Oroskopju
IŻ-ŻODJAKU MA’ PAULJON
Tagħrif dwar iż-żodjaku Scorpio! Wasal ix-xahar ta’ Novembru, xahar li għalina l-Maltin ifisser ixxahar fejn niftakru aktar f’dawk l-għeżież tagħna; dawk li ħallew din id-dinja u marru lejn fl-eternità spiritwali. Dan huwa xahar li fih niftakru iżjed fil-memorji tagħhom, però għandna niftakru fihom is-sena kollha u proprju huwa għalhekk li dan ix-xahar ta’ Novembru jlaqqagħna ma’ żewġ żodjaki ferm sensittivi. Iż-żodjaku ta’ Scorpio u ż-żodjaku ta’ Sagittarius; żewġ żodjaki li jagħtuna dik is-sensittività u direzzjoni, iżda f’dan l-artiklu se nitratta dwar iż-żodjaku ta’ Scorpio. Scorpio (♏) jippreżenta s-simbolu tal-iskorpjun li (hemm dik l-espressjoni fejn jekk l-iskorpjuni ma jaslux b’rashom jaslu b’denbhom) huwa t-tmien żodjaku fil-kalendarju żodjaku. Dan iż-żodjaku ta’ Scorpio jaqa’ taħt l-element tal-ilma fejn flimkien maż-żodjaki ta’ Pisces u Cancer jifforma trio ferm pożittiv, trio li kapaċi joħloq tbissima, kapaċi joffri ideat ferm interessanti, kif ukoll prospetti dwar tkabbir fil-karriera jew proġetti. Iżda fuq kollox huma persuni li kapaċi joffrulek kumpanija u wisq aktar jgħinuk tħossok aktar sigur. Sfortunatament JEKK il-kalendarju żodjaku jkollu jbiddel ilformat tiegħu għal kif qed ikun propost, jiġifieri li isir bi 13-il żodjaku, sfortunatament iż-żodjaku ta’ Scorpio l-aktar li ser ikun milqut! Dan għaliex minn żodjaku normali ta’ erba’ ġimgħat kif inhu ffurmat fil-preżent ser ikun imqassam biss fuq perjodu ta’ 10 ijiem biss u ħafna minnkom ser tispiċċaw taħt xi titlu ta’ żodjaku ieħor! Fatt ieħor interessanti huwa li antiċipajna qamar kwinta uniku! Qamar ta’ darba kull dsatax-il sena li deher nhar is-Sibt 31 ta’ Ottubru waqt il-lejla tant magħrufa tal-Halloween! Fatt interessanti dwar dan il-qamar kwinta (jekk tliftu, ser jerġa’ ikun magħna fl-2039) huwa illi kellu d-dija tiegħu kaħlanija, flok dik id-dehra magħrufa safranija bi ftit ħamranija u bħala forma kellu dehra daqsxejn iżgħar! L-effett ta’ dan il-qamar kwinta fuq il-kalendarju żodjaku ser ikun varjat fejn ser joħloq tibdil għall-mod kif ser ikun imwassal it-tbassir. Ser jaffettwa l-imġiba tagħna nfusna b’mod speċjali, kif sejrin naħsbu u nippjanaw.
Barra dan ovvjament jasal ukoll dak il-qamar imsejjaħ bħala n-new moon li jibda mill-Ħadd 15 ta’ Novembru. Dan ukoll ikompli jġib ċertu ċaqliq, fosthom ċaqliq ta’ stabilità u regolarità f’dak li aħna ser ikun hemm bżonn inwettqu. Iż-żodjaku Scorpio din is-sena ser iġib bosta u diversi ċaqliq li mhux normali jseħħ, iżda żgur huwa ċaqliq importanti sabiex iwassalna lejn dak li huwa ferm utli għalina għax-xhur li aħna lkoll resqin lejhom! Fatti interessanti dwar il-karattru ta’ żodjaku ta’ Scorpio. L-iSkorpjuni huma magħrufin li jħobbu jsiefru u jivjaġġaw. Sfortunatament l-ewwel imħabba li jesperjenzaw tibqa’ filmemorja tagħhom. Iħobbu jkunu fil-kumpanija tal-ħbieb u jekk jista’ jkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni. Il-ħajja sesswali u romantika tal-iSkorpjuni hija mimlija passjoni mill-aktar profonda u din żgur tinżel tajjeb mal-partner. Meta l-iSkorpjuni jkunu f’sitwazzjoni ta’ tensjoni, jaraw kif jagħmlu sabiex iżommu l-madwar kemm jista’ jkun fi klima pożittiva. Il-privatezza ta’ dawn in-nies hija importanti ħafna għalihom tant li ħadd ma jitħalla jidħol fiha. Fatt magħruf huwa li l-iSkorpjun ser issibu hemm meta l-aktar għandek bżonnu. Nies famużi Maltin taħt iż-żodjaku ta’ Scorpio: Aurelio Belli, Michael Stivala, Howard Keith Debono, Mario Micallef, Fabian Scerri De Carlo, Mario Coleiro, Emmy Bezzina, Roger Tirazona, Dorothy Bezzina, Gianluca Bezzina, Julie Pomorski, Norman Vella, Simone Debattista, Samira Bezzina, Gordon Bonello, Mario Philip Azzopardi. L-aktar jum ideali għaż-żodjaku ta’ Scorpio huwa dak tat-Tlieta u evita l-Ġimgħa. L-aktar xahar ideali għalik huwa dak ta’ Mejju u evita Awwissu. Il-kristalli ideali għalik bħala Scorpio huma t-Topaz u Bloodstone. Jekk tixtieq aktar informazzjoni dwar iż-żodjaku personali tiegħek, kulma għandek tagħmel huwa li tibgħat ismek u d-data tat-twelid f’ittra postali u tindirizzaha hekk: PaulJon (GWIDA) Po Box 27 Paola jew żur is-sit tiegħi www.pauljon13.com u imxi mal-linji gwida. Namaste.
GWIDA Novembru 2020 77