-music video kien meħud għand nannti fejn stajna noħorġu l-element ta’ nostalġija."
Il-ħolma ta' Marie Claire hi li tgħix barra, u tispeċjalizza fil-karriera tagħha. Imma xewqa partikolari hi li taħdem mar-rivista popolari, 'Marieclaire' ... "għaliex minn hemm ġie ismi, allura jkun ifisser ħafna għalija jekk din il-ħolma ssir realtà."
Marie Claire
DYLAN AGIUS Jirbaħ is-sittax-il edizzjoni ta’ Liquorish
F’Lulju ġie fi tmiemu s-sittax-il edizzjoni tal-programm Liquorish. B’28,182 vot jirbaħ Dylan Agius, żagħżugħ Żabbari ċajtier, xi kultant serju, imma daħal għall-isfida b’ruħu u b’ġismu. Ta’ sikwit fil-programm konna narawh jagħmel eżerċizzju ħalli jżomm ruħu attiv. Ġurnata wara li rebaħ, Dylan qalilna, “Tħossok kuntent ħafna u qisek ma tkunx tista’ taċċetta l-fatt li rbaħt. Mument li ma ninsa qatt u ġedded il-memorji li għaddejt minnhom.”
Joseph, maniġer ta’ Liquorish, jgħidilna x’kienet ir-raġuni li għażlu lil Dylan. Fl-audition Joseph qalilna li jaraw ħafna nies, allura trid tolqothom xi ħaġa partikolari. Waqt l-audition stess, Joseph staqsa lil Dylan fuq is-sinna taddeheb li għandu u t-tattoo sabiħa fuq rasu. “Il-look tiegħu diġà tagħtik li tistaqsih ċertu mistoqsijiet u tqanqanlek kurżità biex issir tafu. Xi ħaġa li għoġbitni mal-ewwel hi bħala tattoo artist jew fl-arti marzjali, dan jitkellem fuqhom b’passjoni kbira. Meta staqsejnieh għaliex Liquorish, il-mod kif tkellem u r-raġuni għaliex jixtieq jagħmel l-esperjenza saħħritna.”
Dylan, sa mill-ewwel eżerċizzju, wera kemm hu determinat u xejn ma jaqtagħlu qalbu. Liquorish għandu regoli bażiċi li kulħadd issa dera. “Il-parteċipanti noħorġuhom mill-qoxra tagħhom,” jgħidilna Joseph. Il-fatt li ma jkollhomx flus u li jkunu ma’ nies li qatt ma ltaqgħu magħhom qabel, tagħmel l-avventura diffiċli. Fl-isfidi, Liquorish ikun qed jeżamina l-grupp u kemm ser ikun maqgħud; b’hekk l-ewwel sfida kienet waħda mill-itqal. L-isfida tal-ixkejjer kienet waħda diffiċli li Liquorish qatt ma għamel f’dawn l-aħħar snin. “Xħin għedtilhom, kienu konvinti li qed ngħidilhom xi ċajta, imma dik kienet l-isfida u kellhom iġorru l-ixkejjer. Tajjeb li ngħidu li kienu skomdi ħafna u kienet diffiċli immens,” jistqarr Joseph. Kienet sfida psikoloġika li turi jekk ilparteċipanti humiex determinati biex jagħmlu ħilithom
l-entużjażmu għal dak kollu li jagħmel. Jekk huwa xogħlu fl-avventura. Dylan kien l-ewwel wieħed li ħaseb li gidba: “Konna qegħdin fil-bidu tal-muntajna, kulħadd komdu u ferħan bil-backpack li qalulna biex inġibu, imbagħad qalulna bl-ixkejjer u ħadna qatgħa! Dawk l-ixkejjer qabduni ħakk ma’ għonqi kollu. L-ewwel ħsibt li kienet xi mossa tal-bidu tal-programm, imma xħin rajt wiċċ Joseph serju, emmintu. Kulħadd beda jippanikja u kienet wisq sfida ħarxa.”
Imma għaliex għandu sinna tad-deheb? Dylan jgħidilna li meta kien żgħir, kien ġo għalqa mal-familja waqt ħin ta’ rikreazzjoni. Kien qed jilgħab bil-ballun mal-kuġini u ġara kollox f’temp ta’ minuta. F’għalqa enormi kien hemm pole tal-ħadid imwaħħal fin-nofs. Xħin garawlu l-ballun u mar biex jilqgħu, jisma’ għajta kbira. Kulħadd prova jwaqqfu imma kien tard wisq, b’Dylan jinżel dirett bi snienu jaħbtu ma’ dan il-pole. Dak il-ħin Dylan jitlef is-sinniet ta’ quddiem u b’ġirja ħaduh l-isptar. Fuq is-snien ta’ quddiem kellhom jagħmlulu trattament u biż-żmien kienu dejquh, għax kien
konxju ħafna tagħhom. “Kont inħossni naqra skomdu bid-daħka tiegħi,” jgħidilna Dylan. Id-deheb iħobbu u fl-avventura konna narawh ta’ spiss b’xi ġiżirana tad-deheb. Għalhekk iddeċieda li minflok jagħmilha komuni tal-porċellana jagħmilha tad-deheb għax jogħġbu ħafna. “Għall-ewwel tħossok naqra differenti, anke għax xħin tidħaq, in-nies jindunaw bis-sinna,” jistqarr magħna Dylan.
Dylan iħobb ħafna l-annimali. Għandu lil Candy li tgħix miegħu fl-appartament u Luna li kellu jħalliha għand ommu għax riditha u tħobbha ferm. Apparti minn dawn għandu kelb li meta Dylan mar għall-avventura ħadha wisq bi kbira ihallih warajh. “Kien għadu ġeru ta’ sitt xhur. Kont qed nagħtih ftit eżerċizzju mhux ħażin għax jirrekjedi ħafna ħin. Tul dawk it-tliet ġimgħat li għamilt mhux miegħu, dan il-kelb tilifli r-rutina,” jgħidilna Dylan. Il-kelb inbidel totalment u kellu jerġa’ jibda kollox mill-bidu u bil-mod. “Tajtu l-ħin tiegħu u issa erġajna ġejna lura għan-normal,” qalilna Dylan.
Peress li Dylan huwa tattoo artist staqsejnieh ukoll jekk hux beħsiebu jagħmel il-famuża tattoo ta’ Liquorish. Dylan b’mod diplomatiku jgħidilna li hu għandu xi ħaġa aqwa minn tattoo; għandu t-trofew li dejjem tfakkru fl-isfida. “Memorja li ġġeddidha tul ħajtek kollha u tirrakkonta kemm tirrakkonta qatt ma tiddejjaq. Tant hi sfida sodisfaċenti li mhu ħa ninsieha
qatt. Ma niddejjaqx li jkolli tattoo fuqi imma m’hemmx għalfejn tkun impenġija fuqi biex niftakarha tul ħajti kollha,” jgħidilna Dylan bi tbissima. Joseph jiżvela li Dylan għamel tattoo bit-tema ta’ Liquorish fuq żewġ parteċipanti ta’ din is-sena.
Ħaġa wkoll li skoprejna hi li Dylan avolja għandu ħafna tpinġija u hu stess artist tat-tattoo jibża’ ħafna millinjections. “In-nies iridu jifhmu li għat-tattoo, il-labra tkun speċi scraping fuq il-wiċċ tal-ġilda, meta tiġi b’injection ta’ tilqima l-injection tkun differenti. Hemmhekk tista’ taqbad tagħlaq il-bibien għax inkun qed niġri mal-kamra kollha. Niġi abjad karti u jiġi ħass ħażin wara l-ieħor,” jgħidilna Dylan. Magħna jistqarr li kulħadd jgħidlu fuqha dil-biċċa tax-xogħol, speċjalment meta jmur jagħti d-demm, “Imma ħadd ma jifhem id-differenza bejn ħaġa u oħra, u jkolli ħafna battibekki,” jgħidilna inkwetat.
Dylan jagħlaq billi jgħidilna li, “F’ħajtek dejjem għandek tibqa’ saqajk mal-art u xorta għandek tibqa’ l-istess persuna. Tibqa’ umli u tirringrazzja lil kulħadd. Jien bniedem li nkellem lil kulħadd, onest u dejjem ser nibqa’ Dylan li kont żgur.”
Il-ħidma għal Liquorish 2021 diġà bdiet. Infatti l-ewwel żewġ parteċipanti huma diġà magħrufa. Peress li hawn inċertezza dwar dak li ser jiġri fid-dinja minhabba l-pandemija, tkellimna ma’ Joseph jekk Liquorish hux ikkonfermat għassena d-dieħla. Joseph aċċertana li diġà sar ħafna xogħol; “Liquorish jieħu ħafna xhur biex isir. F’sitwazzjoni li ħadd ma stenna, ma naffordjawx nistennew x’ser jiġri minn issa għal quddiem. Ser nibqgħu għaddejjin daqslikieku ser isir,” jgħid Joseph. Joseph jispera li minn din l-esperjenza qarsa li għaddiet minnha d-dinja, nieħdu tagħlima li jekk jinqala’ xi ħaġa oħra hekk inkunu preparati. “Ma tagħmilx sens li xi ħaġa li għaddejna minnha, nerġgħu nagħmlu l-istess affarijiet. Tal-inqas darb’oħra nistgħu nimpruvjaw fuq li esperjenzajna.” Innutajna wkoll li waqt il-programm Andrea fl-ebda ħin ma semmiet is-sitwazzjoni preżenti u dan għamluha b’ċertu ħsieb sabiex joħolqu sens ta’ pożittività mat-telespettaturi. “Ridna li n-nies tad-dar idawrulu kull nhar ta’ Tnejn fit-8:30 biex ipoġġu u jieqfu jisimgħu bil-problemi, jieħdu gost u jirrilassaw daqsxejn.”
Għal kull ħaġa li jagħmel Liquorish, Joseph jgħidilna li għandhom pjan B, ħalli f’każ li jiltaqgħu ma’ xi ostakolu jkunu preparati. “Għall-kuntrarju li jaħsbu ċertu nies li aħna mmorru fil-pajjiżi u naraw x’jiġri, aħna dejjem ikollna t-tieni pjan lest ħalli f’każ li jinqala’ xi ħaġa nkunu koperti. B’xi mod, il-pjan huwa li minn April, Liquorish jirritorna u ser ikun hemm sorpriżi u affarijiet sbieħ,” jaċċertana Joseph.
Aħna nawguraw minn qalbna lit-tim kollu ta’ Liquorish għalledizzjoni li jmiss, eċitati biex naraw fejn ser tkun l-avventura li jmiss u min ser ikunu l-parteċipanti l-ġodda!