1 minute read

Awla – Minn investigazzjoni għal stejjer umani

AWLA

Minn investigazzjoni għal stejjer umani

Advertisement

Ritratti: Mark M Photography

Awla hu programm ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa fuq ONE li jinkludi diskussjoni mingħajr ġudizzju.

Stejjer umani u fatti jqanqlu d-diskussjoni flimkien ma’ panel ta' mistiedna.

B'ħarsa lura lejn wieħed mill-aktar programmi li miss il-qlub hu l-ewwel programm, fejn kien jinkludi storja mqanqla ma’ vittma ta' droga, segwit b’diskussjoni fuq l-użu u dekriminilizzazzjoni tal-kannabis f'pajjiżna. Il-bullying ukoll spiċċa fl-Awla, u ħareg biċ-ċar li din il-problema aktar ma nippruvaw insolvuha aktar qed tikber. Ovvjament is-social media ma tgħinx f'dan ir-rigward, u wara l-feedback talpubbliku dan is-suġġett kien għażla naturali. Ħareġ ċar li s-social media hi għodda perikoluża immens u għalkemm għal uħud tfisser impjieg, għal oħrajn taf twassalhom anke biex ifittxu għajnuna għal konsegwenzi ta' saħħa mentali. Fuq kollox u b'parir ta' esperti, it-tfal għandhom jinżammu ’l bogħod kemm jista’ jkun. B'talba tat-telespettaturi, Awla qajjem ukoll kuxjenza fuq is-separazzjonijiet, it-tbatijiet li jġibu magħhom, il-kustodja, kif ukoll il-manteniment.

Is-sess u l-pornografija wkoll spiċċaw f'Awla u smajna stejjer li kultant jekk ma tismax b'widnejk diffiċli temmen li jseħħu tant viċin tagħna. Kif għamel sa issa, Awla ser jiddiskuti kollox anke dawk issuġġetti li wħud forsi skomdi jiddiskutuhom.

Awla - diskussjoni mingħajr verdett jew ġudizzju. Bi produzzjoni ta' Marouska Pisani Bugeja u preżentazzjoni ta' Luke Dalli, Clara Farrugia u Wayne Sammut, il-programm iżomm appuntament kull nhar ta' Ġimgħa filgħaxija fuq ONE.

This article is from: