6 minute read
Intervista ma’ Ike u Kaya – Ir-rappreżentanti ta’ Malta fil-Junior Eurovision
from Gwida December 2021
IKE U KAYA
Ser jirrappreżentaw lil Malta f’Pariġi għall-JESC
Advertisement
Ritratti: Jonathan Brincat
Ike u Kaya rebħu l-Malta Junior Eurovision u b’hekk ser jirrappreżentaw lil Malta f’Pariġi dan ix-xahar – proprju fid-19 ta’ Diċembru! Min-naħa ta’ dawn it-tnejn kollox hemm lest u preparat biex jesebixxu l-kanzunetta tagħhom My Home biċ-ċans li jirbħu dan il-festival prestiġġjuż. Il-kanzunetta, My Home titkellem fuq dawn it-tnejn, li jiġrilhom x’jiġrilhom dejjem ikunu hemm għal xulxin. Ike jgħidilna, “Għalhekk il-kanzunetta tagħna jisimha hekk għax aħna d-dar ta’ xulxin!”. My Home nkitbet minn Owen Leuellen u l-Muxu, filwaqt li l-mużika hija ta' Cyprian Cassar.
Ike u Kaya mhumiex wiċċ ġdid fix-xena lokali! Rajniehom l-ewwel darba f’Ottubru tas-sena 2020 filprogramm popolari, Malta’s Got Talent. Iltqajna ma’ dawn iż-żewġ artisti u staqsejniehom ftit mistoqsijiet!
Kif ħassejtukom dakinhar li rbaħtu?
Ike: Lanqas nista’ nispjega x’ħassejt eżatt! Li naf kont ferħan ħafna u ma ridtx nemmen li rbaħna.
Kaya: Dakinhar li rbaħna ma stajniex nemmnu. Konna qisna ġo ħolma. Kienet xi ħaġa li ħdimna ħafna għaliha u rnexxiet.
Kif timmaġinawha d-dar tagħkom u fejn?
Ike: Nimmaġina li jkolli dar naqra kbira u komda. Nagħżel li nibqa’ noqgħod il-Belt Valletta.
Kaya: Nixtieq li la nikber, id-dar tiegħi tkun kbira, bilpixxina u nkun nista’ nagħmel kamra għall-kant biex inkompli b’dak li nixtieq.
X’qalulkom sħabkom tal-iskola l-għada li rbaħtu?
Ike: Ferħu ħafna miegħi. Kif rawni sa għamluli kartolini u kitbuli messaġġi sbieħ fuqhom!
Kaya: Meta dħalt l-iskola kulħadd ġie fuqi biex jgħidli proset! Bdew jgħajtu u lanqas kelli ċans niekol fil-break, għax ridt inlaħħaq ma’ kulħadd biex jawgurali.
X’inhuma l-preparamenti issa għall-Junior Eurovision?
Ike: Issa li għamilna l-vidjow mużikali, għaddejjin b’ħafna lezzjonijiet u studju biex inkunu preparati għal dik il-ġurnata.
Kaya: Bħalissa għaddejjin bil-preparamenti, provi, u ħafna affarijiet. Niltaqgħu kuljum mal-għalliema tagħna biex nipprattikaw il-kanzunetta u biex inkunu preparati għal meta tasal il-ġurnata.
Qatt mortu Pariġi jew din ser tkun l-ewwel darba?
Ike: Iva ġieli mort Pariġi. Togħġobni ħafna u ħerqan biex nerġa’ mmur.
Kaya: Jiena l-ewwel darba li sejra Pariġi. Ħerqana ħafna għax minn dejjem xtaqt immur.
X’ser tieħdu bħala lucky charm meta tmorru hemmhekk?
Ike: Bħala lucky charm ħa nieħu domna ta’ Ta’ Pinu u ritratt ta’ ħija ż-żgħir, Kly, għax dak id-dinja tiegħi.
Kaya: Bħala lucky charm jien ħa nieħu santa talbużnanna tiegħi, l-istess lucky charm li żammejt miegħi meta kantajna fil-Junior Eurovision hawn Malta. Għamiltha fil-but tal-libsa u dejjem nitlobha qabel ma noħroġ fuq l-istage biex titlob għalija u tibqa’ miegħi. Naf li kienet tkun ħerqana meta jkolli xi festival.
Issa ilkom tafu lil xulxin. Għamiltu xi ħaġa tad-daħk bejnietkom?
Ike: Ħafna ħafna għamilna praspar! Waħda
minnhom hi li konna għamilna bħala prank call lin-nanna ta’ Kaya f’xis-siegħa ta’ filgħodu taparsi ġie d-delivery man ġabilha l-pizza!
Kaya: Għamilna ħafna praspar fosthom, niftakar u nidħaq kull darba li nsemmiha. Meta xtrajna l-ħelu li jkunu togħma mhux normali (ħżiena ħafna) u biex naqbdu man-nanniet tagħna, ġegħelniehom jikluhom u kienu ħżiena ħafna!
Liema kienet l-isbaħ esperjenza s’issa tagħkom?
Ike: Esperjenza li tibqa’ tiġri miegħi hija meta l-idolu tiegħi, Owen Leuellen, qalli biex nieħu sehem fil-vidjow tiegħu u kont ferħan ħafna. Esperjenza sabiħa immens hija tal- Malta’s Got Talent li wasalna sal-finali u ġejna fir-raba’ post, u l-ikbar esperjenza ħa tkun li ħa nitilgħu nirrappreżentaw lil pajjiżna.
Kaya: L-isbaħ esperjenza tiegħi hi meta rbaħt San Remo u tlajt fl-2019 u ġejt l-ewwel barra minn Malta. Kif ukoll meta ma’ Ike għaqqduna flimkien fil-Malta’s Got Talent u bqajna tilgħin sal-finali u ġejna fir-raba’ post. Ovvjament l-ikbar u l-isbaħ esperjenza hija din; li rbaħna u ħa nirrappreżentaw lil Malta din is-sena.
Iktbu messaġġ flimkien lill-għalliema tal-kant u dawk kollha li tawkom l-għajnuna.
Ike: Ms Gillian u Mr.Owen, grazzi ta’ dak kollu li għamiltu u li qed tagħmlu magħna. Kaya: L-ebda kliem ma jista’ jiddeskrivi kemm aħna grati għal dak kollu li għamlu magħna l-għalliema tagħna li dejjem kienu hemm għalina, il-ħbieb tal-qalb tagħna li dejjem tawna s-sapport u fl-aħħar u mhux l-inqas, ilġenituri tagħna li jagħmlu minn kollox u jiddedikaw il-ħin tagħhom għalina u lill-familjari tagħna kollha.
X’tixtiequ għall-Milied u xi jfisser għalikom?
Ike: Għadni ma vvintajt xejn s’issa. Għadni ma nafx x’nixtieq eżatt għal dan il-Milied. Imma l-Milied inħobbu ħafna u jġibli ferħ kbir.
Kaya: Il-Milied ifisser ħafna, inħobbu ħafna għax festa li tgħaqqadna bħala familja. Nixtieq ħafna affarijiet għallMilied imma l-aktar importanti huma l-paċi, is-saħħa u l-barka.
Għandkom pjanijiet flimkien għas-sena l-ġdida?
Ike: Bħalissa qed niffukaw fuq il-Junior, però pjanijiet hemm imma ma nista’ niżvela xejn għalissa.
Kaya: Iva għandna ħafna pjanijiet imma għalissa ħa nżommu kollox sorpriża.
LIRIKA
Ike and Kaya – Home
(Kaya verse) We’re floating high above the clouds Past Jupiter we won’t look down It feels like magic levitate till we fly higher Don’t tell me it’s not real just cause we’re young We’ll make it what we want past the stars
(Chorus) Where do we go if we keep dreaming What if our world would change its way Where do we go... never alone
Maybe if we just keep on believing Maybe we could live in a fairytale Where do we go, where do we go You are my home
(Ike verse) They say home is where the heart is But you stole mine When you came in my life, it’s like I found me a gold mine You can look me in the eyes when you hold my Hand but you won’t understand I got feelings that
I ain’t never really felt in my life ... So I started giving hints tryna show ya I’m the one for you we could do it right So come one step closer and let me hold you (Chorus) Kaya: Where do we go if we keep dreaming Ike: Where do we go now What if our world would change its way Ike: yeah Kaya: Where do we go... never alone
Kaya: Maybe if we just keep on believing Ike: Keep on believing Kaya: Maybe we could live in a fairytale Where do we go… Ike: I will never let you be alone
(Higher octave) Where do we gooooooo Ike: Where do we go now!! Where do we goooo Ike: yeahh!! Where do we go… never alone
Maybe if we just keep on believing Ike: Keep believing!! Maybe we could live in a fairytale Ike: yeahh!! Where do we go, where do we go It feels like home
(Ike outro) Yeah when I’m with you I always feels like home Ain’t nothing to hide now that cover’s blown Now it’s all out… and I seen enough To know what I’m looking at is but a seed of love
I see faith and I see our future in your eyes And I won’t stop trying till you’re mine
Kaya: so where do we go