Tagħrif tat-tabiba u l-psikologa
RUTINA ĠDIDA GĦALL-PERSUNI BL-AWTIŻMU X'inhi eżatt l-kundizzjoni tal-awtizmu, u minn meta tista' ssir id-dijanjosi? L-awtiżmu, jew l-‘Autism Spectrum Disorder’ (ASD), jirreferi għal firxa wiesgħa ta' kundizzjonijiet ikkaratterizzati minn disturbi ta’ ħiliet soċjali, imġiba ripetittiva, u diffikultà fid-diskors u komunikazzjoni mhux verbali. Huwa magħruf li m'hemmx tip wieħed t’awtiżmu iżda diversi sottotipi, li huma l-iktar influwenzati minn taħlita ta' fatturi ġenetiċi u ambjentali. Għaldaqstant, minħabba li l-awtiżmu jinfirex f’forma ta’ spettru, kull persuna bl-awtiżmu għandha sett distint ta' diffikultajiet jew sfidi li trid taffaċċja. Il-modi li bihom nies bl-awtiżmu jitgħallmu, jaħsbu u jsolvu l-problemi jistgħu jvarjaw minn kapacità għolja għal sfidi severi. Xi nies bl-awtiżmu jistgħu jeħtieġu appoġġ sinifikanti fil-ħajja ta’ kuljum tagħhom, filwaqt li oħrajn jistgħu jkollhom bżonn inqas appoġġ u f'xi każijiet, jgħixu kompletament b'mod indipendenti. Indikaturi klinici tal-awtiżmu ġeneralment jibdew jidhru minn sentejn jew tliet snin. Xi dewmien fl-iżvilupp tat-tfal jista' jidher saħansitra aktar kmieni, u għaldaqstant, jista’ jkun li ssir id-dijanjosi iktar kmieni, mit-18-il xahar tal-ħajja. Ir-riċerka turi li l-intervent bikri eventwalment iwassal għal riżultati pożittivi aktar tard fil-ħajja għal nies bl-awtiżmu. Il-kawża eżatta ta' disturbi fl-ispettru tal-awtiżmu għadha mhux magħrufa, iżda m’hemm ebda evidenza li t-titqiba tal-MMR li tingħata kmieni lit-trabi kollha għandha xi rwol fil-kaġun tal-awtiżmu.
46 GWIDA Awwissu 2020
Lil min l-iktar li tolqot din il-kundizzjoni, u x'inhuma s-sintomi? Id-disturbi fl-ispettru tal-awtiżmu huma firxa ta' disturbi taliżvilupp newrosoċjali li huma kkaratterizzati prinċipalment minn nuqqasijiet fil-funzjoni soċjali u diffikultajiet filkomunikazzjoni. Is-sintomi jistgħu jinkludu enfasi intensa fuq oġġett wieħed, nuqqas ta' rispons, nuqqas ta' ftehim għas-sejħa ta’ bżonnijiet (bħat-ton tal-vuċi jew tal-lingwa tal-ġisem), movimenti riġidi jew ripetittivi, jew imġiba awtoabbużiva bħat-tisbit tar-ras, jew insistenza għal rutina jew modi ta' kif isiru ċertu affarijiet fil-ħajja tagħhom ta' kuljum. Is-severità ta' dawn is-sintomi jaf tvarja fost l-individwi affettwati. Sintomi oħra jaf jinkludu li titgħallem titkellem relattivament tard, li ma jilagħbux b’mod interattiv ma' tfal oħra, l-evitar ta’ kuntatt mal-għajnejn, in-nuqqas ta' empatija, u l-iżolazzjoni soċjali. Tfal bl-awtiżmu li ma jiżviluppawx ħiliet lingwistiċi biżżejjed jistgħu jaġixxu wkoll bi twerżiq jew biki, biex jesprimu l-bżonnijiet tagħhom. Huwa importanti li wieħed jinnota li n-nies li għandhom l-awtiżmu jistgħu jvarjaw ħafna fillivell ta’ funzjonament tagħhom, u mhux in-nies kollha li għandhom din il-kundizzjoni jesperjenzaw is-sintomi kollha elenkati. Is-sintomi bikrija u s-sinjali fit-trabi jistgħu jvarjaw, iżda jistgħu jinkludu tnaqqis ta' kuntatt mal-għajnejn billi jkunu