14 minute read
Phyllissienne Brincat tgħammed lil Rebecca Paris fil-Bajja San Ġorġ
from GWIDA August 2020
PHYLLISIENNE TGĦAMMED FILBAJJA SAN ĠORĠ "Qaltli Phyll għada jien irrid nitgħammed"
Kien it-22 ta’ April għall-ħabta tat-15:30 ta' filgħaxija, meta Pyllisienne għammdet lill-attriċi Rebecca Paris. Rebecca hi magħrufa fuq id-drama Division 7 fejn tinterpreta l-parti ta’ Maryanne.
Advertisement
Tkellimna ma' Phyllisienne li qaltilna li din kienet l-ewwel esperjenza tagħha li tgħammed lil xi ħadd. Tgħidilna li s-soltu l-magħmudija ssir minn pastor, iżda minħabba li l-pastor għandu 'l fuq minn 65 sena ma setax joħroġ middar. B'hekk, tistqarr magħna, “Ġejna assistiti minn fuq il-mobile minn Pastor Vince Fenech tal-Full Gospel Praise Centre."
“Li ġara, f’dan iż-żmien, il-Mulej qed jużani aktar mis-soltu biex inxandar il-kelma tiegħu. Ħafna nies qed iduru lejh,” tgħidilna Phyllisienne. Fiż-żmien tal-Covid-19 qassmet diversi kopji tal-bibbja – għax ħafna xtaqu li jaqraw ilkelma t’Alla – bħala parti mill-qadi ta’ dmirha lejn il-Mulej għax, “Fejn jibgħatni nservih immur”.
Kollox ġara fl-aħħar ftit sigħat tal-għeluq snin il-kantanta Phyllisienne meta marret fuq Facebook LIVE u qassmet ħolma li kellha. “Kont qiegħda Facebook LIVE, ħmistax qabel il-magħmudija; kont ħlomt żewġ ħolmiet li għalija tahomli l-Mulej u xtaqt naqsamhom. Ma stajtx noqgħod. Fl-aħħar stajt nispjega dawn il-ħolm li kelli, li qed nara li Malta ser tinħeles minn dan il-virus u ħassejt vera paċi u ridt ngħidilhom lill-Maltin biex ma naqtgħux qalbna u nduru lejh u nitolbuh maħfra u naċċettawh. Għax hemm ħafna li jemmnu fi Kristu imma mbagħad turihom x’jgħid Kristu u jiġu bl-imma. Fl-aħħar għedtilhom dawk li jixtiequ jiġu għand il-Mulej, jgħidu din it-talba miegħi. Rebecca kienet qed issegwini u l-għada ċemplitli. Kienet qed tibki u qaltli li kienet qed tħoss xi ħaġa bħal toqol jinħeles u raqdet fil-fond dak il-lejl.”
Minn hemm Phyllisienne u Rebecca bdew il-proċess lejn il-magħmudija, b’Phyllisienne tgħidilha x’jgħid il-Mulej skont il-kelma tiegħu. Minn dakinhar għaddew ħmistax u kien wasal għeluq snin il-kantanta Phyllisienne. “Fl-aħħar ta’ għeluq snini għaddejt minn esperjenza ġdida, bil-qawwa tal-Mulej. Rebecca bdiet tibki u qaltli, ‘Phyll għada jien irrid nitgħammed, jekk jogħġbok għammidni’. Dan kien kważi nofsillejl.”
Saqsejna lil Phyllisienne: xi tfisser il-magħmudija għall-Born Again Believers? “Il-magħmudija tfisser li inti mitt ma’ Ġesu, erġajt irxuxtajt, kreazzjoni ġdida u minn hemm turi lid-dinja u lix-xitan li inti m’għadekx max-xitan imma sirt ta’ Kristu. Imma din il-ġibda ġo fik li tixtieq titgħammed jagħtihielek l-Ispirtu s-Santu li jkun diġà daħal fik meta inti tkun stedint lil Ġesu ġo qalbek,” tgħidilna Pyllisienne.
Dak iż-żmien Malta kienet taħt lockdown parzjali u qajla stajna noħorġu, iżda Phyllisienne kkwotat mill-Bibbja, Ġakbu Kapitlu 4 vers 17: “Jekk mela xi ħadd jagħraf it-tajjeb
li għandu jagħmel u ma jagħmlux, jagħmel dnub.” Kien għalhekk li Phyllisienne aċċettat l-istedina ta’ Rebecca. “Jekk aħna nħossu li għandna ngħammdu lil din il-persuna, jekk ma nagħmluhiex tkun dnub.” Staqsejnieha wkoll għaliex ma setgħetx tgħammed ġo xi mkien ġewwa, u l-kantanta weġbitna, “Huwa importanti ħafna li – skont il-kelma t’Alla – l-magħmudija ssir fejn hemm ħafna ilma. Ġo dari, banju żgħir għandi, u s-soltu dejjem hemm nagħmlu l-magħmudija, fil-baħar. Iċ-ċelebrazzjoni ssir quddiem in-nies.” L-għażla tal-post fejn Rebecca Paris kellha titgħammed kienet tagħha, “Hi għażlet il-post għax qalet li tixtieq titgħammed fejn kien tmur qabel u issa riedet turi li hemmhekk m’għadnix tax-xitan imma saret tal-Mulej.’ Dik kienet ix-xewqa tagħha; li tmur fil-Bajja San Ġorġ. Riedet li jkollna tifkira u hi xtaqet li tkun onlajn għax riedet turi l-Mulej x’qed jagħmel magħha. Ma tistħix u ma tibżax, dawk huma proprja l-Born Again Believers. Dak li qalilna nsiru Ġesù!”.
F’dak il-mument li għammditha, Phyllisienne tgħid li kienet l-isbaħ esperjenza. “Jien kont mingħajr nuċċali, u hi qaltli li tgħidx kemm kien hemm bram madwarna. F’nofs il-bram konna aħna. Ara x’qawwa jagħtik il-Mulej ta! Hi rathom imma jien ma rajthomx. Lanqas li kieku, lanqas kont nibża’, imma din hekk ġralha, ma beżgħetx! Ara naqra x’qawwa jagħtina l-Ispirtu s-Santu. Irid li jkollok kuraġġ għax li timxi wara Kristu mhux ċajta lanqas. Trid tkun ġo fihom biex tkun taf x’qed ngħid għax il-bqija, għad-dinja aħna boloh”. Min jaf lil Rebecca Paris kulħadd jgħidlek kemm tibża’ mill-baħar ħabba l-bram. Rebecca tgħidilna li l-baħar ifisser fiduċja, “Sinjal minn Alla biex jara kemm nafdaH”. Rebecca tgħidilna li, “Jien kont atea u qatt ma kont naf li jeżisti la Alla u qass ix-Xitan. Kelli sejħa diretta minn Alla fejn smajtu jsejjaħli b’ismi u b’forza qawwija qajjmitni minn ħolma stramba. Leħnu instema’ ċar u bqajt iċċassata. La urini li vera jeżisti jien mhu ħa niċħdu qatt. Salvali ħajti mill-għadu”.
Pyllisienne tgħid li ilha taf lil Rebecca snin u tqisha bħala waħda mit-tfal tagħha. Kienet għalliema tagħha meta kienet żgħira u minn dejjem kienu ħbieb. “Jien dik hija bint u omm, u nafha personali għax kont ngħallimha tkanta lil Rebecca. Ilni nafha snin u qisni omm għaliha.”
Tagħlaq l-intervista billi tgħid, “Aħna għandna nobdu l-awtorità. Ma rridux nagħmlu xi ħaġa kontra l-liġi iżda mbagħad hemm il-liġi t’Alla li Alla jrid ikun ġo fina l-ewwel f’ħajjitna. Issa jien nobdi lilu għax hu l-ewwel f’ħajti. Hu jipproteġina għax hu stess qalilna.” Phyllisienne tħeġġeġ lin-nies biex iduru lejn Alla.
Ritratt: JJ Chircop Photography
EPISODJU 3/ L-EWWEL STAĠUN DAK LI MITLUF U DAK LI MISJUB (It-Tielet Parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Lydia:
Lilly:
Lydia:
Lilly:
Lilly:
Lydia:
Lilly:
Lydia:
Lilly:
Lydia:
Lilly:
Lydia:
Lilly:
Lilly:
Lydia:
Lilly: X’ġara s’issa?
Alvio kien serraħ id-djarju ta’ Lydia minn fuq ħoġor it-tieqa. Jeffrey kien qed jieħu lit-tifel tiegħu bil-moħbi tal-mara fil-Music Hall biex idoqq. Bis-saħħa ta’ Lilly, Lydia issa bdiet taħdem bħala barmaid fi Strada Stretta u qed tgħallimha kif tista’ żżid il-laned. Luċija s-seftura kienet għamlet minn kollox biex issib l-ittra li kienet ħallitilha Lydia ħalli tagħtiha lil Mario.
Mill-appartament ta’ Lilly bdiet tinstema’ mużika tal-ħamsinijiet. Lilly kienet diġà lesta u ppreparata għal-lejla ta’ ħidma ġol-bar. Medhija tkanta u ddellek il-lipstick filwaqt li tkanta mal-mużika li ħierġa mir-recorder. Mill-banda l-oħra, Lydia kienet qed tipprova tagħmel xagħarha. Kienet drat id-dar tagħha tagħmlilha kollox Luċija, iżda kienet tgħallmet tagħmel xi ħaġa. Sintendi x-xagħar li kienet taf tagħmel Lydia kien ta’ ċertu klassi tas-soċjetà u ma jmurx mal-istil li jkun hemm fil-bar ta’ Strada Stretta. Lanqas laħqet ratha Lilly li ma marritx twaqqafha.
X’qed nagħmel ħażin?
Ittellax xagħrek ta. Qisu tax-xjuħ!
Mela kif nagħmlu?
Mhux tħallih imniżżel ...hekk ħa ara kemm inti ħelwa bih imniżżel. Isma’ trid taħdem għal-laned ruħi ta, ma jiġux waħidhom.
Il-laned kienu metodu prattiku u legali ta’ kif dawn il-barmaids kienu jagħmlu l-flus. Aktar kemm ilbaħrin jixtru xorb lil dawn it-tfajliet aktar jaqilgħu flus. Dawn it-tfajliet kienu joqogħdu jitkellmu mal-baħrin, idaħkuhom, iġibulhom id-drinks. Fl-aħħar kienu jridu jagħtu l-laned lil sid il-post jew inkella l-persuna wara l-bar, u jibdel il-laned fi flus. Aktar kemm ikun ħadu drinks aktar ikollhom laned li jissarrfu fi flus. It-tfajliet riedu jkunu rreġistrati u kien ikollhom badge sabiex kollox ikun legali, inkella kienu jaqilgħu multa. Kien hawn li Lilly rranġat lil Lydia bl-aħjar mod għal barmaid u ħarset lejha.
Tajjeb! Tixraqlek ta ħi ta’ barmaid fi Strada Stretta.
Ma taħsibx li nidher naqra stramba imma?
Stramberiji rajt kemm trid f’ħajti ruħi, m’għadni nieħu xejn bi kbir.
Imma jkollok tammetti li nidher ftit stramba ħdejkom.
Differenti hux! Imma Polly issa għaqqditna, għandha għal kull gosti ħi.
Lydia ma kinitx konvinta b’dan ix-xogħol il-ġdid. Ma ninsewx li hi kienet il-ħin kollu tistudja u ċertament qatt ma ħolmot li kienet ser issir barmaid. Ħarset lejn il-mera u rrealizzat li ħajjitha nbidlet ferm fi ftit ġranet.
Ara jien ukoll ...Lydia Vella Hauton, barmaid Strada Stretta.
U jien Lilly, dukessa ta’ villa Ambrosjana, sa fl-aħħar naqra u nikteb.
Ifhem baqagħlek ftit.
Kompli hemm int ma ngħidlekx x’baqagħli, ilħaqt sinjorina barmaid Strada Stretta. (filwaqt li t-tnejn infexxew jidħqu)
Ejja ħa mmorru ta għax jibda jimtela l-ħanut. Tlaqna.
Qabel ma telqu, Lydia fittxet id-djarju personali tagħha, imma ma sabitux fejn kienet tagħmlu s-soltu.
Id-djarju tiegħi fejnu? Rajtu?
Issa ħa tfittxu? Sarilna l-ħin, ejja ħa mmorru. Mhux hawn irid ikun, fejn tridu jmur lanqas li rabba s-saqajn. Ejja mmorru u fittxu wara.
EPISODJU 3/ L-EWWEL STAĠUN
DAK LI MITLUF U DAK LI MISJUB
(It-Tielet Parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Lydia:
Jeffrey:
Pawlu:
Jeffrey:
Pawlu:
Jeffrey:
Pawlu:
Jeffrey:
Pawlu:
Jeffrey:
Pawlu:
Julia:
Sylvana:
Għandek raġun, tant drajt inġorru miegħi kullimkien ...insomma tlaqna.
It-tfajliet ħarġu u ħallew lil Alvio waħdu d-dar. Fil-kumdità kollha seta’ jqalleb kemm irid fid-djarju ta’ Lydia u jara x’kienet qed tikteb. Kienet lejla brijuża fi Strada Stretta hekk kif il-Music Hall kienet ippakjata bin-nies, kollha baħrin jidħqu u jixorbu filwaqt li jiċċaċraw mat-tfajliet. Jeffrey kien qiegħed fuq is-saxaphone u ibnu Victor kien kuntent qed idoqq id-drums. Xejn ma jista’ jiddeskrivi wiċċ Pawlu, sid is-sala li vera kien qed jieħu pjaċir bl-andament tasserata. Iħares u jammira liċ-ċkejken Victor li bit-talent tiegħu qed jagħti ħafna pjaċir lill-baħrin. “Wonderful drummer boy” beda jiftaħar Pawlu magħhom, filwaqt li jċapċap. Victor kien kuntent se jtir, mhux talli seta’ jqatta’ ħin ma’ missieru imma talli seta’ jdoqq l-istrument favorit tiegħu. Il-kanzunetta ntemmet u Jeffrey għajjat lil ibnu ħdejh.
“Ejja Victor! Ejja sabiħ ...Ara xi jċapċpulek!”. (Ra li wieħed mill-mużiċisti għandu kappell, ħadulu u tah lil Victor sabiex imur man-nies ħalli l-baħrin jagħtuh l-flus. Lil Victor kienu jħobbuh u dan l-esperiment ħadem sew! Trid tarah kemm kien eċitat idur mal-baħrin filwaqt li jikkumplimentaw għas-serata li kien ta flimkien mal-banda. “Here you go you little devil drummer! Good Job!” bdew jgħidulu. Jeffrey kien wisq kburi b’Victor dak il-ħin.
Dak stilla ħa jsirlek dak it-tifel.
Iva imma diġà qed ikolli l-problemi m’ommu.
Għala? Indunat?
Jien għedtilha li qed inniżżlu l-maħżen biex jarma l-karrijiet tal-Karnival. (it-tnejn infexxew jidħku għal din il-gidba faħxija)
Tajba din. U emmnitek!
Emmnitni, imma tridni naqtagħlu xorta, għax filgħodu problemi kbar qed jagħtiha biex iqum.
Daqshekk għamel jidħaq Pawlu, wiċċu sserja. Beda jistaqsi lil Jeffrey jekk kienx qed jitolbu aktar, imma dan ma kellux hekk f’moħħu. Kien vera li beda jitħasseb fuq l-aġir ta’ Victor filgħodu, apparti li ma riedx jispiċċa fl-inkwiet mal-mara.
Inti għalissa ibqa’ ġibu hekk, imbagħad mad-daqqa niżfnu. L-importanti li t-tifel ma taħrablux xi kelma.
Le ma tarax, daqskemm indum navżah. U jobdi ta, niggustah! Għax jaf li ma jibqax jiġi nkella.
Ara wiċċu kemm hu ħelu. Jidher li fis-seba’ sema qiegħed. Mur għidlu jieqaf! Dik għidilha l-mara!
Victor dar is-sala kollha u għajtulu biex jerġa’ jitla’ fuq il-palk ħalli jkomplu. Kien wisq ferħan li rnexxielu jiġbor kemxa mhux ħażin. Missieru wiegħdu li ser jixtrilu landa ħalli jżomm il-flus hemm u jġemmagħhom. Sintendi Victor kien fis-seba’ sema għax issa kellu l-ewwel flus tiegħu.
Eżatt bħalma kienu Sylvana u Julia, fis-seba’ sema għax kienu reġgħu ltaqgħu ħalli jkomplu jaqraw id-djarju li kienu sabu. Issa ninsabu fl-2015 fejn f’kafetterija nġabru dawn it-tnejn eċitati u ħerqanin biex ikomplu jiskopru. Kienu għamlu photocopies tad-djarju biex ikunu jistgħu jaqraw separatament. Kull ċans li kien ikollha Julia kienet tintefa’ taqra. Bejnietna anke fuq ix-xogħol kienet tintefa’ taqra u tħalli lil kulħadd bil-kurżità ta’ liema ktieb qed taqra. Sylvana l-istess bħala kienet iffissata fuq id-djarju. Riedu akkost ta’ kollox isibu lil xi ħadd li jissemma fid-djarju. Kien għalhekk din l-urġenza biex Julia tiltaqa’ ma’ Sylvana ħalli jiftiehmu fuq ir-riċerka.
Naħseb li nista’ nirranġa ma’ ħabib li dan l-aħħar qed jaħdem ma’ kumpanija privata fuq dawn l-affarijiet. U jekk ngħidlu ma naħsibx li jgħidli le. Dan qabel pulizija kien jaħdem ukoll jiġifieri tajjeb f’xogħlu.
Sylvana kienet ilha tisma’ fuq dan il-pulizija għax Julia kienet iffissata fuqu. Jismu Christopher u Julia baqgħet ħbieb miegħu. Biss ftit qabel kien żiedha bħala ħabiba fuq Facebook!
Timing tajjeb ...ma nagħmlux mod issa jkun irid jitħallas mod ieħor hux?
EPISODJU 3/ L-EWWEL STAĠUN DAK LI MITLUF U DAK LI MISJUB (It-Tielet Parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Julia:
Julia:
Lilly:
Lydia:
Lilly:
Stella:
Lydia:
Stella:
Lydia:
Stella:
Lydia:
Stella:
Wiġi:
Luċija:
Wiġi:
Luċija:
Wiġi:
Eh l-ewwel darba jien tlaqtu, naħseb induna li ma tantx inħobb irbit.
It-tnejn infexxew jidħqu u komplew jitkellmu fuq ir-relazzjonijiet tagħhom. Sylvana qaltilha fuq l-għarus tagħha Adam li ma kienx kuntent fuq xogħlu minħabba li kien hemm xi kollegi qed jagħmlulu l-bsaten fir-roti. Ma kinitx kelma, Julia ftakret fi Stella mid-djarju ta’ Lydia.
Eh kif qed issemmi din! Safejn wasalt? Qrajt fuq dik Stella? Tidher bitch ta’ veru. Tagħmlilha il-bsaten fir-roti fuq ixxogħol ...hawn ara xi mkien hawn qiegħda. (filwaqt li newlet il-photocopies li għamlet u komplew jaqraw)
Din Stella ma tantx kienet tniżżilha lil Lydia. Kienet taħdem fil-bar magħha ta’ Poly. Lanqas kienet tidħol Lydia li ma tibdiex tqarras wiċċha din Stella. Polly kienet qed titħaddet ma’ Reno filwaqt li tferra’ d-drinks. Lilly kienet lemħet baħri ġej fid-direzzjoni tagħhom.
Ara dak, ma qalax għajnejh minn fuqek minn meta dħalna, mur ħdejh.
Naqbad inkellmu jien?
Issa dawn l-affarijiet int trid tibda tinduna bihom ta, ħa tkun taf xi klijenti tiġbor. Ħaddem moħħok. Trid tgħin ruħek biex Alla jgħinek. Mur!
Lydia obdiet, marret kollha eċitament tkellmu, iżda bil-fixkla qalbet id-drinks li kien hemm fuq il-mejda. Ma kienx mument li marret fuqu! X’kisra! Damet tiskuża ruħha mal-baħri, iżda dan ma kienx jimporta għalih, anzi mar iġib drinks oħra. Għall-bidu Lilly kienet ftit inkwetata iżda mbagħad kompliet mal-klijenti tagħha. Sakemm dan il-baħri mar jordna drinks ġodda, Stella poġġiet ħdejn Lydia. B’wiċċ ta’ ħabiba u ġentili kellmet lil Lydia.
Tajba tajba. Isma’ ...Polly qaltlek ma tinżlilhiex sa isfel iġġibilha kaxxa whisky hux?
Jien?
Hawn ta, fil-kantina! Żewġ minuti kollox, kemm tinżel u titla’.
Ma tistax tmur int?
Jien għandi l-klijent ukoll. Lili qaltli ngħid lilek. Forsi biex tippruvak minħabba li għadek ġdida, jien naf. Mhux aħjar tmurilha.
Ħa mmur ...imma jekk jilħaq jiġi.
Mur serraħ moħħok. Issa ngħidlu jien; jistenniek filkas.
Lydia niżlet isfel fil-kantina, iżda din kollha kienet nasba ta’ Stella. Lanqas laħqet niżlet li ma sakkrithiliex il-bieb. Lydia li semgħet il-bieb jingħalaq telgħet tiġri tipprova tiftħu imma għalxejn. Tipprova tgħajjat “iftħuli, iftħuli” iżda bil-mużika għolja ħadd ma semagħha. Stella mxiet b’passi seduċenti u bi tbissima ta’ makakka, kien irnexxielha għal dik is-serata teħles minn Lydia.
Fil-palazz, Luċija u Wiġi kienu qed jirranġaw xi basktijiet fil-kċina. Luċija kienet kwieta aktar mis-soltu. Wiġi induna li kien hemm xi ħaġa li mhux tgħidlu u prova jaqbad argument.
Tal-inqas smajt darba minni u ħallejtha tmut din l-istorja ta’ Lydia.
Moħħ biex naħseb għandi bħal kulħadd Wiġ. M’għandix bżonnok tgħidli x’nagħmel.
Jaqaw? Luċija m’għamiltx xi waħda minn tiegħek hux?
Diġà għedtlek. Moħħ għandi, u nagħmel dak li nħoss li hu sew, mhux dak li inti taħseb li hu sew għalija.
Mhux togħġobni kif qed tirraġuna. Nafek biżżejjed. Għalhekk kont daqshekk kwieta llum.
EPISODJU 3/ L-EWWEL STAĠUN
DAK LI MITLUF U DAK LI MISJUB
(It-Tielet Parti)
Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino
Luċija:
Wiġi:
Luċija:
Wiġi:
Luċija:
Polly:
Lilly:
Lydia:
Polly:
Angela:
Oscar:
Oscar:
Angela:
Oscar:
Kelli bżonn naħseb! Fuq affarijiet mitlufa Wiġ.
Inti għall-ittra ta’ Lydia qed terġa’ tgħid?
L-ittra ma sibthiex. Serraħ rasek imma sibt xi ħaġa oħra li nkwetatni.
Dħalt tgerfxilha fl-affarijiet? Madonna tal-ħniena ħa nigdem idejja.
Luċija assiguratu li kollox ħalliet f’postu, iżda dan ma riedx jisma’ bil-bawxata ta’ Luċija. Lis-Sinjura Wiġi kien iħobbha u xogħlu ma xtaqx li jitilfu.
X’sibt ħa nżommu għalija, la inti daqshekk konvint li ma trid tgħin lil ħadd. Jien ħa nbiddlilhom l-ilma tal-banju u nitla’ norqod. (Luċija titlaq u tħalli lil Wiġi nkwetat)
Sadanittant fil-bar ta’ Polly, Lilly kienet qed tkompli mal-baħrin iżda fuqha ġiet Polly inkwetata. Staqsietha fuq Lydia għax ma kinitx qed taraha. Lilly assigurata li kienet hemm ftit ilu.
Taf kemm ilu jistennieha dak. Dawn il-kummiedji qed idejquni Lilly, li ma lħaqtx irreġistrajtha kont ngħidlek nibgħatha ’l hemm.
Imma żgur ġralha xi ħaġa ta. Mhux ser titlaq hekk. Ħallini ħa nfittixha.
Stella hemm kienet tieħu pjaċir bil-kommossjoni. Lilly bdiet tfittex lil Lydia, sa ħarġet barra tgħajtilha. Lydia li kienet qatgħet qalbha li xi ħadd ser jismagħha indunat li kienu qed ifittxuha u għajtitilhom. Pronti fetħu l-bieb u staqsewha x’marret tagħmel hemm isfel.
Stella qaltli li Polly tridni nġibilha x-xorb. Kif inżilt hawn ingħalaqt ġewwa...
Waqt li kienet qed tispjega ruħha, indunat li dan kien kollu pjan ta’ Stella biex teħles minnha. Iżda Polly kienet irrabjata u ma riditx tifhem.
Jiena lil Stella ma għedtilha xejn minn dan. Ix-xorb Reno jieħu ħsiebu. Mur kompli ma’ dak. Taf kemm ilu jistenniek?
Stella ħarset b’wiċċ ta’ sodisfazzjon, tbissmet lil Lydia bħal speċi qaltilha, “Irranġajtek!”, Lydia li issa indunat bl-aġir viljakk ta’ Stella rreġistrat li issa għandha x’tieħu ħsieb. Polly ħarset lejn wiċċ Stella u indunat li dan kien kollu pjan ta’ Stella. F’dik il-lejla, Oscar sellem lil xi ħbieb mill-iskola tal-Arti wara li kienu lesti mil-lezzjonijiet u ħabat ma’ Angela, it-tfajla li kellu grazzja magħha. Tkellmu ftit fuq l-iskola u Oscar sar jaf li Angela skola ma kienet taf xejn. Dakinhar kien xogħol ftit tard ħalli ma jagħtux fl-għajn tal-Pulizija minħabba li l-ġurnata ta’ qabel kienu qatlu tfajla. Assigurat lil Oscar li hi mħarsa sew għax il-kap tagħha Iris ikollha l-irġiel biex jieħdu ħsiebhom għal li jista’ jinqala’. Kif ftakret f’dan tatu l-arloġġ sentimentali li kien ta lil Iris biex iħallas is-serata magħha. Staqsieha biex jerġgħu jiltaqgħu llum iżda qaltlu...
Lil Iris ma tistax ittiha l-istess arloġġ li suppost bih ħallastha lbieraħ le? Sakemm m’għandekx xi ħaġa oħra ta’ valur xi ttiha, aħjar toqgħod ’il bogħod minnha.
Imma jekk jirnexxili nsib xi ħaġa ...tistennieni?
Angela qaltlu biex ma jersaqx lil hemm u biex isib lil xi ħaddieħor. Għal Oscar din ma kinitx faċli għax kien iffissa sew. Iżda b’dak l-arloġġ Iris żgur ma tiħux pjaċir jekk jerġa’ jmur.
Meta ħa nerġa’ narak ...inħallsek naturalment ...agħtini ftit ċans insib ftit flus, nirranġaw prezz. Anzi agħtini prezz int. Niltaqgħu meta trid. Ċaw Oscar!
Le stenna! Angela! Angela! Kif ħa nirringrazzjak ta’ dan? (filwaqt li juriha l-arloġġ, imma din telqet u ħallietu hemm kważi mbikkem)