GWIDA August 2020

Page 62

Intervista

PHYLLISIENNE TGĦAMMED FILBAJJA SAN ĠORĠ

"Qaltli Phyll għada jien irrid nitgħammed" Kien it-22 ta’ April għall-ħabta tat-15:30 ta' filgħaxija, meta Pyllisienne għammdet lill-attriċi Rebecca Paris. Rebecca hi magħrufa fuq id-drama Division 7 fejn tinterpreta l-parti ta’ Maryanne. Tkellimna ma' Phyllisienne li qaltilna li din kienet l-ewwel esperjenza tagħha li tgħammed lil xi ħadd. Tgħidilna li s-soltu l-magħmudija ssir minn pastor, iżda minħabba li l-pastor għandu 'l fuq minn 65 sena ma setax joħroġ middar. B'hekk, tistqarr magħna, “Ġejna assistiti minn fuq il-mobile minn Pastor Vince Fenech tal-Full Gospel Praise Centre." “Li ġara, f’dan iż-żmien, il-Mulej qed jużani aktar mis-soltu biex inxandar il-kelma tiegħu. Ħafna nies qed iduru lejh,” tgħidilna Phyllisienne. Fiż-żmien tal-Covid-19 qassmet diversi kopji tal-bibbja – għax ħafna xtaqu li jaqraw ilkelma t’Alla – bħala parti mill-qadi ta’ dmirha lejn il-Mulej għax, “Fejn jibgħatni nservih immur”. Kollox ġara fl-aħħar ftit sigħat tal-għeluq snin il-kantanta Phyllisienne meta marret fuq Facebook LIVE u qassmet ħolma li kellha. “Kont qiegħda Facebook LIVE, ħmistax qabel il-magħmudija; kont ħlomt żewġ ħolmiet li għalija tahomli l-Mulej u xtaqt naqsamhom. Ma stajtx noqgħod. Fl-aħħar stajt nispjega dawn il-ħolm li kelli, li qed nara li Malta ser tinħeles minn dan il-virus u ħassejt vera paċi u ridt ngħidilhom lill-Maltin biex ma naqtgħux qalbna u

62 GWIDA Awwissu 2020

nduru lejh u nitolbuh maħfra u naċċettawh. Għax hemm ħafna li jemmnu fi Kristu imma mbagħad turihom x’jgħid Kristu u jiġu bl-imma. Fl-aħħar għedtilhom dawk li jixtiequ jiġu għand il-Mulej, jgħidu din it-talba miegħi. Rebecca kienet qed issegwini u l-għada ċemplitli. Kienet qed tibki u qaltli li kienet qed tħoss xi ħaġa bħal toqol jinħeles u raqdet fil-fond dak il-lejl.” Minn hemm Phyllisienne u Rebecca bdew il-proċess lejn il-magħmudija, b’Phyllisienne tgħidilha x’jgħid il-Mulej skont il-kelma tiegħu. Minn dakinhar għaddew ħmistax u kien wasal għeluq snin il-kantanta Phyllisienne. “Fl-aħħar ta’ għeluq snini għaddejt minn esperjenza ġdida, bil-qawwa tal-Mulej. Rebecca bdiet tibki u qaltli, ‘Phyll għada jien irrid nitgħammed, jekk jogħġbok għammidni’. Dan kien kważi nofsillejl.” Saqsejna lil Phyllisienne: xi tfisser il-magħmudija għall-Born Again Believers? “Il-magħmudija tfisser li inti mitt ma’ Ġesu, erġajt irxuxtajt, kreazzjoni ġdida u minn hemm turi lid-dinja u lix-xitan li inti m’għadekx max-xitan imma sirt ta’ Kristu. Imma din il-ġibda ġo fik li tixtieq titgħammed jagħtihielek l-Ispirtu s-Santu li jkun diġà daħal fik meta inti tkun stedint lil Ġesu ġo qalbek,” tgħidilna Pyllisienne. Dak iż-żmien Malta kienet taħt lockdown parzjali u qajla stajna noħorġu, iżda Phyllisienne kkwotat mill-Bibbja, Ġakbu Kapitlu 4 vers 17: “Jekk mela xi ħadd jagħraf it-tajjeb


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.