5 minute read
Rutina ġdida għall-persuni bl-awtiżmu
from GWIDA August 2020
X'inhi eżatt l-kundizzjoni tal-awtizmu, u minn meta tista' ssir id-dijanjosi?
L-awtiżmu, jew l-‘Autism Spectrum Disorder’ (ASD), jirreferi għal firxa wiesgħa ta' kundizzjonijiet ikkaratterizzati minn disturbi ta’ ħiliet soċjali, imġiba ripetittiva, u diffikultà fid-diskors u komunikazzjoni mhux verbali. Huwa magħruf li m'hemmx tip wieħed t’awtiżmu iżda diversi sottotipi, li bħat-tisbit tar-ras, jew insistenza għal rutina jew modi ta' kif
Advertisement
huma l-iktar influwenzati minn taħlita ta' fatturi ġenetiċi u ambjentali. Għaldaqstant, minħabba li l-awtiżmu jinfirex f’forma ta’ spettru, kull persuna bl-awtiżmu għandha sett distint ta' diffikultajiet jew sfidi li trid taffaċċja.
Il-modi li bihom nies bl-awtiżmu jitgħallmu, jaħsbu u jsolvu l-problemi jistgħu jvarjaw minn kapacità għolja għal sfidi severi. Xi nies bl-awtiżmu jistgħu jeħtieġu appoġġ empatija, u l-iżolazzjoni soċjali.
sinifikanti fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom, filwaqt li oħrajn jistgħu jkollhom bżonn inqas appoġġ u f'xi każijiet, jgħixu kompletament b'mod indipendenti.
Indikaturi klinici tal-awtiżmu ġeneralment jibdew jidhru għandhom din il-kundizzjoni jesperjenzaw is-sintomi kollha
minn sentejn jew tliet snin. Xi dewmien fl-iżvilupp tat-tfal jista' jidher saħansitra aktar kmieni, u għaldaqstant, jista’ jkun li ssir id-dijanjosi iktar kmieni, mit-18-il xahar tal-ħajja. Ir-riċerka turi li l-intervent bikri eventwalment iwassal għal riżultati pożittivi aktar tard fil-ħajja għal nies bl-awtiżmu.
Il-kawża eżatta ta' disturbi fl-ispettru tal-awtiżmu għadha tal-MMR li tingħata kmieni lit-trabi kollha għandha xi rwol fil-kaġun tal-awtiżmu.
Lil min l-iktar li tolqot din il-kundizzjoni, u x'inhuma s-sintomi?
Id-disturbi fl-ispettru tal-awtiżmu huma firxa ta' disturbi taliżvilupp newrosoċjali li huma kkaratterizzati prinċipalment minn nuqqasijiet fil-funzjoni soċjali u diffikultajiet filkomunikazzjoni.
Is-sintomi jistgħu jinkludu enfasi intensa fuq oġġett wieħed, nuqqas ta' rispons, nuqqas ta' ftehim għas-sejħa ta’ bżonnijiet (bħat-ton tal-vuċi jew tal-lingwa tal-ġisem), movimenti riġidi jew ripetittivi, jew imġiba awtoabbużiva isiru ċertu affarijiet fil-ħajja tagħhom ta' kuljum. Is-severità ta' dawn is-sintomi jaf tvarja fost l-individwi affettwati.
Sintomi oħra jaf jinkludu li titgħallem titkellem relattivament tard, li ma jilagħbux b’mod interattiv ma' tfal oħra, l-evitar ta’ kuntatt mal-għajnejn, in-nuqqas ta'
Tfal bl-awtiżmu li ma jiżviluppawx ħiliet lingwistiċi biżżejjed jistgħu jaġixxu wkoll bi twerżiq jew biki, biex jesprimu l-bżonnijiet tagħhom. Huwa importanti li wieħed jinnota li n-nies li għandhom l-awtiżmu jistgħu jvarjaw ħafna fillivell ta’ funzjonament tagħhom, u mhux in-nies kollha li mhux magħrufa, iżda m’hemm ebda evidenza li t-titqiba
elenkati.
Is-sintomi bikrija u s-sinjali fit-trabi jistgħu jvarjaw, iżda jistgħu jinkludu tnaqqis ta' kuntatt mal-għajnejn billi jkunu
ffokati żżejjed fuq oġġett wieħed, u nuqqas ta’ reċiprokazzjoni fil-logħob sempliċi. Tfal żgħar ħafna jistgħu juru sintomi bikrija bħal telf ta’ interess f'kuntatti soċjali u nuqqas ta’ interazzjoni mal-ġenituri.
Diversi fatturi jistgħu jinfluwenzaw l-iżvilupp tal-awtiżmu, li spiss ikunu akkumpanjati ma' kundizzjonijiet mediċi oħra bħal problemi gastrointestinali, aċċessjonijiet jew diffikultà fl-irqad, kif ukoll sfidi tas-saħħa mentali bħal ansjetà, dipressjoni u nuqqas ta' attenzjoni.
Kif nistgħu nikkumbattu l-effetti negattivi li jaf ġabet magħha l-bidla fir-rutina tal-ħajja ta’ kuljum fl-imxija talCovid-19, fuq persuni li jbatu bl-awtiżmu?
Din ir-rutina ġdida kienet stressanti għal kulħadd, imma b’mod meta qed isir ix-xogħol tal-iskola, billi jagħżlu huma stess liema attivitajiet ser jagħmlu l-ewwel, u oħrajn iktar tard. L-iskemi tal-ħin viżwali (visual timetables) jew listi speċifici oħrajn jistgħu wkoll Huwa importanti ferm li l-ġenituri joqogħdu
speċjali għal dawk it-tfal u ż-żgħażagħ kollha bl-awtiżmu li jsibu diffikultà jaċċettaw ċertu bidliet fir-rutini tagħhom. Għaldaqstant, huwa importanti li l-ġenituri jibqgħu jsibu l-ħin biex jgħinu lit-tfal tagħhom jifhmu x’inhu jiġri, u x’għandhom jistennew li jigri minn ġurnata għall-oħra. Dan jista’ jgħin lit-tfal jaddattaw u jkomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom waqt dawn iz-zminijiet.
Tfal bl-awtiżmu jistgħu jsibu problemi biex jifhmu xi jkun għaddej, jew minħabba diffikultajiet fil-lingwa u komunikazzjoni, ma jkunux jistgħu jesprimu l-biżgħat jew il-frustrazzjonijiet tagħhom. B’hekk huwa importanti li l-ġenituri jitkellmu mat-tfal tagħhom dwar il-Covid19 b’mod sempliċi li t-tfal jew iz-żgħażagħ jistgħu jifhmu. L-ispjegazzjoni għandha tkun ċara, qasira, diretta u onesta. Bħal pereżempju: “Il-Coronavirus huwa mikrobu. Jikkaġuna l-marda tal-Covid19. Jista' jagħmel lin-nies morda ħafna. Għandna bżonn naħslu idejna spiss, nilbsu l-maskri u nżommu d-distanza minn xulxin biex nibqgħu f’saħħitna”.
Hemm xi pariri siewja oħrajn li tixtiequ taqsmu ma' ġenituri ta' tfal bl-awtiżmu, li jgħinuhom biex jistabilixxu rutina ġdida waqt dan iż-żmien ta' pandemija globali?
Ir-rutina hija sors ta’ sigurezza u kumdità għat-tfal kollha, imma wisq iktar għal dawk il-persuni bl-awtiżmu, allura huwa importanti li l-ġenituri jagħmlu mezz li jżommu r-rutina fid-dar.
Pereżempju, huwa vitali li kemm jista' jkun, iżommu l-istess ħin ta' rqad u qawmien filgħodu, ħin tal-ikel jew 'snacks', għall-użu tat-tablet jew it-televiżjoni, kif ukoll ħin għax-xogħol tad-dar, jew rutini oħra bżonjuzi fid-dar. Din ir-rutina issa se jkollha bżonn tinkludi wkoll ix-xogħol tal-iskola, il-ħin ta’ mistrieħ u l-eżerċizzju.
Meta possibbli, għandhom dejjem jgħinu lit-tfal tagħhom billi jgħinu lit-tfal jagħrfu x’inhu mistenni minnhom, filwaqt li dawk il-ftit minuti ta’ twissija jgħinuhom iktar waqt ċerti bidliet li issa huma mitlubin jagħmlu f’xi attivitajiet ġodda.
Fl-aħħar nett, naħsbu illi billi żżommu mar-rutina li tkunu għamiltu flimkien, u billi tfiehmu sew lit-tfal tagħkom x’inhu mistenni minnhom, tistgħu tgħinu wkoll sabiex titnaqqas l-ansjetà fil-membri talfamilja, f’dan il-perjodu tant diffiċli għal kulħadd. jtuhom ftit għażliet. Pereżempju, billi jagħżlu x’se jieklu, jew
attenti għall-bidliet fl-imġiba tat-tfal tagħhom tul dan iż-żmien ta' pandemija, (bħal imgiba li turi frustrazzjoni jew dwejjaq) għaliex jaf li t-tfal ikollhom bżonn iktar għajnuna mis-soltu.
Jekk tixtieq issegwi l-health blog ta’ Dr Georgiana Farrugia Bonnici, tista’ tagħmel dan billi żżur u tagħmel ‘like’ fuq din il-paġna ta’ Facebook: ×Be Holistically Healthy, MD× - www.facebook.com/be.heart.healthy
Għal aktar informazzjoni dwar diversi professjonisti minn Therapy Works Clinic, tistgħu wkoll żżuru s-sit: www.therapyworks.com.mt
Kollaborazzjoni miġjuba lilkom minn: Dr Georgiana Farrugia Bonnici, BSc (Hons) Rad; M.D. (Radjografa u Tabiba) Dr Etienne Grech, MMCFD, MP (Tabib tal-Familja u Membru Parlamentari) U Dr Madeline Duca, B.Psy (Hons) (Melit.), D.EdPsy (Lond.) (Psikologa fl-ambitu talEdukazzjoni, t-Tfal u z-Żgħażagħ, li tagħmel parti wkoll mit-tim ta’ Therapy Works Clinic)
IRBAĦ €1,000 MA’ GWIDA 2 / 6
Kull ma trid tagħmel hu li ġġemma’ 6 kupuni – wieħed minn kull edizzjoni tal-Gwida li ser joħorgu din is-sena, jigifieri: KUPUN 1: Mill-edizzjoni ta’ LULJU, KUPUN 2: Minn din l-edizzjoni ta’ AWWISSU (li jidher hawn taħt) KUPUN 3: Mill-edizzjoni ta’ SETTEMBRU, KUPUN 4: Mill-edizzjoni ta’ OTTUBRU KUPUN 5: Mill-edizzjoni ta’ NOVEMBRU, KUPUN 6: Mill-edizzjoni ta’ DIĊEMBRU
Kupun 2 – AWWISSU 2020 Irrispondi billi timmarka r-risposta li tapplika għalik.
Ibgħat is-sitt kupuni flimkien f’Diċembru
Issegwi x’jagħmel Ben Camille? Iva fuq Facebook Iva fuq Instagram Iva fuq it-televiżjoni Le
Tiddejjaq jekk preżentatur Malti jagħmel intervista bl-Ingliż lill-persuni Maltin? Iva Le
Taqbel li ġenituri jitfgħu ritratti ta’ wliedhom fuq il-mezzi soċjali?
Iva ma nara xejn ħażin Le mhux sew Le imma personalitajiet jistgħu jagħmlu li jridu.
Ibgħat dan il-kupun flimkien mal-5 l-oħra sal-31 ta’ Diċembru 2020 fuq GWIDA, KOMPETIZZJONI, Content House, Mallia Buildings, 3, Level 2, Triq In-Negozju, Zone 3, Central Business District, Birkirkara, CBD 3010
ALFIE’S
Hair & Beauty