Editorjal
JIŻŻEWWEĠ JEW JIBQA’ L-ISKOLA?
Addattament Claudia Cini
Kull filgħodu qabel l-iskola, Saikou jieħu ħsieb jitma’ u jnaddaf lill-baqar tal-familja. Wara jħaffef lejn l-iskola tar-raħal tiegħu. Sa minn mindu kien żgħir, Saikou dejjem kellu x-xewqa li jsir tabib. Huwa jaf sew xi jfisser li ma jkollokx aċċess għall-kura tas-saħħa. Meta missieru marad u miet, il-ħajja saret diffiċli għall-familja kollha. Ftit żmien wara ommu żżewġet raġel li kellu t-tfal tiegħu u hekk il-familja kompliet aktar issibha diffiċli biex tlaħħaq malbżonnijiet bażiċi bħall-ikel u riżorsi għall-iskola. Hekk kif Saikou għalaq tlettax-il sena, ommu qaltlu li kellu jieqaf mill-iskola, isibulu mara u jiżżewweġ. Imma t-tifel ma riedx għax ħass li kien għadu żgħir wisq biex jiżżewweġ u kien jaf li l-iskola kienet bżonjuża biex seta’ jsib xogħol u jkollu paga diċenti. Missieru tar-rispett ma riedx jaf, imma Saikou ma ċediex. Kien kollu ta’ xejn li pprova jispjegalu li jekk ikompli jistudja seta’ jgħin aktar lill-familja finanzjarjament milli kieku jiżżewweġ u jibda jgħix ta’ adult f’età daqshekk żgħira. Għalhekk, it-tifel mar ifittex l-għajnuna mingħand rappreżentanti tat-Tostan li kienu huma stess li rawmu fit-tfal l-importanza tal-edukazzjoni u biex isemmgħu leħinhom fejn jidħlu d-drittijiet tagħhom. ItTostan mill-ewwel aċċettaw li jgħinuh. Huma għandhom modi speċjali kif isolvu l-problemi u l-kunflitti fl-irħula fejn jaħdmu. In-nisa tat-Tostan għandhom esperjenza twila u jafu kemm huwa importanti li persuna ssemma’ leħinha u li tkompli bledukazzjoni tagħha. Fil-fatt, it-Tostan irnexxielhom jikkonvinċu lill-ġenituri ta’ Saikou li huwa kellu jkompli bl-istudji tiegħu. Dan tella’ lit-tifel fis-seba’ sema għax issa l-ħolma tiegħu setgħet issir realtà. Ebrima, ġuvni ta’ sittax-il sena huwa l-akbar ħabib ta’ Saikou. Sa ftit tas-snin ilu kienu fl-istess klassi, iżda Ebrima kien aċċetta li jieqaf mill-iskola biex jiżżewweġ. Kellu pressjoni kbira millġenituri tiegħu u minn sħabu tamparu li kienu diġà miżżewġin dwar kemm il-ħajja fiż-żwieġ kienet sabiħa. Kien wara li sar jaf
Saikou ta' spiss imur il-klabb biex jara l-logħob tal-futbol. Iżomm mar-Real Madrid u jammira ħafna lil Ronaldo għax ġej minn familja fqira.
li dawn il-ħbieb kienu ġew imqabbda mill-ġenituri tiegħu biex joqogħdu jgħidulu kemm kien aħjar li jiżżewweġ milli jkompli l-iskola. Dan wassal biex Ebrima jibda jemmen li wara kollox l-iskola ma kinitx daqstant importanti. Fil-fatt huwa żżewweġ lil kuġintu Kaddijatou ta’ tlettax-il sena. Kien tard wisq meta ntebaħ xi żball kien għamel li żżewweġ f’età daqstant żgħira. Ebrima jiftakar kemm kienu mbeżżgħin hu u martu fl-ewwel lejl taż-żwieġ tagħhom. Illum il-ġurnata għandhom tlett itfal u jaħdem kemm jaħdem fl-għelieqi Ebrima qatt ma jirnexxilu jlaħħaq mal-ispejjeż tal-familja. Huma jaqblu li lil uliedhom ma kinux ser iċaħħduhom mill-edukazzjoni, u lanqas ma kienu ser jisfurzawhom jiżżewġu qabel tal-anqas jagħlqu tmintax-il sena. Grazzi għad-donazzjonijiet ta’ flus li aħna nagħtu, ċkejkna kemm huma ċkejkna, tfal f’sitwazzjonijiet simili madwar id-dinja kollha, jirċievu dak kollu li hu neċessarju biex ikomplu bl-istudji tagħhom. Bis-saħħa ta’ ħafna benefatturi Maltin u Għawdxin, Missio Malta (l-Uffiċċju Missjunarju) fil-Belt u l-Mosta, jibgħat fondi lil diversi komunitajiet fejn hemm il-missjunarji sabiex jgħinu mill-aħjar li jistgħu lill-foqra u abbandunati, fost oħrajn. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq il-websajt www.missio.org.mt, minn ‘Facebook’ jew fuq 2123 6962. Nota: Ftit tal-ġimgħat ilu, ġie mħabbar li l-Papa Franġisku stabilixxa fond ta' emerġenza fi ħdan is-Soċjetajiet Missjunarja ta’ Missio. Id-dħul ikkontribwit għal dan il-fond huwa ddestinat għall-għajnuna ta' dawk in-nies, komunitajiet, lajċi u missjunarji li qed jintlaqtu traġikament mit-tixrid tal-COVID-19. Il-flus se jmorru direttament lill-pajjiżi fil-missjoni permezz ta' strutturi u istituzzjonijiet tal-Knisja. Għalhekk, fuq xewqa ta’ Papa Franġisku u permezz tal-motto ‘Aħna Għadna Hawn Għalikom’, kull min jista’ għandu jagħti l-għajnuna tiegħu fi flus b’risq din il-kawża ġusta. Jekk tixtieq tgħin jew sabiex tikseb aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ċempel lil Missio Malta fuq 2123 6962. GWIDA Awwissu 2020
71