1 minute read
Riċetta ta’ Manuel Xuereb – Meatloaf festiv
from Gwida December 2021
Ingredjenti
Għall-mili taċ-ċanga P 800g ċanga kkapuljat darbtejn P 3 zalzettiet tal-Malti P basla żgħira P 2 sinniet tewm P 3-4 tsp estratt tal-ħmira (bovril jew marmite) P 4 mgħaref frak tal-ħobż frisk P bajda mħabbta P 2 imgħaref tursin P 150g ġobon affumikat, maħkuk
Advertisement
MEATLOAF FESTIV BILĠOBON AFFUMIKAT U L-FAQQIEGĦ
RiĊetta ta’ Manuel Xuereb
Metodu
Ibda din ir-riċetta billi tqalli flimkien il-basla u t-tewm fi ftit żejt. Poġġi fi skutella l-ikkapuljat taċ-ċanga u l-laħam taz-zalzett u ħawwad flimkien. Sussegwentament, żid il-basla u t-tewm imsajjar, l-estratt tal-ħmira (bovril jew marmite), nofs bajda mħabbta, frak tal-ħobż, tursin u ġobon affumikat maħkuk u ħawwad sewwa. Poġġi 2 biċċiet kbar cling film u poġġi nofs il-mili fin-nofs. Poġġi l-bajd iebes fuqu u għatti bil-mili li jifdal. Kebbeb fil-cling film bħal zalzett u kessaħ fil-friġġ. Sadanittant, qalli l-faqqiegħ ġo taġen għal 3 minuti u xxotta l-ilma. Irrombla l-għaġina f’forma ta’ rettanglu kbir u dellek bil-bqija tan-nofs bajda mħabbta. Poġġi l-faqqiegħ fin-nofs, imbagħad poġġi l-laħam ippreparat fuq nett. Kebbeb fl-għaġina u aqta' ż-żejjed. Idlek bl-ilma jew bajda żejda u roxx fuq iż-żrieragħ. Sajjar fil-forn f'temperatura ta' 190°C għal 45-55 minuta, jew sakemm jismar u jsir. Servi maqtugħ f'biċċiet bil-ħaxix imsajjar fil-ġenb.