7 minute read
Jiżżewweġ jew jibqa’ l-iskola?
from GWIDA August 2020
JIŻŻEWWEĠ JEW JIBQA’ L-ISKOLA? Addattament Claudia Cini Saikou ta' spiss imur il-klabb biex jara l-logħob tal-futbol. Iżomm mar-Real Madrid u jammira ħafna lil Ronaldo għax ġej minn familja fqira. u jaħdem kemm jaħdem fl-għelieqi Ebrima qatt ma jirnexxilu
Kull filgħodu qabel l-iskola, Saikou jieħu ħsieb jitma’ u jnaddaf lill-baqar tal-familja. Wara jħaffef lejn l-iskola tar-raħal tiegħu. Sa minn mindu kien żgħir, Saikou dejjem kellu x-xewqa li jsir tabib. Huwa jaf sew xi jfisser li ma jkollokx aċċess għall-kura tas-saħħa. Meta missieru marad u miet, il-ħajja saret diffiċli għall-familja kollha. Ftit żmien wara ommu żżewġet raġel li kellu t-tfal tiegħu u hekk il-familja kompliet aktar issibha diffiċli biex tlaħħaq malbżonnijiet bażiċi bħall-ikel u riżorsi għall-iskola.
Advertisement
Hekk kif Saikou għalaq tlettax-il sena, ommu qaltlu li kellu jieqaf mill-iskola, isibulu mara u jiżżewweġ. Imma t-tifel ma riedx għax ħass li kien għadu żgħir wisq biex jiżżewweġ u kien jaf li l-iskola kienet bżonjuża biex seta’ jsib xogħol u jkollu paga diċenti. Missieru tar-rispett ma riedx jaf, imma Saikou ma ċediex. Kien kollu ta’ xejn li pprova jispjegalu li jekk ikompli jistudja seta’ jgħin aktar lill-familja finanzjarjament milli kieku jiżżewweġ u jibda jgħix ta’ adult f’età daqshekk żgħira. Għalhekk, it-tifel mar ifittex l-għajnuna mingħand rappreżentanti tat-Tostan li kienu huma stess li rawmu fit-tfal l-importanza tal-edukazzjoni u biex isemmgħu leħinhom fejn jidħlu d-drittijiet tagħhom. ItTostan mill-ewwel aċċettaw li jgħinuh. Huma għandhom modi speċjali kif isolvu l-problemi u l-kunflitti fl-irħula fejn jaħdmu. huwa importanti li persuna ssemma’ leħinha u li tkompli bledukazzjoni tagħha. Fil-fatt, it-Tostan irnexxielhom jikkonvinċu lill-ġenituri ta’ Saikou li huwa kellu jkompli bl-istudji tiegħu. Dan tella’ lit-tifel fis-seba’ sema għax issa l-ħolma tiegħu setgħet issir realtà.
Ebrima, ġuvni ta’ sittax-il sena huwa l-akbar ħabib ta’ Saikou. Sa ftit tas-snin ilu kienu fl-istess klassi, iżda Ebrima kien aċċetta li jieqaf mill-iskola biex jiżżewweġ. Kellu pressjoni kbira millġenituri tiegħu u minn sħabu tamparu li kienu diġà miżżewġin dwar kemm il-ħajja fiż-żwieġ kienet sabiħa. Kien wara li sar jaf li dawn il-ħbieb kienu ġew imqabbda mill-ġenituri tiegħu biex joqogħdu jgħidulu kemm kien aħjar li jiżżewweġ milli jkompli l-iskola. Dan wassal biex Ebrima jibda jemmen li wara kollox l-iskola ma kinitx daqstant importanti. Fil-fatt huwa żżewweġ lil kuġintu Kaddijatou ta’ tlettax-il sena. Kien tard wisq meta ntebaħ xi żball kien għamel li żżewweġ f’età daqstant żgħira. Ebrima jiftakar kemm kienu mbeżżgħin hu u martu fl-ewwel lejl taż-żwieġ tagħhom. Illum il-ġurnata għandhom tlett itfal
In-nisa tat-Tostan għandhom esperjenza twila u jafu kemm jlaħħaq mal-ispejjeż tal-familja. Huma jaqblu li lil uliedhom ma kinux ser iċaħħduhom mill-edukazzjoni, u lanqas ma kienu ser jisfurzawhom jiżżewġu qabel tal-anqas jagħlqu tmintax-il sena.
Grazzi għad-donazzjonijiet ta’ flus li aħna nagħtu, ċkejkna kemm huma ċkejkna, tfal f’sitwazzjonijiet simili madwar id-dinja kollha, jirċievu dak kollu li hu neċessarju biex ikomplu bl-istudji tagħhom. Bis-saħħa ta’ ħafna benefatturi Maltin u Għawdxin, Missio Malta (l-Uffiċċju Missjunarju) fil-Belt u l-Mosta, jibgħat fondi lil diversi komunitajiet fejn hemm il-missjunarji sabiex jgħinu mill-aħjar li jistgħu lill-foqra u abbandunati, fost oħrajn. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq il-websajt www.missio.org.mt, minn ‘Facebook’ jew fuq 2123 6962.
Nota: Ftit tal-ġimgħat ilu, ġie mħabbar li l-Papa Franġisku stabilixxa fond ta' emerġenza fi ħdan is-Soċjetajiet Missjunarja ta’ Missio. Id-dħul ikkontribwit għal dan il-fond huwa ddestinat għall-għajnuna ta' dawk in-nies, komunitajiet, lajċi u missjunarji li qed jintlaqtu traġikament mit-tixrid tal-COVID-19. Il-flus se jmorru direttament lill-pajjiżi fil-missjoni permezz ta' strutturi u istituzzjonijiet tal-Knisja. Għalhekk, fuq xewqa ta’ Papa Franġisku u permezz tal-motto ‘Aħna Għadna Hawn Għalikom’, kull min jista’ għandu jagħti l-għajnuna tiegħu fi flus b’risq din il-kawża ġusta. Jekk tixtieq tgħin jew sabiex tikseb aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ċempel lil Missio Malta fuq 2123 6962.
Ingredjenti
Għall-mili
P 200g vażett tadam imqadded P 100g ġewż imqatta’ P qoxra ta’ lumija maħkuka fin P 2 mgħaref creme fraiche P mazz żgħir weraq tal-ispinaċi frisk P melħ u bżar
Għall-qoxra
P 2 sinniet tewm P 4 jew 5 biċċiet ħobż abjad, mingħajr qoxra P 6 weraq tal-ħabaq P 3 mgħaref parmiġġjan maħkuk P melħ u bżar P 75g butir imdewweb P Se jkollok bżonn ukoll biċċa salamun frisk mingħajr ġilda – 1kg
SALAMUN MIMLI BIT-TADAM IMQADDED, ĠEWŻ U SPINAĊI BIL-QOXRA BIL-ĦABAQ U L-PARMIĠĠJAN RiĊetta ta’ Manuel Xuereb
Direzzjoni
Ibda din ir-riċetta billi taqsam il-flett tas-salamun minn nofs orizzontalment. Ħawwad flimkien it-tadam imqadded imqatta’, il-ġewż, il-qxur tal-lumi u l-ġobon mascarpone. Ferrex fuq il-parti t’isfel tas-salamun u qiegħed il-weraq tal-ispinaċi friski fuqu. Erġa’ poġġi l-biċċa ta’ fuq tas-salamun u agħfas sewwa. Biex tagħmel il-qoxra, poġġi l-ingredjenti kollha ġo proċessur tal-ikel u ħawwad flimkien. It-taħlita għandha tkun twaħħal flimkien. Poġġi t-taħlita tal-frak fuq issalamun mimli, ittrasferixxi fuq trej tal-ħami miksi u aħmi fil-forn f’temperatura ta’ 200 °c.
Ingredjenti
P 450g spagetti P 400g polpa tat-tadam P taħlita ta’ frott tal-baħar tal-gosti tiegħek P sinna u nofs tewm imqattgħin irqaq ħafna P kuċċarina paste tal-inċova P kuċċarina u nofs tursin frisk imqatta’ P 3 mgħaref żejt taż-żebbuġa P bżar mitħun frisk u melħ
SPAGETTI BIL-FROTT TAL-BAĦAR U TADAM RiĊetta ta’ Anton B Dougall
Direzzjoni
1. Saħħan ftit żejt f’taġen kbir u qalli t-tewm. Tħallihx jinqela ħafna għax jagħmel togħma morra. 2. Żid il-frott tal-baħar u qalli għal ftit minuti. Żid il-polpa u l-paste tal-inċova. Baxxi ftit in-nar u ħalli t-taħlita ttektek għal madwar 20 minuta. Jekk ikun hemm xi frott tal-baħar li ma jinfetaħx neħħih mill-ewwel. Żid ftit bżar u melħ. 3. Sadanittant, poġġi borma kbira bl-ilma fuq in-nar, żid ftit melħ malli l-ilma jiftaħ jagħli u għalli l-għaġin. Meta l-għaġin ikun sar, saffih tajjeb, żidu maz-zalza u ħawwad tajjeb. 4. Servi mill-ewwel bi ftit tursin frisk imferrex fil-wiċċ.
IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON Kun af aktar dwar iż-żodjaku ta’ Leo
Dan huwa dak ix-xahar li ser ilaqqagħna mal-ħames żodjaku; Leo. Tajjeb li wieħed jagħraf li l-kalendarju żodjaku ma jibdiex bħall-kalendarju tradizzjonali; dak magħruf bejn Jannar sa Diċembru, iżda jibda mill-21 ta’ Marzu taħt iż-żodjaku ta’ Aries u jintemm taħt iż-żodjaku ta’ Pisces. Għalhekk mhux kif ħafna jaħsbu li ż-żodjaku ta’ Leo huwa t-tmien xahar, iżda l-ħames xahar, dejjem attwat malkalendarju żodjaku.
Is-simbolu li jippreżenta dan iż-żodjaku huwa dak ta’ ‘’ILJUN‘’ (♌ ) li ġej mill-kelma Griega (Λέων). Iż-żodjaku ta’ Leo jibda mill-Ħamis 23 ta’ Lulju u jintemm il-Ħadd 23 ta’ Awwissu. Leo jaqa’ taħt l-element tan-nar, li jkopri wkoll iż-żodjaki ta’ Aries u Sagittarius li hemm diversi elementi personali tiegħek, tista’ tibgħat ittra postali lil PaulJon
simili bejniethom.
Leo huwa mibni fuq diversi aspetti, kemm pożittivi u kemm negattivi. Fost il-pożittivi nsibu d-determinazzjoni kbira tagħhom, it-twemmin f’dak li huma kapaċi jwettqu, l-abbiltà u l-kuraġġ li joffru lil ħaddieħor. L-aspetti negattivi huma li ħadd ma jbiddlilhom fehmithom, jafu jitilfu l-paċenzja u ma tantx iħobbu lil min imexxihom.
Peress li ħafna staqsewni dwar kif tkun taf eżatt taħt liema żodjaku taqa’, ser nagħti eżempju fuq iż-żodjaku ta’ Leo. Jekk int twelidt bejn it-23 ta’ Lulju u l-5 ta’ Awwissu int tkun Cancer/Leo , jekk int iżda twelidt bejn is-6 ta’ Awwissu u l-14 ta’ Awwissu int il-Leo Pur, u jekk int twelidt bejn il-15 ta’ Awwissu u t-22 ta’ Awwissu int taqa’ taħt iż-żodjaku Leo/ Virgo. Id-dati jvarjaw xi ftit u fil-ħarġa li jmiss ser nagħti informazzjoni fuq Virgo.
Xi ftit fatti interessanti dwar iż-żodjaku ta’ Leo huma: Jekk tinqabad f’xi gidba, anke għal darba, dan ikun ifisser li tlift li jagħmlu ħafna ħin jaħsbu, sakemm finalment jaslu għal dik id-deċiżjoni jew direzzjoni jew bidu ġdid. Leo magħrufin kemm jafu jaħbu l-emozzjonijiet tagħhom u trid tkun tafhom sew sabiex tagħraf il-vera karattru tagħhom. Leo jdejquhom dawk in-nies li jgergru, il-pessimisti jew li huma negattivi, iżda jibqa’ l-fatt li fl-aħħar mill-aħħar huma nies umli li verament kapaċi jwassluk fejn int tixtieq jekk int turi dik il-fiduċja sħiħa fihom.
L-aktar jum ideali għaż-żodjaku ta’ Leo huwa dak tas-Sibt , waqt li għandek tevita l-jum tat-Tlieta. Ix-xahar ideali huwa dak ta’ Marzu, iżda evita x-xahar ta’ Diċembru. Il-kristalli ideali għalik huma Citrine u Rutilated Quartz.
Jekk int tixtieq aktar informazzjoni dwar iż-żodjaku il-fiduċja kollha li kont tgawdi magħhom. Ta’ Leo magħrufin
(GWIDA), Po Box 27 Paola jew żur is-sit www.pauljon13.com.
Namaste!