GWIDA August 2020

Page 17

Storja Prinċipali

X’JOGĦĠOBHA XTINA L-AKTAR F’ELLE U F’BEN?

Intervista mal-mara ta’ Ben Camille – Xtina

Kristina, il-mara ta’ Ben ħelwa wisq. Għall-photoshoot ta’ GWIDA, Francesca Scerri Rizzo għamlitilha l-irtokk. Mhux xi ħaġa komuni għal Kristina, għax idejjaqha ħafna l-makeup. Fil-fatt Ben qalilna li kien ilu ma jara lil Kristina bil-makeup mill-ġurnata tat-tieġ u forsi f’xi żewġ photoshoots li għamlu. Għal Elle din kienet l-ewwel photoshoot uffiċjali li għamlet u jidher li għoġobha x-xogħol. Xtina hu l-isem li kienet tuża ma’ sħabha għall-gym. L-isem Xtina ġej minn bħal meta flok Christmas niktbu Xmas. Kien qisu l-istage name tagħha, “Il-klijenti jafuni bħala Xtina u bqajt magħrufa hekk.” Iżda indunajna li żammet kunjomha Camilleri mhux Camille, u meta staqejnieha għaliex, hi qaltilna li tippreferi Camilleri! Semmejtu lil Elle għal karattru mis-serje Stranger Things? Is-series inħobbhom ħafna u meta konna qed nagħżlu isem, Ben fakkarni li jogħġobni ‘Eleven’ ta’ Stranger Things u ħareġ bl-idea ta’ Elle. Ħadt grazzja malisem mill-ewwel! Għat-tarbija l-ġdida għadna ma

ddeċidejniex. Għandna għażla ta’ erba’ ismijiet, iżda m’aħniex ċerti dwarhom. X’tiggusta l-aktar f’Elle? Kollox! Mistoqsija diffiċli għall-omm. Issa li għandha sena u sitt xhur bdiet tgħid l-ewwel ftit kliem bħal,

GWIDA Awwissu 2020

17


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.