4 minute read

X’tista tixtri lil missierek? – Jum il-missier daqt magħna

X’TISTA TIXTRI LIL MISSIEREK?

Jum il-missier daqt magħna!

Advertisement

Wasal magħna Jum il-Missier. Dan il-jum iddedikat lillmissirijiet kollha jiġi ċċelebrat f’Malta nhar il-Ħadd 20 ta’ Ġunju. F’pajjiżi differenti madwar id-dinja dan il-jum jiġi ċċelebrat fi ġranet differenti. Kemm fl-Italja, fi Spanja u anke fil-Portugall, Jum il-Missier huwa ċċelebrat fil-festa ta’ San Ġużepp, fid-19 ta’ Marzu, u dan għaliex San Ġużepp huwa wkoll il-patrun qaddis tal-missirijiet. Jum il-Missier huwa wieħed mill-erba’ okkażjonijiet iċċelebrati madwar id-dinja tul is-sena fejn l-iktar li jintbagħtu kartolini, hekk kif jintbagħtu madwar 87 miljun kartolina.

Qegħdin fil-ħin opportun sabiex nibdew naħsbu għal rigal li jolqot il-gosti jew il-bżonnijiet ta’ missierna. Nagħmlu dan bħala ġest sabiħ u li bla dubju jqanqal ferħ u tbissima ta’ apprezzament fil-ġurnata ddedikata lilu, anke jekk forsi jistħi jew wiċċu bħal jiħmar xi ftit hekk kif nagħtuh ir-rigal. Żgur li jieħu pjaċir b’rigal, anke jekk wieħed sempliċi, u fuq kollox bil-preżenza tagħna.

Ser nagħtikom xi ftit ideat ta’ rigali li tistgħu tixtru lokalment, minn rigali għal kull età, sa rigali personalizzati li jolqtu l-gosti kollha. Lokalment insibu rigali adattati għal kull missier u jistgħu jkunu wara l-bieb tagħna mil-lum għal għada.

Nistgħu naraw x’għodda hawn fis-suq, jekk hu jiddelitta f’dawn l-affarijiet. Tajjeb li qabel, nippruvaw niġbru xi tagħrif u nitkixxfu missierna x’jixtieq, jew x’ra hu fis-suq li interessah jew semma li għandu bżonn. Forsi hemm xi għodda partikolari, jew jixtieq l-aħħar oġġett sabiex jgħaqqad sett ta’ għodda li huwa tant għal qalbu. Fillokalitajiet kollha f’Malta u Għawdex hawn ħwienet u stabilimenti armati sew bl-aħħar għodda, bi prezzijiet tajbin u b’xelta vasta, u fuq kollox b’servizz mill-aqwa fejn inti malajr malajr jirnexxilek takkwista dak ir-rigal speċjali.

U żaqqu min ma jħobbhiex ? Nissuġġerixxi li lil dak ilmissier li jħobb xi ħaġa ħelwa, ngħidu aħna għal wara l-ikel pereżempju, tixtrilu xi kaxxa ċikkulatini, jew inkella xi ikel jew xorb magħmul lokalment. Insibu diversi prodotti ta’ għamla artiġjanali, magħmulin minn Maltin.

Għal dawk il-missirijiet li jħobbu jżanżnu xi qmis, xi flokk, jew xi qalziet ġdid, induru ftit fil-ħwienet favoriti tiegħu, u nsibu xi tibdila speċjali għalih. Jekk naħsbu li jkun aħjar jekk jagħżel hu dak li jixtieq, nistgħu minflok nagħmlu vawċer. Il-familja tista’ tingħaqad ilkoll flimkien u kulħadd joħroġ issehem tiegħu. Proprju kif semmejna l-vawċer għall-ħwejjeġ, lokalment wieħed jista’ jagħmel vawċer minn diversi stabilimenti, u mhux minn stabilimenti tal-ħwejjeġ biss. Possibilment wieħed jista’ jagħti lil missieru vawċer sabiex jieħu ħsieb id-dehra tiegħu. Diversi ħwienet tax-xagħar u barbiera, u anke stabilimenti li joffru prodotti jew servizzi ta’ sbuħija, jaċċettaw il-vawċers. B’hekk wieħed għandu

għażla vasta ta’ prodotti jew servizzi li jista’ jakkwista fil-ħin liberu tiegħu permezz biss ta’ appuntament!

Dawk il-missirijiet li huma intiżi sew tat-teknoloġija, bħal ngħidu aħna dawk il-missirijiet li l-għors tagħhom li jakkwistaw l-aħħar gadgets, jew li jkollhom mudell tal-kompjuter blaħħar avvanzi pereżempju, jew dawk li t-telefon ċellulari jieħdu ħsiebu u xejn ma jiddejqu li kieku kellhom dejjem javvanzaw għall-aħħar mudell li jkun ħareġ fis-suq... dawn żgur li japprezzaw xi gadget interessanti u modern, jew xi tablet ġdida bl-aħħar aġġornamenti. L-għaxqa tagħhom li jiftħu dan ir-rigal u bla dubju li jgħozzuh immens kemm għax xtrawhulhom il-maħbubin tagħhom u kif ukoll għax huma dilettanti tassew tal-aħħar u l-iktar teknoloġija avvanzata.

Lokalment insibu wkoll diversi kumpaniji u ħwienet li jipproduċu numru ta’ oġġetti personalizzati. Personalizzati ma jfissirx biss li ssir bl-isem tal-persuna, imma anka b’xi frażi favorita, jew xi stampa jew xena li huma għal qalb missierna. Wieħed isib xelta vasta ta’ affarijiet li jistgħu jsiru b’mod personalizzat. Xi ftit minn dawn huma ħwejjeġ, tazzi, kikkri tal-kafè jew tat-te, brieret, basktijiet, fost ħafna u ħafna oħrajn. Lokalment insibu ukoll individwi li permezz tat-talenti tagħhom jipproduċu anke kartolini personalizzati li jsiru blidejn!

Huma ħafna wkoll dawk il-missirijiet li huma intiżi ferm kemm tal-karozza tagħhom, u kif ukoll ta’ mudelli ta’ karozzi oħrajn. Jekk missierek dejjem jara li l-karozza nadifa, u qatt ma hi nieqsa minn xejn, bla dubju li japprezza xi prodotti li jista’ juża sabiex jieħu ħsieb il-karozza tiegħu.

Dawk il-missirijiet kollha li għandhom xi passatemp, bħallisports, sajd, jew il-qari fost ħafna oħrajn, żgur li jieħdu pjaċir b’rigal ċkejken li jissodisfa l-passatemp tagħhom. Nistgħu nagħtu lill-missirijiet tagħna rigali marbutin mas-saħħa, bħallabbonamenti għall-gym, prodotti sabiex wieħed inaqqas piż żejjed li jkun qed jaffettwalu s-saħħa tiegħu, xi nuċċali pulit, jew anka xi trattament mediku.

Ma ninsewx ukoll lil dawk li saru missirijiet għall-ewwel darba. Bla dubju li dawn diġà rċivew l-isbaħ rigal, lil uliedhom. Madankollu, xorta waħda japprezzaw rigal ta’ apprezzament tax-xogħol u tal-irwol tagħhom fit-trobbija ta’ wliedhom.

Malta u Għawdex huma mżejnin b’kollox u b’hekk għal dan il-jum speċjali wieħed ser isib kemm dak ir-rigal perfett, u kif ukoll il-post ideali sabiex jiċċelebra lil missieru. Ir-ristoranti u l-lukandi f’Malta u f’Għawdex issa huma miftuħin ukoll, u għalhekk kemm hu sabiħ li filwaqt li nibqħu nsegwu l-miżuri kontra l-imxija tal-Corona Virus, inqattgħu Jum il-Missier malgħażiż missierna fir-ristorant favorit jew fil-lukanda favorita tiegħu, jew ġo kwalunkwe ristorant jew lukanda fil-gżejjer Maltin u Għawdxin. Min jippreferi li jqatta’ din il-ġurnata speċjali d-dar, jista’ wkoll jordna l-ikel favorit ta’ missieru u dan jasallu wara l-bieb f’kemm ilni ngħidlek.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lill-missirijiet kollha!

This article is from: