10 minute read

Strada Stretta: Episodju 8/ L-ewwel Staġun: It-tielet Parti

EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN IR-RIKATT (lt-tielet parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Advertisement

Marie titlob biex Luċija ddaħħal lil Twannie u ġġegħelha tiskuża ruħha li għalqitlu l-bieb f’wiċċu. Twannie jidħol ġewwa, jinża’ l-kappell, Luċija tiskuża ruħha u dan jibqa’ tiela’ wara Marie. Fil-bar ta’ Polly, kien hemm il-kant u ż-żfin bħas-soltu. Lilly u Lydia kienu qed jieħdu ħsieb ftit baħħara. Kollox kien normali, biss Polly ma kinitx f’sikkitha. Ma riditx taqla’ għajnejha minn fuq Reno. Reno kien qiegħed ma’ xi klijenti mal-bar. Wara ħafna ħsieb, Polly iddeċidiet li tmur ħdejn Reno. Iċċekjat jekk hux kollox sew u provat tibda konversazzjoni ma’ Reno. Reno min-naħa tiegħu kien xott fi kliemu. Polly baqgħet tittantah.

Għandek raġun. Ma tantx għandi aptit nitkellem illum. (Filwaqt li jkompli jħares kullimkien minbarra Reno: f’għajnejn Polly. Reno kompla jsellem lill-baħħara u jagħmel ix-xorb). Lil ħaddieħor m’intix tiddejjaq tkellmu imma. Miegħi ta’ ftit kliem.Polly:

Ma nafx għala qed tiddejjaq, dejjem tgħidli ma niffittakx u nkompli fuq xogħli u hekk qed nagħmel. Issa jekk Reno: ma jimpurtax ħa mmur intella’ żewġ kaxxi birra minn wara. Iva stenna. Infakkrek li xorta għadni l-imgħallma tiegħek.Polly:

Reno: Għandek xi tgerger miegħi bħala impjegat? Le ...imma meta nkellmek nistenna li tismagħni. Polly:

Reno: Xi trid Pol? Forsi mmur inkompli. Ara kif jagħmel dan! (Iddur fuq Reno u ssefsiflu f’widnejh). Ridt ngħidlek li s-sigriet tiegħek, serraħ moħħok Polly: m’iniex ħa nikxfu. Violet mhix xi sigriet ...ma nħobbx insemmiha għalxejn b’xejn, dak kollox. Għaliha għax hi ma tiħux gost li noqgħod ngħid li missierha. Din vera sorpriża kienet! Qatt ma stennejt li kellek tifla. Qisek kont tħobbha l-ħajja meta kont iżgħar. Il-ħajja kulħadd iħobbha Pol. U meta tkun żgħir tagħmel ħafna affarijiet li jiddispjeċik wara. Imma li kien kien u li sar sar (filwaqt li deher aġitat biex tfittex titlaq minn quddiemu). Imma m’ommha għadek titkellem, bqajtu f’kuntatt? Ifhem ommha żżewġet, lil Violet rabbieha ħaddieħor ...(fl-aħħar idur fuq Polly u jistaqsiha fuq din il-kurżità żejda) Imma għala qed ngħidlek dan kollu lilek jien? Għala m’għandekx? Ħsibtek ma tiddejjaqx tiftaħ qalbek miegħi. Kif dejjem tgħidli int Pol. Int l-imgħallma, jien hawn biss impjegat. Meta xtaqt inkun iktar, dejjem ksirtni. Għandek raġun tafx. M’għandekx bżonn irġiel int f’ħajtek, tajba kif int. Tidher li qed tkampa. Min jien, jien biex ngħidlek mod ieħor? Reno! (Polly tibqa’ mbellha hekk kif Reno jitlaq minn quddiemha ħesrem. Provat turi lil kulħadd li ma kien ġara xejn). Mhux Polly biss inkisret dak il-lejl! Luċija wkoll tafux. Inkisret bl-aġir tas-Sinjura ma’ Twannie! Luċija marret tgħid kollox lir-raġel tagħha Wiġi. Jien għalaqtlu l-bieb f’wiċċu, x’mistħija!. Ma kontx naf li Marie bagħtet għalih. Kif rajtu hemm ħsibtu ġej jaqla’ iktar inkwiet hawn ...biex isaqsi fuq Lydia u erġajt ipprovajt naqtagħlu fil-qasir... imbagħad niżlet Marie u kisritni quddiemu. Fejn tridni nkun naf li hi għajtitlu l-oħra. X’mistħija. Imma kif ma titgħallem qatt int! Dejjem il-kontra trid tagħmel. Ara l-ieħor! Jien tant kemm ma ridtx naqla’ inkwiet bgħattu ’l hemm. Fejn nobsor!

Reno:

Polly:

Reno:

Polly:

Reno:

Polly:

Reno:

Polly: Luċija:

Wiġi: Luċija:

EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN IR-RIKATT (lt-tielet parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Wiġi:

Luċija: Wiġi:

Luċija: Wiġi:

Luċija:

Wiġi:

Luċija:

Wiġi: Luċija:

Wiġi: Luċija:

Wiġi:

Luċija:

Wiġi: Luċija:

Wiġi: Luċija:

Wiġi:

Pawlu:

Johnny:

Johnny:

Jekk ma tridx taqla’ inkwiet, żomm ’il bogħod minnu. Uri li m’għandekx x’taqsam. Inkella s-Sinjura jiġi għal widnejha li qed tikkomplotta kontriha. Min qallek li qed nikkomplotta. Min jisimgħak! Għalhekk mort inkellimha dalgħodu. Ħa nkun ċert li tifhem li aħna, jien u int, leali lejha biss. M’għandniex x’naqsmu ma’ dak kollu li qed jiġri ma’ Lydia. Dak jarawh huma. X’mort tgħidilha? Int trid tifhem li minnha rridu. Diġà deherna koroh bl-istorja tal-ittra, meta int aċċettajt li ttiha lil Mario, u ara x’ġara. Ħaditna fuq demm id-dars. Għidtilha li hemm min qed isaqsi fuq Lydia, li qed isaqsi lilna u lir-raħal kollu jekk nafux xi ħaġa. Ma naħsibx li qabditu hi għax kompliet issaqsini ...jekk nafx ismu, jew min hu. Int qed tiġġennen? Dejjem tgħidli biex ma nindaħalx u mort titkellem fuq xi ħaġa bħal din?! Għandna bżonn nerġgħu nakkwistaw il-fiduċja tagħha Luċija. Diġà għidtlek, minnha rridu. Iddardarx l-għajn li tixrob minnha. Hekk issa forsi tibda tħares lejna differenti wara l-bużullotta tiegħek. M’intix tifhem li issa ġġib fl-inkwiet lil ħaddieħor. Lil min qabdu lil dan. Issa dik mhux biċċa tiegħi. Wara kollox iqabbdu min iqabbdu. Lanqas mhi ħaġa tindaga fuq l-affarijiet tan-nies. Din il-mara qed tgħid lil kullħadd li bintha qiegħda għand is-sorijiet meta ħadd ma jaf fejn qiegħda veru. Setgħetx qatlitha u difnitha u ħadd ma jisma’ iktar mingħandha? Hemm int! Tħarref u żżejjen u tħalli moħħok jiġri bik. Kultant naħseb m’intix f’sensik. Iva hekk taħseb! Taħseb li jien miġnuna. Il-veru miġnuna f’din l-istorja kollha qiegħda hemm fuq u jisimha Marie. Dik is-Sinjura għalik. Indirizzaha skont il-grad tiegħek. Qatt ma ltqajt ma’ laqgħi daqshekk Wiġ. Nisħet is-siegħa li żżewwiġtek. U tgħidx ereżijiet! Mur għax tiżloq fin-niexef. Mur! Taf għala dejjem għentha lil Lydia? Taf għala qatt ma waqqaftha milli tiltaqa’ ma’ Mario? Għax rajt li kienu jinħabbu. Imħabba vera bħal dawk li taqra fin-novelli. Bħal dak li dejjem xtaqt inħoss jien u li qatt ma ħassejt miegħek. Min jisimgħak jaħsbek xi waħda mdejqa. Miskina. Ferħana m’iniex!

Jekk m’intix ferħana mhux tort tiegħi. Jekk Luċija u Wiġi dakinhar kienu ser jorqdu miġġildin, Johnny u Violet żgur kienu ser itemmu lejl bl-aktar mod romantiku. Tgħid? Dak il-ħin kienu qegħdin fil-Music Hall bl-aqwa lbies possibbli. Il-banda kienet qiegħda ddoqq u sabu post tajjeb. Is-servjent ġie fuqhom u staqsiehom ridux xi ħaġa tax-xorb. Violet kienet ser tordna, iżda Johnny mill-ewwel qallu biex jgħaddi aktar tard. Violet qarset ftit wiċċha. Sabu post u bdiet is-serata. U issa sinjuri, il-pjaċir tiegħi nilqgħu magħna ...Ladies and gentleman, before stepping to the dancefloor for this dance, I would like you to welcome our very own devil drummer. Our little devil drummer. Biex ħiereġ dan? Victor ħareġ fuq il-palk, ħares lejn missieru, tbissem lill-udjenza u beda jdoqq. Johnny kien sorpriż jara lil Victor idoqq b’mod illegali. Peress li kellu l-mara ħdejh u kien qiegħed bla uniformi ħadd ma kien għarfu. Ara min hu. Ja xifajk! Dan jaf li kontra l-liġi. Tibdiex ta! M’intix surġent illejla. Taqlax paroli, saħħa ġejna nieħdu ftit gost. Tħassarx festi.

EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN IR-RIKATT (lt-tielet parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Johnny:

Violet:

Johnny:

Violet:

Johnny:

Violet:

Johnny: Violet:

Johnny:

Johnny:

Victor:

Jeffrey:

Johnny: Victor:

Jeffrey:

Johnny: Jeffrey:

Johnny: Jeffrey:

Johnny: Jeffrey:

Jeffrey:

Johnny: Violet:

Johnny:

Jien dejjem surġent Violet, bl-uniformi u mingħajrha. Jiġifieri x’ser tagħmel? Victor beda jdoqq u s-sala kollha ntefgħet iċċapċaplu mar-ritmu. Johnny beda jgiddem difrejh biex ma jqumx minn postu u jintervjenix. Violet xtaqt tiżfen imma hu iktar kien moħħu f’Victor. Stenna Violet. Dan taf kemm hu gravi. Illegali li tħalli tifel taħt l-età tiegħu jdoqq ġo stabbiliment bħal dan. Imma mhu jagħmel xejn ħażin ...u vera bravu ħa ngħidlek. Dan ksur tal-liġi ċar. Daqshekk għamilna kwieti. Iktar jien ivvintajt. Iva tagħmilx hekk. Wara kollox hawn għadni. Jien biex niżfen ġejt! Iva issa niżfnu! Agħtini ċans. Johnny ħalla l-mejda, dak il-ħin il-mużika waqfet, Victor mar fin-nofs tal-palk biex isellem lill-udjenza, u ħa l-kappell ta’ missieru biex jiġbor. Kulħadd seta’ jammira l-kuntentizza ta’ dan it-tifel xħin sema’ l-muniti jċekċku ma’ xulxin hekk kif jaħbtu flimkien fil-kappell. Johnny għamel ċert li Victor jarah u hekk kif rah iż-żgħir għarfu mill-ewwel. Victor talbu biex ma jarrestax lil missieru għax iġibu fl-inkwiet u qallu li kulma xtaq kien li jqatta’ ftit ħin ma’ missieru. Victor talbu wkoll biex ma jgħid xejn lil ommu. Victor min qed iġibek hawn qed jagħmel diservizz. Huwa ksur tal-liġi. Ma nistax inħallik hawn. (filwaqt li għannaq lil Johnny) Le jekk jogħġbok police. Ma nkunx nista’ noqgħod mal-papà iktar u jiġġieldu ommi u missieri talli gdibnielha u ġġib lil missieri fl-inkwiet. (Missier Victor induna li dan waqaf jiġbor u għalhekk b’mod kurjuż mar fuqu) Ejja Victor ħa nkomplu. Ħallih bi kwietu lis-sinjur. Le jien waqqaftu. Please! Pleaaaaaaase! (jurih għajnejn biex jitħasru. Johnny jibdel fehmtu) Għax għandu ħabta jaqbad parlata ma jiqafx. Min jaf x’għandek bih? U kieku taf! Ħallini ara għax jivvintahomli. Fuq hekk kont qed inkellmu... Imma ma ngħixx mingħajru. Jekk għandek tfal tifhimni. (Iħares lejn Violet li dak il-ħin kienet irrabjata għalih) Le għad m’għandniex. La jkollok tifhem. Iġennuk ta imma għalija d-dinja. (Jgħannaq lil ibnu u Victor jitolbu bil-ħniena biex ma jikxfux). Aħjar inkomplu issa, xi tgħid Vic? Morru ma nżommkomx. (Victor jagħtih tbissima kbira u jmorru posthom) X’għidtilhom? Li għandi l-mara qed tistennieni biex noħorġu niżfnu żifna.

EPISODJU 8/ L-EWWEL STAĠUN IR-RIKATT (lt-tielet parti)

Skript miktub minn Audrey Brincat Dalli Produzzjoni SharpShoot Media ltd. Adattament għall-GWIDA minn Anthony M. Baldacchino

Lydia: Mario:

Lydia:

Mario:

Lydia: Mario:

Lydia:

Mario:

Lydia: Mario:

Lydia: Mario:

Twannie:

Marie:

Twannie:

Marie:

Twannie:

Wiċċ Violet ħa r-ruħ, irranġatlu l-ingravata u ħarġitu jiżfen filwaqt li wegħedha li kien kollu kemm hu tagħha. Lura fil-bar ta’ Polly fejn kien għad hemm dik il-bruda kiesħa bejn Polly u Reno. Polly xtaqet lil Lydia tkanta biex tibdel ftit is-serata. Lydia aċċettat u fil-pront il-baħħara nġabru biex jisimgħuha. Dak il-ħin daħal Mario li qalb il-folla kien insinifikanti. Induna bil-leħen sabiħ ta’ Lydia. Ħadd ma kien għarfu. Beda jersaq viċin, ma setax jemmen lil għajnejh. Lydia hemm kienet tkanta minn qalbha filwaqt li tittanta lil dawk ta’ quddiemha. Lilly lemħet lil Mario u provat tagħmel minn kollox biex Lydia ma tarahx. Iżda Lydia lemħitu u f’daqqa waqfet tkanta. Il-mużika kompliet għaddejja, imma għal dawn iż-żewġ maħbubin qisu d-dinja waqfet u ntilfu jħarsu lejn xulxin. Xi baħħara bdew igergru li Lydia waqfet tkanta u wħud bdew iħeġġuha tkompli. Wieħed minnhom terġa’ u tgħid, mar fuqha u taha daqqa fuq sormha. Mario ma felaħx. Fajjarlu daqqa ta’ ponn u Lydia werżqet biex Mario jieqaf u jitlaq ’il barra. Polly intervjeniet mill-ewwel u tefgħetu ’l barra. Int kif ġejt hawn? Jien? Għidli int kif spiċċajt hawn ...Taf kemm ilni nfittxek! Issa? Wara li ħallejtni nistenniek dawk is-sigħat kollha. Int abbandunajtni. Xi trid minni issa? Lydia fhimt ħażin.... Ma fhimt ħażin xejn. Allaħares ma kinitx Lilly għalija. Kieku min jaf x’sar minni. Id-dar ma nistax nerġa’ mmur. Naf!

Mela għalfejn ħallejtni? Jekk bżajt minħabba l-baby, missek kellek id-diċenza tgħidli f’wiċċi. Mela veru! Veru tqila? U tiegħi? Mario, taf li tiegħek! Lydia jien ma ġejtx niltaqa’ miegħek dakinhar għax l-ittra li bgħattli, qatt ma waslet għandi. Mela kif taf li bgħattlek ittra? Mario: Ommok indunat u ħaditha lil Luċija. Allura ommok ġiet tkellimni biex tikkonvinċini li issa int kont konvinta li trid tiżżewweġ u li ma ridtx tarani iktar. Imbagħad Luċija ġiet tgħidli l-verità. Imma kien tard wisq. Ma kontx naf x’sar minnek jew fejn kont qiegħda. Ħsibtek tlaqt minn Malta, ma ħsibtx li ħa nerġa’ narak. Fl-aħħar wara ħafna qtugħ ta’ qalb, Mario u Lydia tbewsu bewsa twila. Imma x’ġara fil-palazz u l-konversazzjoni bejn Twannie u Marie? Sinjura m’għandix dubju li inti mara ta’ rispett u li bintek hija importanti għalik imma kif diġà spjegajtlek, dan huwa xogħli. U xogħlok huwa li tindaga privatament fuq binti, imħallas min....hu min hu. Jien ma nafx min hu li qed iħallsek, iżda nista’ nimmaġina li hu xi ħadd li għandu lil binti viċin qalbu u li jafda ftit li xejn lil ommha. Ma jinteressanix min qabdek. Irridek taħdem għalija. Irridek issib lil Lydia u meta ssibha tgħid lili l-ewwel. Ma nistax. Tajt kelmti lil klijent ieħor. Taf li qed naħdem għal xi ħadd u li qed titlobni mhux etika. Però nirringrazzjak għax issa kkonfermajtli li lanqas inti ma taf fejn qiegħda bintek. U dan ifisser li kont qed tigdeb meta bdejt tgħid li tinsab il-kunvent.

Naħseb veru ma tafx ma’ min qed tagħmilha. Smajt li kont fil-korp tal-pulizija imma kellek tirreżenja fuq kondotta ...kif nista’ ngħid ...mhux xierqa? Jekk taf x’inhu tajjeb għalik. Taħdem għalija. Sib lil Lydia u meta ssibha avża lili qabel ma jsir jaf Guido ...Xi ħsibt, li ma kontx ser ninduna min qabdek?! Dan rikatt sinjura! Le. Sempliċiment ftehim....ikkompensat ġenerożament ukoll, naturalment.

This article is from: