1 minute read
Il-logħba tal-Editur
from Gwida December 2021
IL-LOGHBA TAL-EDITUR
Ktieb: Frammenti ta’ Tyrone Grima
Advertisement
Aqra din is-silta u fittex mill-gradilja l-kliem li huma skuri.
Immaġinak tqum filgħodu, jum bħall-oħrajn (mingħalik), u ssib li d-dinja ta’ madwarek ma baqgħetx hemm. Kulħadd telaq … karozzi, nies, annimali. Toroq vojta, uffiċċji vojta, djar vojta. Baħħ. Inti biss.
X’tagħmel kieku?
Din hi l-premessa eċitanti tar-rumanz il-ġdid ta’ Tyrone Grima, Frammenti. Ir-rumanz isegwi lill-protagonist li stenbaħ biex imur għax-xogħol kif dejjem kien jagħmel, imma din id-darba malli ħareġ minn daru, sab baħħ. Sa ma sab lil Sophie – forsi l-unika persuna li kien għad fadal. Frammenti jinqara f’nifs wieħed, fejn kull mixja tal-protagonisti minn belt għal oħra tiftaħ iżjed bibien – bibien ta’ djar li jsibu abbandunati u jidħlu fihom għall-kenn u għall-ikel, imma wkoll bibien għal ġol-misteri l-aktar profondi ta’ ħajjithom. Diżappunti, traġedji imma anki mħabbiet.
Frammenti jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, jew online b’pustaġġ lokali b’xejn mis-sit merlinpublishers. com
1. Karozzi 2. Annimali 3. Toroq 4. Baħħ 5. Frammenti 6. Rumanz 7. Sophie 8. Diżappunti 9. Misteri 10. Traġedji
Ibgħat ir-risposta tiegħek fl-indirizz; Logħba tal-Editur, GWIDA, 3, Level 2, Mallia Buildings Triq in-Negozju, Zone 3 Central Business District, Birkirkara, CBD 3010
Isem Mob/Tel