3 minute read

Iż-żodjaku ta’ dan ix-xahar

IŻ-ŻODJAKU TA’ SAGITTARIUS MWASSAL MINN PAULJON MIT-22 TA’ NOVEMBRU SAL-21 TA’ DIĊEMBRU

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Advertisement

Ser tagħraf iżjed fil-profond ideat fuq diversi proġetti li hemm resqin lejk. Dan ukoll jaf jikkawżalek li tkun ftit panikuż minħabba li trid turi l-abbiltà u l-kapaċità tiegħek. Iżda taqtax qalbek għax b’ħiltek ser iwassluk fejn tixtieq tasal. Namaste.

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Ser jagħtik dik il-kunfidenza ġewwa fik li aktar ma jgħaddi żmien aktar tersaq lejn dawk is-sitwazzjonijiet li int trid twettaq. Ovvjament trid tagħraf aktar tibda tikkumbatti mal-mewġ li minn żmien għal żmien int tista’ tiffaċċja. Dan m’għandux iżommok sabiex finalment tasal għal dik l-istabbiltà meħtieġa. Namaste.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Ser jagħmlek tagħraf aktar kif minn issa tagħraf tafda. Int persuna li ma tantx tħobb tafda għalhekk bħalissa ara ma’ min tafda ċertu sitwazzjonijiet b’mod speċjali waqt il-ħidma. Din is-sitwazzjoni taf iġġib magħha ftit ta’ tensjoni fuqek. Però din se tagħmlek tagħraf aktar il-fiduċja meħtieġa. Namaste.

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Ser iwasslek lejn dik il-motivazzjoni ta’ rankatura sabiex b’hekk tiffoka iżjed fil-madwar kollu tiegħek. Għalkemm taf li mhux kollox jiddependi minnek imma tal-inqas dak li int tista’ tasal għalih int, ser twettqu. Dan ser jagħtik dak is-sodisfazzjon lejn aktar tkattir. Namaste.

Gemini mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Ser joffrilek opportunità li int trid tieqaf taħseb sew dwarha. Mhux il-mument li bħalissa tgħaġġel fid-deċiżjoni għax għandek sitwazzjonijiet oħra fil-preżent. Għalhekk wettaq analiżi profonda sabiex din l-opportunità ma tkunx ta’ xi żbilanċ fil-futur. Namaste.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Ser tagħraf timxi aktar b’ħsibijiet profondi peress li sitwazzjoni li żviluppat quddiemek trid ftit tal-ħsieb. Dan trid tagħmlu sew għax trid iżżomm bilanċ bejn il-karriera u r-relazzjoni tajba li int għandek. Mument delikat imma jidher li dan tgħaddi minnu jekk tagħraf temmen aktar fik innifsek. Namaste.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awissu

Ser ikun mument fejn trid tagħfas aktar fuq il-ħila u l-kapaċità tiegħek. Ma tistax tistrieħ aktar fuq dawk ta’ madwarek. Dan int taf li issa wasalt f’dik il-pożizzjoni li trid tħares ’il quddiem, biss bi twemmin fik innifsek. Għalhekk bħalissa trid tiffoka ftit iżjed f’dan ir-rigward. Agħraf sew dan. Namaste.

Virgo mit-23 ta’ Awissu sat-22 ta’ Settembru

Trid tagħraf aktar min int, tagħraf aktar vera xi trid, tagħraf aktar fejn trid tasal. Dan mument fejn int trid issib aktar lilek inifsek. Jekk dan m’intix ħa tagħmlu jaf ikun hemm xi konsegwenzi. Mhux faċli li tieħu ċertu deċiżjonijiet, għalhekk agħraf li ssib spazju fejn int tkun tista’ tirrifletti. Namaste.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Ser iwasslek għal tħejjija ta’ pjan li int tixtieq twettaq u dan jista’ jsir imma trid tagħraf tħejji tajjeb għalih. Taf li int ma tħobbx li xi ħaġa tmurlek ħażin! Taf kemm int preċiż f’dak li tkun trid. Dan ser jagħtik spinta tajba ’l quddiem! Basta tonora dmirek b’aktar responsabiltajiet. Namaste.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru

Sitwazzjoni mill-passat ser terġa’ tiġi għall-attenzjoni tiegħek peress li għadda ċertu żmien u int stabbilixxejt lilek innifsek. Din taf tkun ta’ problema jekk finalment int tagħti xi spazju. Dan meta int taf kemm battejt biex ħrigt minn dan il-passat. Mhux il-waqt li int tiftaħ il-passat. Namaste.

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Mument ta’ riflessjoni dwar il-pjanijiet ġodda fil-karriera tiegħek. Ikun tajjeb li tagħmel ċertu tibdiliet, imma ħu ħsieb li timxi b’għaqal. Hemm bosta ideat u ser ikun hemm diversi tibdil madwarek. Imma trid tagħraf tħejji skeda tajba li tirrifetti ma’ dak li jkun meħtieġ. Namaste.

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Ser ikun il-waqt li tirrifleti sabiex ma tkunx daqstant rasek iebsa, għax jekk ħa żżomm iebes żgur ser iġġarrab xi telfa. Huwa waqt fejn int trid tagħraf terħi mis-sikkatura. Tibżax tagħmel dan għax m’intix ħa titlef l-ebda kredibiltà, anzi wara ħa tinduna li xi kultant meta timxi f’dan il-pass int tista tagħraf aktar. Namaste.

KOMPETIZZJONI MA’ PAULJON

Mistoqsija sempliċi għal dan ix-xahar: Iż-żodjaku ta’ Sagittarius huwa:

QIl-ħdax-il żodjaku Q Id-disa’ żodjaku Q It-tnax-il żodjaku

Isem u Kunjom: _________________________________________Mobile Number: _________________

Indirizz: ________________________________________________________________________________ L-ewwel premju – Voucher bi skont fuq il-pubblikazzjoni PaulJon bl-Oroskopju Għalik. It-tieni premju – Voucher bi skont fuq trattament tas-sbuħija, mogħti minn Angels and Crystals Beauty Wellness Salon, Marsascala. Flimkien ma’ tifkira tal-kalendarju żodjaku 2020.

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni għall-mistoqsija li kienet: Iż-żodjaku ta’ Scorpio taħt liema element jaqa’? Kienet l-ilma L-ewwel premju għax-xahar ta’ Novembru ntrebaħ minn: Nadia Sammut, San Ġwann Filwaqt li t-tieni premju għax-xahar ta’ Novembru ntrebaħ minn: Sabrina Abela, Naxxar

This article is from: